Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' soċjali — Palm readers

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema sections fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jagħmlu użu mill-palm readers bħala mezz ta' punch clocking?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jsirx użu mill-palm reader bħala mezz ta' punch clocking.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Postijiet allokati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali lokal b'lokal tul din is-sena u jista' jgħid ukoll skond liema kategorija ġew allokati (ġuvni, single parent, miżżewweġ, separat)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija. Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.

Bormla — Triq id-Dejqa - Xogħol programmat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol hemm programmat għal Triq id-Dejqa, Bormla? Jista' jagħti indikazzjoni meta ser jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Barranin jaħdmu Malta — Welders/fitters

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn barranin jaħdmu bħala welders u fitters minn Jannar sal-lum ma' kumpanniji privati f'Malta? Minn liema pajjiż kienu ġejjin? Ma' liema kumpannija kienu jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija, skond ir-rekords tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig. L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija hi ta' natura kunfidenzjali u għalhekk ma nħossx li għandha tiġi ppublikata.

Cospicua — Tiswija ta' appartamenti

Question

Peress li ftit ilu sar xi xogħol ta' tiswija fuq is-saqaf ta' l-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u peress li ssa li għamlet l-ewwel xita jidher li xorta waħda dawn is-soqfa għandhom joqtru ħafna, jista' il-Ministru jara li din il-ħsara tissewwa bis-serjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Bormla — Slum Clearence

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi fażi oħra ta' slum clearence proġettata għal triq San Mark Bormla? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid liema postijiet ser ikunu milquta u meta ser isir dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret applikazzjoni lill-Awtorita' Maltija għall-Ambjent u Ippjanar biex tkun żviluppata t-tielet fażi tal-proġett. Din tkopri ż-żewġ blokki bejn Triq Hanover, Triq Sta Liena, Hanover Hill, Triq l-Irlandiżi u Triq San Mark. Ix-xogħol hu maħsub li jinbeda fl-2005.
Leg 9 PQ #36911 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum G Despott — Free lessons

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellhom free lessons mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum l-istudenti tal-Form I fil-Junior Lyceum G. Despott? Jista' jaqsamhom separatament skond is-suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti m'għandhomx free lessons. Numru ta' lezzjonijiet lill-istudenti tal-Form I fil-Junior Lyceum G. Despott ma setgħux isiru minħabba mard ċertifikat ta' l-għalliema.

Importazzjoni — Karozzi second hand

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand mis-sena 2000 sal-lum xahar b'xahar? Jista' jgħid mil-liema pajjiżi oriġinaw? X'inhuma l-proċeduri sabiex persuna tkun tista' timporta karozza second hand?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dwar vetturi second hand li ġew liċenzjati mis-sena 2000 sa llum. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #36991 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Asthma reliever

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kellux ilmenti li l-aħħar lot ta' asthma reliever bl-isem Salamol m'hux qed ikollhom l-effett mixtieq bħalma kien ikollhom il-lots ta' qabel? Jaf il-Ministru li minħabba dan, ċerti pazjenti qed ikollhom jirrikorru għal spiżeriji privati sabiex jixtru asthma relievers li verament ikollhom effett?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li sal-lum id-Dipartiment tal-Farmaċija ma rċieva l-ebda lment li l-aħħar lot ta` Salamol inħaler mhux qed ikollhom l-effett mixtieq.

Sptar San Vincenz de Paule — Nursing Aides

Question

B'riferenza għal każ ta' għaxar nursing aides li jaħdmu fl-isptar San Vinċenz de Paule fejn kien hemm nuqqas ta' qbil dwar id-data ta' l-appointment tagħhom u issa jidher li anke d-direttur tad-dipartiment għall-anzjani rrakkomanda bidla fid-data ta' dawn l-appointments, jista' il-Viċi Prim Minaitru jgħid meta fil-fatt se jingħataw dawn l-appointments, u hux se jingħataw ukoll l-arrettrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant għadu s-suġġett ta' diskussjonijiet bejn id-Dipartiment responsabbli u l-Management and Personnel Office.
Leg 9 PQ #36764 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Kortina San Nikola - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li d-dawl li hemm f'Kortina San Nikola, Bormla jibda jixgħel fid-dlam biss peress li ilu jixgħel lejl u nhar għal numru ta' xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36765 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Kortina San Nikola - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir bozza barra t-trejqa li tagħti lejn Kortina San Nikola, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Leg 9 PQ #36766 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Każin tal-Banda San Ġorġ - Dawl tat-toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li jinbidlu l-bozoz tal-fanali li hemm quddiem il-każin tal-banda San Ġorġ, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt il-bozoz li qed issir riferenza għalihom diġa' inbidlu.
Leg 9 PQ #36878 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Arblu tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li jinbidel jew jissewwa arblu perikoluż tad-dawl li hemm fi triq il-Polverista Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #36879 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija fil-bozza maqtugħa li hemm fil-fetħa bejn blokk 1 u blokk 2 fuq San Pawl Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Din it-talba ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #36754 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Hubbard Flats - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tissewwa bozza li hemm quddiem Blokk 6, Hubbard Flats, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36755 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq San Ġorġ - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li jissewwew tliet bozoz li ilhom maqtugħa fi Triq San Ġorġ, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36757 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq Santa Margherita - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tissewwa bozza li hemm quddiem 66, Triq Santa Margherita, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.