Peress li fl-awgurju li l-President Bush bagħat lill-Prim Ministru fejn irringrazzjah għas-support li ta lis-Sitt Flotta Amerikana, jista’ il-Prim Ministru jispjega fiex kienu jikkonsistu dawn il-metodi ta’ support?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant l-ekwipaġġi ta’ diversi bastimenti mis-Sitt Flotta Navali ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika jkollhom l-opportunita` li jistrieħu waqt żjarat li jagħmlu f’Malta l-bastimenti tagħhom. Dan hu apprezzat mhux biss mill-ekwipaġġi u l-familji tagħhom imma wkoll mill-Gvern Amerikan.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jara li ssir ir-reviżjoni fil-pensjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li ilu li għalaq il-61 sena minn Diċembru, 2002?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata ;iet infurmata bil-miktub dwar il-ka] tag[ha.
Jista’ il-Ministru jgħid minn kemm nies hi magħmula s-sezzjoni għat-tiswija ta’ super yachts fit-Tarzna, Palmer Johnson? Kemm hemm barranin jagħmlu parti minn din is-sezzjoni? Meta sar il-ftehim ma’ Palmer Johnson? Fiex jikkonsisti dan il-ftehim u possibbilment, jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
In-natura tal-informazzjoni mitluba hija sensittiva kummercjalment u ghalhekk ma tistax tinghata.
Jista’ il-Ministru jgħid meta se jitgħatta l-Baċir Nru. 3? Kemm se jqum dan il-proċess? Min se jħallas għalih?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Progett tal-Bacir Nru. 3 li qed ikun konvertit f'facilita' ghat-tiswija ta' super yachts ser jitmexxa minn kumpanija bejn it-Tarzna u kumpanija Amerikana. Sa' l-ahhar ta' Lulju 2003 mistenni li din il-kumpanija tkun tista' topera. L-informazzjoni finanzjarja mitluba hija ta' natura kummercjali u ghalhekk ma tistax tinghata.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati ma’ l-istamperija tal-Gvern? X’tip ta’ xogħol jingħata lilhom? Għaliex ċertu xogħol jingħata lill-kumpanniji privati meta dan ikun jista’ isir mill-istamperija tal-gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Hemm 67 impjegat jaħdmu fl-Istamperija tal-Gvern. Ir-responsabbiltajiet ta’ dawn l-impjegati jvarjaw skond il-grad.
Il-parti l-kbira tax-xogħol ta’ stampar tad-Dipartimenti jsir fl-Istamperija tal-Gvern. Madanakollu, jkun hemm okkażjonijiet fejn ix-xogħol mitlub ikun mgħaġġel ħafna u l-Istamperija tal-Gvern ma tkunx f’qagħda li tlestieh minħabba pressjoni ta’ xogħol. Drabi oħra, t-tip ta’ xogħol mitlub jkun meħtieġ makkinarju li l-Istamperija tal-Gvern ma għandhiex.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-pjan dwar Pjazza Santa Margerita, f’Bormla li sar minn Gvern Nazzjonalista ta’ qabel l-1996, għadux bil-ħsieb li jsir? Jekk fl-affermattiv, jista’ għallinqas jagħti ndikazzjoni meta se jsiru x-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta' Pjazza Santa Margerita ser jitkompla s-sena d-dieħla wara li ngħataw il-permessi meħtieġa mill-MEPA.
Dan ix-xogħol kien waqaf peress li l-Kunsill Lokali ta' Bormla biddel il-pjan dwar it-tkomplija tal-proġett.
Issa li għaddew ħafna snin minn meta l-ground ta’ l-iskola primarja ta’ Bormla tkissritlu biċċa minnu, jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan il-ground żgħir li tant kien frekwentat jiġi rranġat biex ikun jista’ jintuża?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ground li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hi pjazza pubblika li ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-iskola.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fir-rigward tal-Baċir Nru. 1 issa li għaddew ħafna snin minn meta suppost sar xi bidla fih?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-dock nru 1. hu parti ntegrali fit-trasferiment tal-artijiet kollha li llum tokkupa t-Tarzna u li trid issir bejn it-Tarzna u l-Gvern. Hu mistenni li l-aspetti legali ta' dan it-trasferiment jigu konkluzi fix-xhur li gejjin.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħaġa pprogrammata sa l-aħħar ta’ din is-sena sabiex tittaffa l-problema tal-Magħtab?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura miexi mal-programm ta' l-istrateġija għall-immaniġjar ta' l-iskart u beda jnaqqas ir-rimi ta' l-iskart tal-bini fis-sit tal-Magħtab. Dan qiegħed iwassal biex aktar skart tal-bini jiġi ddepożitat fil-barrieri li m'għadhomx jintużaw, u skart ieħor jiġi depożitat b'mod li ma jagħmilx ħsara. Dan qiegħed jgħin biex tibda tittaffa l-problema tal-Magħtab.
Il-Ministeru qiegħed jieħu wkoll il-passi meħtieġa għar-riabilitazzjoni ta' dan is-sit.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb u jekk fl-affermattiv, meta se jsir xi ħaġa sabiex numru ta’ kmamar madwar Couvre Porte, fil-Birgu jingħataw sabiex fihom isir xogħol ta’ artiġajanat u bejgħ ta’ souvenirs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f`Couvre Porte hemm kamra waħda biss li mhix mikrija u li fil-fatt tbattlet mill-inkwilin preċedenti aktar kmieni din is-sena. Bħalissa it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qiegħda tieħu l-passi meħtieġa biex issejjaħ offerti għall-kiri ta` din il-kamra għal skop relatat mat-turiżmu.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet fix-xhur ta’ Marzu u April 2003? F’liema lokalita’ ingħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fil-bidu ta' Marzu 2003, l-Awtorita' tad-Djar allokat 195 post b'bejg[ fi 22 lokalita' differenti. Dawn il-postijiet kienu [ar;u ta[t Avvi] Legali Nru. 67, ippubblikat fit-18 ta' Ottubru 2002. Ninsab infurmat ukoll li fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant ;ew allokati 96 post mid-Dipartiment g[all-Akkomodazzjoni So/jali.
Il-lokalitajiet fejn qieg[din dawn il-postijiet huma kif jidher fit-Tabella li qed inpo;;i fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol hemm bħalissa fil-M.S.C.L.? Meta se jitlesta dan ix-xogħol? Hemm xi prospetti ta’ xogħol għal din it-tarzna?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhalissa fil-Malta Shipbuilding qed jitlesta xoghol ta' bini ta' supply vessel ghal klijent Norvegiz. Qed ukoll isir xoghol fuq il-bini ta' zewg bagi ghall-uzu fl-industrija taz-zejt offshore. Minn zmien ghal zmien isir ukoll xoghol ta' tiswija ta' vapuri.
Iz-zewg tarznari qed jimmarkitjaw is-servizzi taghhom flimkien u ghalhekk ma ssirx distinzjoni fl-ordnijiet ghaz-zewg tarznari.
Jista’ il-Ministru jgħid x’jitħallas meta tkun importata karozza second hand mill-Ewropa u minn pajjiżi oħra? Dawn se jibqgħu kif inhuma ladarba nissieħbu fl-UE fl-1 ta’ Mejju, 2004?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rata attwali ta’ dazju ta’ importazzjoni fuq karrozzi hi ta’ 12% fuq il-valur fil-każ ta’ karrozzi li joriġinaw minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropeja. Mhemmx dazju fuq karrozzi li joriġinaw fl-Unjoni Ewropeja.
Titħallas ukoll il-VAT ta’ 15% fuq il-valur u fuq id-dazju fil-każ ta’ karrozzi li joriġinaw minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropeja u 15% fuq il-valur fil-każ ta’ karrozzi li joriġinaw fl-Unjoni Ewropeja.
Mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja ir-rati jkunu dawk tat-Tariffa Doganali Komuni tal-Unjoni Ewropeja.
Jista’ il-Ministru jgħid fuq liema prodotti mportati mill-UE għadha titħallas levy? Meta se titneħħa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li il-Levy titħallas bl-istess rata fuq prodotti li jiġu mpurtati sew mill-Unjoni Ewropeja kif ukoll minn pajjiżi ohra.
Prodotti li għadhom suġġetti għal-ħlas ta' levy huma diversi prodotti agrikoli u oħrajn li huma agro-industrijali.
Huwa mistenni li dawn il-levies jitneħħew sa mhux aktar tard mid-data li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja jiġifieri l-ewwel ta' Mejju 2004.
Jista’ il-Ministru jgħid xi progress sar fuq il-privatizzazzjoni tal-lottu pubbliku?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess wasal fl-istadju finali tiegħu u qegħdin naħdmu sabiex nagħlqu l-fażi ta' konsultazzjoni bejn il-Maltco Consortium u r-riċevituri tal-lottu.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ispetturi tal-ETC, xahar b’xahar, minn Jannar, 2003 sal-lum? Kemm instabu kontravenzjonijiet xahar b’xahar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li, in-numru ta' spezzjonijiet li saru u kontravenzjonijiet li nstabu huma kif ġej:
2003 Spezzjonijiet Kontravenzjonijiet
Jannar 422 135
Frar 407 109
Marzu 385 100
April 269 56
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hawn proprjeta’ tal-gvern li tintuża għal skop industrijali? Jista’ jaqsamhom skond il-lokalita’? Jista’ jgħid kemm minnhom qed joperaw u kemm minnhom huma magħluqa u ma jistgħux jittieħdu mill-MDC minħabba xi raġuni jew oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MDC tamministra din il-propjeta` :
Qasam Industrijali
Numru ta' Fabbriki/huts
Attard
23
Bulebel
85
Hal Far
59
Kirkop
2
Kordin
75
Luqa
169
Marsa
91
Mosta
25
Mriehel
24
Ricasoli
28
Safi
2
San Gwann
67
Ta' Qali
116
Xewkija
21
In-Numru ta’ dawk il-fabbriki li huma magħluqa u ma jistgħux jittieħdu mill-MDC ivarja minn żmien għal żmien. Lil uħud minnhom nħargu ‘Eviction Orders’ kontra tagħhom, hemm oħrajn fejn l-MDC qegħda tinnegozja biex tieħu lura parti jew il-fabbrika kollha, u oħrajn qegħdin fil-proċess li jiġu allokati ġo fabbriki izgħar.