Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – konsulenzi mill-2004
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Tista' l-Ministru tgħid kienx hemm xi żvilupp fil-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tkun tista' tixtri l-post tagħha taħt l-iskema Sir Sid ta' Darek?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-każ ma jistax jiġi pproċessat peress li l-art għadha mhix proprjetà assoluta tal-Gvern. L-applikant ġie nfurmat b’dan fit-22 ta’ April 2013. Aktar dettalji dwar l-akkwist tal-art li fuqha hemm mibni dan il-fond jista' jinkisbu mid-Dipartiment tal-Artijiet.
Skema ta’ social accommodation – każ ta’ individwu
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi skema ta' social accommodation jew sussidju fuq kera għal missier separat mill-mara, li minn paga ta' €17,000 fis-sena jrid iħallas mal-€2,800 f'manteniment u mat-€3,360 f'kera fis-sena, u fl-istess waqt irabbi lil bintu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna pensjonanta, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, la rċeviet il-bonus ta' Ġunju u lanqas iż-żieda għall-għoli tal-ħajja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija rċiviet l-ittra ta' spegazzjoni mid-Dipartiment.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna pensjonanta, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma rċevietx il-bonus ta' Ġunju?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna kkonċernata rċieviet dak li hu dovut lilha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy fir-rigward ta' familji Sirjani, residenti barra s-Sirja, li jitolbu visa temporanja sabiex iżuru familjari tagħhom f'Malta? Jista' jgħid kemm daħlu persuni Sirjani f’Malta matul l-aħħar 12-il xahar?
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tistax tixtri l-post tagħha, u jekk fl-affermattiv tistax tingħata indikazzjoni kemm tista' tkun it-talba?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għalkemm qiegħda tbiegħ postijiet ta’ apartamenti li jinsabu fil-binjiet tal-Gvern, hekk imsejħa housing estates, imma preżentament l-awtorità mhix qiegħda tbiegħ djar, jiġifieri terrace houses li l-Onor Interperlant indika fil-mistoqsija tiegħu.
Vouchers għall-benefiċċju tal-enerġija – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mhux tirċievi vouchers għall-benefiċċju tal-enerġija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa d-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali li jiddeciedi min hu elegibbli li jircievi l-vouchers u li jibghat il-vouchers ghall-beneficcju tal-energija. Skont l-Energy Benefits Sections intbaghat voucher lill-persuna msemmija fl-24 ta' Gunju 2013.
Jista' l-Ministru jgħid, lokal b'lokal, kemm hemm permessi għal gabbani? Jista' jgħid jekk, għal kull każ, għandhomx permess permanenti jew irid jiċċaqalqu kuljum?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ gabbani liċenzjati mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu jammonta ghal sebghin (70).
Il-lokalitajiet ta’ dawn il-gabbani huma kif jidhru fit-tabella li ser npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn il-gabbani jistgħu joqogħdu b’mod permanenti fuq il-post skond id-dati stipulati fl-encroachment permit jew skond kuntratt ieħor (kirja jew cens) maħrug mid-Dipartiment tal-Artijiet.
Il-gabbani li jridu jiċċaqalqu kull jum huma dawk liċenzjati mid-Dipartiment tal-Kummerċ bħala street hawkers.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2008 sal-lum tal-ispiza li saret fuq konsulenzi dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku? Jista’ jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali fuq konsulenzi dwar il-riforma fit-Trasport Pubbliku mill-2008 s’issa kienet ta’ €850,502 li fil-maġġor parti tagħhom ingħataw b’ Direct Order.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2004 sal-lum tal-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar proġetti differenti fil-kumpless White Rocks? Jista’ jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill – 2004 sal-lum l-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar il-proġett tal-White Rocks tammonta għal €517,899.84. Ninforma wkoll li x-xogħol kollu ta’ konsulenza ingħata b’ Direct Order.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2008 sal-lum tal-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar il-proġett tal-Baċir Numru 1? Jista jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar il-Proġġett ta’ Baċir numru 1 jammontaw għal €1,273,195.78
L-informazzjoni li qed tingħata tmur lura sas-sena 2009 u mhux mill-2008 kif mitlub peress li l-GHRC ġiet imwaqqfa fl-2009.
Qed inpoġġi l-kumplament tal-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2004 sal-lum tal-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar il-proġett tal-moll il-ġdid taċ-Ċirkewwa? Jista jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi l-ispiża fuq konsulenzi relatati mal-proġett tal-moll il-ġdid taċ-Ċirkewwa kienet hekk:
Sena
€ mingħajr VAT
2000-2008
1,936,676.94
2009
37,579.19
2010
229,436.66
2011
324,845.49
2012
240,640.83
2013
53,345.70
Total
2,822,524.81
L-ispiża ta’ bejn is-sena 2000 u 2008 tinvolvi l-ewwel fażijiet tal-proġett li jinkludu r-reklamar tal-art, il-bini tal-breakwater, u l-bini tat-tieni moll fit-tramuntana taċ-Ċirkewwa.
Il-bini tat-terminal fiċ-Ċirkewwa li ġie iffinanzjat mil-Unjoni Ewropeja bejn l-2009 u l-2013, involva sal-lum l-ispiza ta’ € 885,847.87 mingħajr VAT, li tikkonsisti f’ € 580,214.75 fi spejjeż ta’ perizja u inġinerija, € 123,396.22 fi studji, u € 182,236.90 f’servizzi ta’ Project Management. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi breakdown ta’ dawn iċ-ċifri sena b’sena għall-konsulenti involuti u l-mod ta’ kif dan ix-xogħol ta’ konsulenza ġie mogħti.
Proġett tad-daħla tal-Belt Valletta – konsulenzi — spiża
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2008 sal-lum tal-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar il-proġett ta’ Bieb il-Belt, il-Parlament il-ġdid u t-Teatru l-imwaqqa’? Jista’ jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar il-proġett ta’ Bieb il-Belt, il-Parlament il-Ġdid u t-Teatru l-Imwaqqa’ tammonta għal- €17,668,775.01
L-informazzjoni miġbura tmur lura mill-2009 u mhux mill-2008 kif mitlub peress li l- GHRC ġiet imwaqqfa fl-2009.
Qed inpoġġi l-kumplament tal-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ kull kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex m'għandu l-ebda kuntratt ta' servizz ta' sigurtà mal-kumpaniji indikati. Jiena infurmat ukoll li l-kumpanija Gozo Channel ilha tagħmel użu mis-servizz ta' din il-kumpanija mis-sena 2000
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-kummissjoni fuq il-bejgħ mill-banek tal-lottu li jingħata lill-każini tal-baned, din is-sena ma ngħatax bejn Jannar u Frar li għadda, hekk kif kien isir kull sena? Jista' jgħid meta se jingħataw dawn il-kummissjonijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħaraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kummissjoni għall perjodu Lulju sa Dicembru 2012, fuq il-bejgħ mill-Banek tal-Lottu li jingħata lill-Każini tal-baned u assoċjazzjonijiet ħareġ u dawn l-assoċjazzjoniet diġà bdew jirċievu ċ-ċekkijiet .
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li tinstab rotta differenti għat-trakkijiet kuntrattati mal-Wasteserv li qed jgħaddu miċ-ċentru ta' Bormla, mgħobbija bi skart li qed jinġarr mill-impjant f'Ta' Barkat għall-Magħtab? Jista' jara li t-trakkijiet li qed iġorru dan il-materjal li jnitten minn kull fejn jgħaddi, ikunu ssiġillati kif kien ġie mwiegħed fil-leġiżlatura li għaddiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskart li johrog minn ta' Barkat jista' jsegwi zewg rotot principali, wahda li tghaddi minn Bormla u ohra minn Haz-Zabbar. Ir-rotta li tghaddi minn Bormla hija dik li tikkawza inqas konvenjent possibbli lill-pubbliku generali meta wiehed jikkonsidra l-wisgha tat-toroq, il-koncentrazzjoni ta' residenzi fuq ir-rotta u l-kongestjoni tat-traffiku fl-inhawi kkoncernati.
Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskart minn Ta' Barkat diga' qed jingarr f'kontenituri ssigillati.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hix prattika normali li persuna li tieħu l-benefiċċju tal-mard, u tispiċċa sentenzjata l-ħabs, tibqa' tieħu dan il-benefiċċju waqt li qiegħda tiskonta s-sentenza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuna li tkun qegħda tiskonta sentenza ma għandha dritt tirċeivi l-ebda pensjoni, benefiċċju, allowance, għajnuna jew bonus.
Skola Primarja ta' Bormla — grawnd għar-rikreazzjoni
Question
Peress li snin ilu, l-istudenti tal-iskola primarja ta' Bormla kienu jagħmlu użu minn grawnd żgħir quddiem l-istess skola sabiex jipprattikaw il-lezzjoni tal-PE u anke joħorġu għall-break, u peress li minn xi snin 'l hawn, dan il-grawnd spiċċa jintuża bħala car park b'detriment għat-tfal li issa m'għandhom imkien fejn jirrekreaw irwieħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk il-predeċessur tiegħu qattx ippruvat issolvi dan l-inkonvenjent? Jekk fl-affermattiv, x'għamlet fil-prattika? Jista' jgħid hux se jikkunsidra li jsir xi ħaġa għal dawn it-tfal, forsi anke jittieħed nofs l-istess parking sabiex jintuża mill-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tfal tal-iskola primarja ta' Bormla ilhom imċaħħdin mill-ispazju ta' logħob mindu ttieħed għall-parking. Qed naraw x'nistgħu nagħmlu biex nipprovdulhom spazju alternattiv.