Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Kumpanija Tip ta’ Kuntratt Daħal fis-seħħ Jiskadi Valur Public Registry & Passports and Civil Registration Security Service Malta Trasport ta’ Passaporti u Servizz ta’ Gwardjani 01/04/2011 31/03/2014 €95,155 Security Service Malta Cash Van 01/04/2011 31/03/2014 €9,751 Nil reply: Schengen Unit, Permanent Commission Against Corruption, Malta Arbitration Centre, Public Broadcasting Services, Defence Matters, Broadcasting Authoriy, Malta Security Service, Notary to Government, Citizenship and Expatriate Affairs, Central Visa Unit, Lands Registry, Identity Management Office, Ministry for Home Affairs and National Security, Armed Forces of Malta, Probation and Parole, Civil Protection Department, Corradino Correctional Facility, Agency for the Welfare of Asylum Seekers, Attorney General, Aviation Security, OCIO, Central Visa Unit, Police Department.
Leg 12 PQ #1285 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onor.Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar.
Leg 12 PQ #1287 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — kuntratti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Jekk iva, tista' tgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Tista' tgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Tista' tgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Direttur tal-Anzjani – Ma sar l-ebda kuntratt. FSWS - Ma sar l-ebda kuntratt . Awtorita’ tad-Djar – Ma sar l-ebda kuntratt. KNPD - Ma sar l-ebda kuntratt. Kummisjoni tat-Tfal - Ma sar l-ebda kuntratt. Direttur tas-Servizzi Korporattivi - Ma sar l-ebda kuntratt

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — kuntratti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Jekk iva, tista' tgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Tista' tgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Tista' tgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata ebda xogħol lil kumpaniji li dettalji tagħhom ingħataw seperatament, mill-Ministeru inkluz entitajiet kollha li jaqgħhu taħti.
Leg 12 PQ #1278 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpaniji msemmija m' għandhomx kuntratti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Leg 12 PQ #1279 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li Heritage Malta tigi pprovduta servizzi ta’ ‘Cash-in-transit’ mit-tieni kumpanija f’Malta u mit-tielet kumpanija f’ Ghawdex. Il-kuntratt mat-tielet kumpanija beda fl-14 ta’ Novembru 2008, sabiex jipporvdi ‘cash-in-transit’ services minn erbgħa (4) siti f’Għawdex, li aktar tard fid-9 ta’ Ottubru 2009 żdiedu għal total ta’ sitta (6) fuq perjodu indefinit. Il-kuntratt ikopri fih kull traġitt li jiswa minn €11.85 sa massimu ta’ €10,000 fis-sena, VAT mhux inkluza. (Ċirka 17-il traġitt fix-xahar). Din ir-rata giet riveduta f’Lulju 2012 ghal €18.25, VAT mhux inkluza, għal kull traġitt. Dan is-servizz sewa b’kollox €3,875, VAT mhux inkluza. Is-servizz tat-tieni kumpanija ghal ‘Cash-in-transit’ beda mid-Dipartiment tal-Mużewijiet (MUS525/2000) fit-28 ta’ Mejju 2001. Dan it-tender jinkludi ‘collection of entrance fees’ bir-rata ta’ €6.71 għal kull traġitt, liema rata ġiet riveduta fl-2009 ghal €6.40, VAT Eskluza. Dan is-servizz illum għadu jingħata, għal erbatax-il sit f’Malta (cirka 134 tragitt fix-xahar), bir-rata ta’ €15.00, VAT eskluża għal kull traġitt, liema rata għoliet minn Lulju 2012, minħabba l-istess ragunijiet hawn fuq imsemmija, għal total ta’ €17,450 (excl VAT) fl-2012. Is-servizz komprensiv ghal ‘cash-in-transit’ fis-siti kollha ta’ Heritage Malta f’Malta u Għawdex huwa parti minn tender li Heritage Malta ħarget fil-31 ta’ Lulju 2012 (CT2085/12 - Provision of security services and cash in transit), liema tender għadu ma ġiex aġġudikat minħabba li qiegħed fi stadju t’appell. Filfrattemp l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu għandha kuntratt mat-tielet kumpanija għal għaxar xhur (10), għas-sigurta’ tal-proġett tal-Ġnien ta’ Pembroke. Dan il-kuntratt daħal fis-seħħ f’Novembru 2012 u għandu valur ta €467.28 fix-xahar. L-Air Malta tagħmel użu ad hoc mis-servizzi tat-tielet kumpanija għall-prezz ta’ € 181.70 fil-gimgħa. Il-kumplament tal-entitajiet fi’ ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu ma jgħamlux użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-dekasteru tiegħi li l-uniku kuntratt li hemm ma' waħda mit-tlett kumpaniji ndikati mill-Onor. Interpellant huwa dak tal-Kulleġġ Santa Klara - Skola Primarja - Pembroke. Dan il-kuntratt daħal fis-seħħ fl-2010 u jagħlaq f'Marzu 2014. Il-kuntratt huwa għal servizz ta' maintenance ta' alarm u moniteraġġ jekk l-alarm tal-iskola idoqq. Il-valur tal-kuntratt huwa ta' €265.56c fis-sena.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li m’hemmx kuntratti fis-seħħ mal-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-Ministeru u l-entitajiet m’għandom l-ebda kuntratt mal-kumpaniji li d-dettalji tagħhom jidhru separatament.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-kumpaniji msemmija m’għandhom l-ebda kuntratti mal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħi.
Leg 12 PQ #823 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1082
Leg 12 PQ #1269 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kuntratti għal konsulenza b'direct order

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 196 u jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fid-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kwalifikazzjoni għal ikel mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 248 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu n-nies li kkwalifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-2005 sal-lum? Jista' jagħti l-lista, lokalità b'lokalità?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma nżammet l-ebda rekord tal-benefiċjarji Maltin li bbenefikaw minn din l-iskema għas-sena 2005. Ninsab infurmat ukoll li ma nżammet l-ebda rekord tal-benefiċjarji Għawdxin li bbenefikaw minn din l-iskema bejn is-sena 2005 - 2009. Intant, skont l-informazzjoni li għaddewlna, qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, miġbur f’tabella.
Leg 12 PQ #1276 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tagħmel użu mis-servizzi ta' waħda mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament. Il-kuntratt kien intrebaħ b'tender għal 3 snin mill-1 ta' Lulju 2001 sat-30 ta' Ġunju 2004. Is-servizz għadu qed jintuża sal-lum mingħajr kuntratt. Il-MEPA tagħmel użu minn 31,704 siegħat ta' sigurta' fis-sena maqsuma fuq tliet uffiċini hekk kif ġej: i) St Francis Ravelin, Floriana 18,096; ii) Hexagon House, Blata l-Bajda 11,609; u iii) Għawdex 1,999. Bir-rata ta' €7.50 (VAT inkluza) is-siegħa dawn jammontaw għal €237,780.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — kuntratti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-kumpaniji konċernati ma għandhom l-ebda kuntratt mal-Ministeru w l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1084.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadha ma nxtratx il-karozza uffiċċjali tal-Ministru u nitolbok tirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari numri 35, 381 u 1088.