Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'tip ta' xogħol sar fl-ex racks tal-boiler makers ħdejn Baċir nru. 3? Kemm kienet l-ispiża ta' dawn ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li sar fl-ex racks tal-boiler makers ħdejn baċir Numru 3 kien biex l-istess post jinbidel f'uffiċini u ħwienet tax-xogħol biex jintużaw fil-proġett Palmer Johnson.
Peress illi l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali ma jaqbilx li jingħataw dettalji.
Peress li f'mistoqsija parlamentari l-Ministru semma' tliet persuni bħala barranin impjegati t-Tarzna, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm numru ta' ħaddiema barranin mas-sezzjoni ta' l-armar ta' l-iscaffolding?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li m'hemm l-ebda ħaddiem barrani mpjegat mas-sezzjoni tal-armar ta' l-iscaffolding fit-Tarzna ta' Malta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm saru addozzjonijiet tul is-sena 2002? Minn liema pajjiż saru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, skond ir-rekords tad-Dipartiment ghall-Harsien tal-Familja, matul l-2002 saru tlieta u tletin addozzjoni. Hmistax kienu ta’ tfal Maltin, ghaxra mir-Rumanija, erbgha mill-Pakistan, tnejn mill-Kenja u tnejn mill-Marokk.
Jista' il-Ministru jgħid f'hiex kien jikkonsisti l-ftehim sabiex il-moll u l-imħażen fuq il-baċir numru 1 ta' Bormla intuża minn kumpanija tal-films?
Response (GATT, AUSTIN)
It-Tarzna kriet irmigg u 'storage area' ħdejn il-Baċir Nr. 1 lil 'Latina Pictures'.
Il-ftehim kien jispeċifika ħlas għall kull ġurnata u it-tul tal-kirja.
Jista' il-Ministru jgħid x'sussidju ingħata lil dawk reġistrati bħala part time fishermen u full time fishermen, u jispjega wkoll kif ġew determinati l-ammonti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema għajnuniet qed jirreferi u l-perjodu ta’ meta ingħataw dawn l-għajnuniet.
Jista' il-Ministru jgħid f'hiex tikkonsisti l-applikazzjoni 3428/01 u ċioe' l-outline application tal-area madwar Baċir 1 ta' Bormla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 3428/01 tikkonsisti f’Outline Application għall-proġett tal-Bacir Nru. 1 f’Bormla. Il-proġett jikkonsisti fir-riabilitazzjoni u konverżjoni ta’ strutturi storici u tal-ispazju madwarhom. Il-MEPA talbet pjan komprensiv ta’ żvilupp għal dan il-proġett.
Jista' il-Ministru jara li ssir investigazzjoni dwar ilma ħiereġ ta' kuljum fi Triq ix-Xatt Bormla ħdejn il-ħanut Galea Sluta?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa għamlet ċertu stħarriġ biex ikun stabbilit mnejn ħiereġ l-ilma iżda dan s'issa ma tax riżultat. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u ser jiġi stabbilit ukoll jekk dan l-ilma huwiex ilma tax-xorb.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru reġistrazzjonijiet ta' karozzi ġodda f'Jannar, Frar, Marzu u April 2003 separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' vetturi ġodda li ġew reġistrati matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena hu kif ġej:
Jannar 619
Frar 604
Marzu 503
April 719
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti, xahar b'xahar f' Jannar, Frar, Marzu u April 2003, ta' ħaddiema barranin jaħdmu bla permess? Fejn kienu l-impjiegi marbuta ma' dawn ir-rapporti? X'sar f'kull każ u x'kien ir-riżultat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dawn huma r-rapporti dwar barranin li saru xahar b'xahar minn Jannar sa April 2003.
Xahar Rapporti dwar Barranin L-Impjiegi marbuta ma'
dawn ir-rapporti
Jannar 3 3 - Lukandi
Frar 3 2 - Lukandi
1 - Kostruzzjoni
Marzu 4 1 - Kummerċjali
2 - Kostruzzjoni
1 - Industrijali
April 1 1 - Lukandi
TOTAL 11
F'kull każ indikat, l-uffiċjali ta' l-ETC għamlu l-ispezzjonijiet meħtieġa u rrapurtaw il-każ lill-Pulizija, biex jittieħdu l-passi skond il-liġi.
Jista' il-Ministru jara li persuni li jkollhom il fuq minn 75 sena jingħataw il-faċilita' li jġeddu l-passaport tagħhom kull sena jew sentejn flok għall-perjodu sħiħ ta' 10 snin?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant ser ikun ikkunsidrat mid-Dipartiment ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jikkunsidra li d-dawra mal-Baċir No1 tinfetaħ sabiex ir-residenti tat-3 ibliet ikunu jistgħu jimxu minn Bormla għall-Isla mad-dawra tal-baħar, issa li l-Baċir mhux jintuża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-suggeriment tieghu se jigi kkunsidrat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand xahar b'xahar f' Jannar, Frar, Marzu u April 2003? Ta' liema ditta u u ċilindraġġ kienu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar vetturi second hand li ġew impurtati matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji li (i) jimpjegaw sa 10 persuni, (ii) jimpjegaw aktar minn 10 sa 100, (iii) jimpjegaw aktar minn 100?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant inġabret mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u hija kif ġej:
Numru ta’ Impjegati
Numru ta’ Kumpanniji Rispettivi
0 sa 9
44,207
10 sa 99
1,376
100 u ‘l fuq
165
Jista' il-Ministru jgħid jekk mara separata hux intitolata għal xi tip ta' benefiċċju meta l-ex raġel jonqos milli imantniha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi għall-possibbilta' ta' ħlas ta' Assistenza Soċjali fil-każ indikat mill-Onor. Interpellant. Peress li l-ħlas jew le ta' din l-Assistenza jiddependi minn diversi fatturi, fosthom xi dħul ieħor u assi li jista' jkollha, persuna li ssib ruħha fis-sitwazzjoni indikata, għandha tikkonsulta ma' l-uffiċjal inkarigat fl-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha.