Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35643 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Triq San Gorg - Sprall

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex jitneħħa l-inkonvenjent li hemm fi Triq San Gorg, Bormla, peress li minn sprall f'din it-Triq kantuniera ma' Triq M. Grima qed joħorġu ġrieden kbar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li trattament għal kontra l-ġrieden fl-ispralli ndikati fi Triq San Ġorġ, Bormla kantuniera ma' Triq M. Grima, sar fis-26 ta' Settembru 2002 minn uffiċċjali tar-'Rodent Control' tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika wara ilmenti li saru minn residenti ta' l-istess lokal fl-24 ta' Settembru 2002. Ser jibqa' jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għall-skema HAZ 64/2002?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ilha li lestiet l-ipproċessar tat-talba li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant minn Mejju li għadda. L-Awtorita' għadha qed tistenna lill-persuna konċernata tipproduċi l-irċevuti fiskali biex ikun jista jsir il-pagament dovut għall-alterazzjonijiet approvati mill-Awtorita'.
Leg 9 PQ #35646 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Joint Office

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna li tgħix f'post tal-joint office tistax issir sid ta' darha? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid kif tkun applikata din l-iskema?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma tħabbar fid-diskors tal-Budget għas-sena 2002 il-gvern impenja ruħu li jbiegħ, jew jifdi ċ-ċens ta` dawk il-postijiet kollha, amministrati mill-Uffiċċju Konġunt, diment illi huma użati bħala residenza ordinarja u/jew bħala postijiet ta` villeġjatura. Biex wieħed japplika għandu jikteb ittra fejn jinforma lil Uffiċċju Konġunt li jixtieq jixtri jew jifdi ċ-ċens. Ma` l-ittra għandha tintbgħat kopja ta` l-aħħar irċevuta. Il-prezz jiġi ffissat mill-Uffiċċju Konġunt skond paramentri definiti u l-applikant jiġi infurmat biex ikun jista` jiddeċiedi jekk jersaqx għal kuntratt.

Bormla — Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jara li issir investigazzjoni sabiex titneħħa r-riħa ta' drenaġġ li żvillupat dan l-aħħar fin-naħat ta' Sur San Pawl, Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fuq Sur San Pawl, Bormla hemm 'vent pipe' f'forma ta' ċumnija mibnija ħafna snin ilu fuq il-mina li tagħti għal Wied Għammieq. Din is-sitwazzjoni taċ-ċumnija ilha hemm ħafna snin, u d-Dipartiment tad-Drenaġġ qatt ma kellu lmenti. Dawn iċ-ċmieni jeżistu f'diversi lokalitajiet bħal Bormla, Birgu, Kalkara, Żejtun eċċ.

Bormla — Estensjoni ta' Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser tintlaqa' t-talba sabiex issir estensjoni tad-drenaġġ fi Triq R. Taylor Bormla, sabiex il-garaxxijiet u l-appartamenti f'tarf din it-triq kantuniera ma' Triq Alessandra ikunu mqabbda mad-drenaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-kuntratt biex issir l-estensjoni tad-drenaġġ fi Triq Robert Taylor, Bormla ġiet ippreparata u dalwaqt tiġi ppubblikata. Fl-istess waqt, id-Dipartiment tad-Drenaġġ irid jikteb lill-MEPA fejn jispjega l-kwalita' tax-xogħol mitlub biex jinħarġu l-permessi neċessarji.

Fgura — Hompesch Road - Pedestrian Crossing

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser isir xi tip ta' pedestrian crossing fi Triq Hompesch Fgura, peress li qabel inqalgħet kien hemm xi 4 pedestrian crossings?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku approva tlett pedestrian/Pelican crossings fi Triq Hompesh, Fgura fil-parti minn k/m Triq San Tumas sa k/m Triq il-Foss.
Leg 9 PQ #35624 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bormla

Question

Jista' il-Ministru jara li jissewwa d-dawl li hemm jixgħel u jitfi fit-telgħa tar-Rialto Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #35625 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Tarzna - Fencing

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed isir fencing madwar dock 2 u dock 3 tat-Tarzna ta' Bormla? x'inhi r-raġuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mostoqsija 35290, jista' jgħid kemm saru rapporti xahar b'xahar din is-sena, ta' ħaddiema barranin jaħdmu bla permess? Fejn kienu l-impjiegi marbuta ma' dawn ir-rapporti? X'sar f'kull każ u x'kien ir-riżultat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta oħra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ jiġi riferut mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-Pulizija.
Leg 9 PQ #35491 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF

Question

Jista` il-Ministru jgħid x’sar minnha l-karozza Kia Avella proprjeta` tal-C.C.F.? Jista` jgħid jekk kienetx involuta f’xi inċident nhar l-20 ta’ Awissu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi karozza tal-marka Kia Avella proprjeta` tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi kienet involuta f`inċident tat-traffiku nhar l-20 ta` Awissu 2002. Minħabba nuqqas ta` spazju fil-garaxx tad-dipartiment, din qegħda tinżamm fejn illum dan id-dipartiment għandu l-Accounts Section ġewwa Kordin.

Benefiċċju tal-Mard

Question

Peress li intqal lill-persuna indikata li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li mhix intitolata għal għajnuna tal-mard peress li d-dħul tagħha hu aktar minn dak applikabbli, jista` il-Ministru jivverifika jekk dan hux minnu peress li jidher li d-dħul tiegħu hu baxx ħafna? X’inhi r-rata applikabbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.

ETC

Question

Jista` il-Ministru jgħid jekk il-courses li jwasslu għall-European Computer Driving Licence hux ser jingħataw mill-ETC? Jista' jgħid jekk iridx isir xi ħlas għal dawn il-courses? Jekk fl-affermattiv min irid iħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qed torganiżża taħriġ li jwassal għall-European Computer Driving Licence. Il-modules provduti huma: Module 1 - Basic Concepts of Information Technology Module 2 - Using the Computer and Managing Files Module 3 - Word Processing (Word) Module 4 - Spreadsheets (Excel) Module 5 - Database (Access) Module 6 - Presentation (Powerpoint) Module 7 - Information and Communication Persuni li qegħdin jfittxu mpjieg ma jħalsu xejn biex jipparteċipaw f'dawn il-programmi. Xi xhur ilu l-Korporazzjoni ġiet ukoll akkreditata mill-British Computer Society bħala ECDL test centre.
Leg 9 PQ #35494 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-courses li jwasslu għall-European Computer Driving Licence hux ser jingħataw mill-MCAST? Jista' jgħid jekk iridx isir xi ħlas għal dawn il- courses? Jekk fl-affermattiv min irid iħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors li jwassal għall-European Computer Driving Licence se jingħata mill-MCAST. Il-Ħlas għal dan il-kors huwa ta' LM130. Kull min japplika għal dan il-kors irid iħallas. Huma eżenti biss l-istudenti regolari ta' l-MCAST, dawk li għandhom il-Karta Anzjan, u dawk li huma bla xogħol.
Leg 9 PQ #35495 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands

Question

Jista` il-Ministru jara li jsir il-ħlas tal-kumpens dovut lill-persuna hawn taħt indikata, wara li ttieħdet lilha proprjeta` f’20 Marina Street Senglea?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet qiegħed fil-proċess li jistabbilixxi jekk il-persuna indikata hiex is-sid tal-proprjeta` ta` 20 Marina Street, Senglea sabiex ikun jista` jitħallas il-kumpens dovut.
Leg 9 PQ #35376 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ward Clerks

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta se jiddaħħlu ward clerks mad-dipartiment tas-saħħa u kemm fin-numru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li wara sejħa mill-Management & Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Diċembru tas-sena 2001 għall-mili ta' vakanzi fil-grad ta' Ward Clerical Assistant fid-Diviżjoni tas-Saħħa, tliet kandidati kienu għaddew b'suċċess l-eżami kompetittiv li kien sar. Sussegwentement, tnejn minn dawn it-tliet kandidati aċċettaw il-kariga. Fit-8 ta' Lulju 2002 inħarġet sejħa oħra sabiex jimtlew tnejn u erbgħin (42) vakanza f'dan il-grad. Dan il-proċess għadu għaddej.
Leg 9 PQ #35379 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kordin

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiddaħħlu gwardjani fil-faċilita’ korrettiva ta’ Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi diġa` saret it-talba għal ingaġġ ta` uffiċjali korrettivi mid-dipartiment ikkonċernat iżda deċiżjoni finali tittieħed iktar tard.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35288, jista' jgħid kemm inbnew appartamenti fi Triq San Frangisk Bormla? Jista' jgħid kif u meta ser jiġu allokati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar bniet erbgħa appartamenti fi Triq San Franġisk, Bormla. Huwa ppjanat li dawn l-appartamenti jiġu referuti lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali sabiex jiġu allokati bil-kera lin-nies li qegħdin fuq il-waiting list tad-Dipartiment. Tali appartamenti ser jiġu trasferiti fi żmien qasir hekk kif l-installazzjoni tad-dawl u tal-ilma tiġi kompluta.

Slum Clearance

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35287, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi proġett ta' slum clearance fl-area ta' Santa Liena Bormla? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti indikazzjoni fejn ser jintlaqat u meta hemm il-ħsieb li jibda x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tielet fażi tal-proġett ta' Santa Liena qegħdha tistenna l-approvazzjoni ta' l-Awtorita' Maltija għall-Ambjent u Ippjanar. Dan il-proġett ikopri l-area bejn Triq Hanover, Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi, Triq San Mark u t-telgħa ta' Hanover. Ix-xogħol hu maħsub li jibda fl-2005 hekk kif ir-residenti jingħataw akkomodazzjoni alternattiva f'bini ġdid li tiela' fiż-żona ta' Triq San Gwann.