Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36759 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq il-Pellegrinaġġ - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuq il-fanal bi tliet globi li hemm fi Triq il-Pellegrinaġġ quddiem ir-Realto, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Akkomodazzjoni Soċjali — Applikazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva? Jista' jaqsamhom skond il-lokalita'? Jista' jaqsamhom ukoll skond il-formazzjoni u d-daqs tal-familja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija. Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ta' l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #36744 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq l-Immakulata - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li hemm maqtugħa fi Triq l-Immakulata, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36745 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq Matty Grima - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza maqtugħa li hemm fuq il-bieb 96, Triq Matty Grima, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-bozza li qed jirreferi għaliha ma hijiex fir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta iżda tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #36747 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Għajn Dwieli - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl li issa ilu maqtugħ fid-daħla tal-Kottonera hekk kif taqbeż il-mini ta' Għajn Dwieli, int u nieżel lejn Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dawl li qed jirreferi għalih ma huwiex fir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta iżda tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #36749 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq id-Dejqa - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tissewwa bozza li hemm fi Triq id-Dejqa, Bormla, peress li issa li hemm it-triq qed tiġi ċċangjata, huwa perikoluż timxi fid-dlam?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36751 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq Alessandra - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li hemm maqtugħa fi Triq Alessandra, Bormla maġenb l-iskola Erin S. Inglott?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36753 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Pjazza G. Gulia - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li hemm fi Pjazza G. Gulia, Bormla fuq il-ħanut Right Deal?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Drenaġġ — Bormla - Sta Liena

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga r-raġuni għaliex residenti fil-blocks li nbnew fl-area ta' Sta Liena, Bormla, minkejja li dan il-bini issa ilu s-snin li tela', ta' spiss għadhom qed isofru inkonvenjent ta' żbroff ta' drenaġġ? Min kien responsabbli mix-xogħol tas-sistema tad-drenaġġ ta' dawn l-appartamenti, u min għamel xogħol ta' superviżjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-problema tal-flats fl-'area' ta' Santa Liena, Bormla hija nterna u mhux minħabba l-'main' tad-drenaġġ tal-gvern. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #36723 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Regatta Bormla — Siġra

Question

Jista' il-Ministru jara tistax issir xi ħaġa fir-rigward ta' siġra kbira li hemm fuq il-maħżen tar-regatta Bormla, liema siġra qed tagħmel ħsarat kbar fis-saqaf ta' l-istess maħżen?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li s-siġra msemmija hi responsabbilta' tal-Kunsill Lokali ta' Bormla.
Leg 9 PQ #36738 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq Verdala - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li hemm fuq il-bieb Nru 2, Triq Verdala, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36739 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Sqaq Xandru - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li hemm maqtugħa fi Sqaq Xandru, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36741 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq Sant'Andrija - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li ilha maqtugħa fi Triq Sant'Andrija, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36742 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Hubbard Flats - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li jissewwew xi bozoz li hemm maqtugħa fil-ġnien li hemm f'Hubbard Flats, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36570 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

Peress li f'risposta parlamentari għal mistoqsija 36369, il-Ministru qal li l-fond 7 Blk A Triq ix-Xatt Bormla ħareġ għall-kiri bl-offerta fil-gazzetta tal-gvern tat-28 ta' Diċembru 2001 u wara, u peress li dan il-fond b'dan l-indirizz ma jidher imkien fejn qal il-ministru jiżda minflok f'din id-data deher il-fond bl-indirizz 7 Blk A, Parish Church Area, Triq il-Pellegrinaġġ Bormla, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux l-istess fond? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'inhi r-raġuni wara dan it-tibdil, u jserraħ ras min għal snin twal kien interessat f'dan il-fond, li ma kienx hemm raġuni ulterjuri biex jibbenefika xi ħadd partikulari? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal dan il-fond?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fond deskritt bħala '7 Blk A, Triq ix-Xatt, Bormla' jew '7 Blk A, Parish Church Area, Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla' huwa l-istess. Qabel, din it-triq kienet magħrufa bħala 'Triq ix-Xatt', imma skond il-pjanti din it-Triq tidher bħala 'Triq il-Pellegrinaġġ' u għalhekk fl-avviż li deher fuq il-Gazzetta tal-Gvern, il-fond ġie deskritt bħala '7 Blk A, Parish Church Area, Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla'. Nixtieq inżid li l-offerti kellhom magħhom pjanta fejn turi dan il-fond. Infurmat ukoll li kien hemm b`kollox erba` offerti.

Fgura — Triq Hompesch

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jitlestew il-pedestrian crossings fi Triq Hompesch Fgura b'mod partikulari dik ta' quddiem il-knisja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat iili x-xogħol għat-twaħħil tal- pedestrian crossings msemmija ser jinbeda fi żmien qasir. Dan ix-xogħol ma nbediex qabel minħabba illi kien hemm xogħol li qed isir fuq stallazzjonijiet bħal dawn.
Leg 9 PQ #36495 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Klandestini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir mill-opri tal-baħar li fuqhom qed jiġu l-klandestini?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-opri tal-baħar li fuqhom jiġu l-klandestini jiġu esebiti fil-proċeduri quddiem il-Qorti bħal kull oġġett ieħor li jkun ġie użat biex jitwettaq reat bih. Wara li l-Qorti tordna l-konfiska, ir-reġistratur tal-Qorti jiddisponi minnhom skond il-liġi.
Leg 9 PQ #36496 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa ta' Klandestini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'riskji qed ikunu invouti fihom il-Maltin (pulizija, suldati, infermiera u persuni ċvili) meta qed jiġu f'kuntatti ma' klandestini u l-oġġetti li jġibu magħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari 36499.
Leg 9 PQ #36499 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Klandestini — Epidemiji

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet hux qed jieħdu xi prekawzjonijiet sabiex jiġu evitati xi epidemiji li jistgħu jkunu qed jinġarru mill-klandestini li f'dawn l-aħħar ġimgħat qed jiġu f'pajjiżna fi kwantitajiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li "l-klandestini li jidħlu Malta qegħdin jiġu eżaminati kollha mit-tobba mal-wasla tagħhom. Dawn ukoll jittieħdilhom X-Ray tas-sider biex jiġu ċċekjati għal tuberkulosi akuta tal-pulmun. Sakemm isiru t-testijiet kollha u jiġi kkonfermat li ma humiex qegħdin ibagħtu minn l-ebda marda infettiva, dawn jinżammu f'postijiet speċifiċi".