Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1753 Sitting 39 2003-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Permessi ħal ftuħ ta' ħwienet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' permessi u kunsens jeħtieġu dawk li jkunu se jiftħu ħwienet: (a) tax-xorb; (b) ta' l-ikel (take-away/restaurants); (c) tal-laħam?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-liċenzja tan-negozju imsemmija, m`għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru tal-Finanzi — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu minn Ottubru 2002 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Vetturi — Tiġdid ta' liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk tinżammx informazzjoni dwar kemm karozzi ma tiġġeddilhomx il-liċenzja u jekk fl-affermattiv, jista' jagħti din l-informazzjoni għall-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 4723 vetturi li l-liċenzja tagħhom skadiet f'dan il-perjodu u ma ġietx imġedda mis-sid tal-vettura.

Bormla — Pelican Lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jitwaħħal xi pelican lights fuq iż-zebra crossing li hemm viċin il-knisja ta' Santa Tereża Bormla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ta' Bormla kien għamel talba għal pedestrian crossing fi Triq Santa Tereża fejn din ġiet approvata mid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku f'Mejju 2001. Sa llum ma kien hemm ebda talba oħra mill-Kunsill Lokali.

Liċenzja tat-television

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal xiex tinġabar il-liċenzja darba fis-sena tat-television?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bordijiet u kummisjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummisjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi huma l-istess bordijiet li kien hemm qabel April 2003.

Bordijiet u kummissjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni relattiva għadha qieghda tinġabar.
Leg 10 PQ #1521 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Applikazzjonijiet għal staff nurse

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-applikazzjonijiet għal staff nurse fl-isptar San Luqa rispettivament? Jaf li sabiex nurses jieħdu leave anke ta' natura importanti bħal honeymoon, mard fil-familja, safar, eċċ dawn iridu jsibu replacement b'nurses oħra huma stess inkella l-istess leave jiġi rrifjutat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa ghall-applikazzjoni għall-post ta' Staff Nurse fid-Diviżjoni tas-Saħħa qed tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Il-"Vacation Leave" tan-Nurses bħal ta' mpjeġati ohra, huwa konċessjoni li jingħata skond l-esiġenzi tas-Servizz.

Distrett Nru. 2 — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fit-Tieni Distrett Elettorali li se jkunu asfaltati sa l-aħħar tas-sena 2003?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport għadha kif ħarġet żewġ sejħiet għall-offerti għall-asfaltar ta' Triq il-Misk kif ukoll għall-asfaltar ta' Triq is-Summien kantuniera ma' Triq Merħba fil-Fgura. Dan sar wara li fix-xhur li għaddew ħarġu sejħiet għall-offerti għall-asfaltar ta' Triq Karmelo Ritchie u Triq Karmelo Penza fix-Xgħajra. Kif ukoll tlesta xogħol li kien għaddej fi Triq Matty Grima, Triq ix-Xatt u Triq il-Mitħna f'Bormla, Triq Rinella u Misraħ l-Arċisqof Gonzi fil-Kalkara u Triq Hompesch fil-Fgura. Id-Direttorat tat-Toroq qiegħed f'kuntatt mal-Kunsilli Lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjieb fit-toroq kollha fil-pajjiż u l-prijoritajiet jiġu aġġornati, minn żmien għal żmien skond l-eżiġenzi li jkunu qed jirriżultaw.

Malta Enterprise — Bord tad-diretturi - membri

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tad-diretturi tal-Malta Enterprise? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra, jekk hu fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhuma?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-membri fuq il-bord tad-diretturi tal-Malta Enterprise huma : Mr Joseph Zammit Tabona, Chairman Mr George Borg, Deputy Chairman Prof Joe Bannister Mr Anton Borg Mr Vincent Farrugia Mr Reginald Fava Mr John Magro Mr David Newman Ms Yvonne Pulis Mr Paul Zahra Għalissa m'hi qed titħallas ebda onorarja lil dawn il-membri.

Ċentru għall-Kreattivita' — Bord tad-diretturi - membri

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tad-diretturi taċ-Ċentru għall-Kreattivita'? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra u jekk fl-affermattiv, jgħid x'inhuma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l--membri tal-Bord tal-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita' huma kif ġej : Is-Sur Michael Fenech Chairperson Id-Dott. Petra Bianchi Membru Is-Sn. Ann Monsarrat Membru Id-Dott. Joseph Chetcuti Membru Is-Sn. Isabelle Gatt Membru Is-Sur Trevor Zahra Membru Is-Sur Carmel Bonello Membru Is-Sur Charles Xuereb Segretarju tal-Bord M'għandhomx l-ebda onorarja jew benefiċċji.

SVPR — Applikazzjonijiet għal staff nurse

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu l-applikazzjonijiet għal staff nurse fl-SVPR rispettivament? Jaf li sabiex nurses jieħdu leave anke ta' nautra importanti bħal honeymoon, mard fil-familja, safar, eċċ jridu jsibu replacement b'nurses oħra huma stess inkella l-istess leave jiġi rrifjutat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f’xi Seduta oħra.

Malta Drydocks — Ħaddiema li qed jagħmlu xogħol fuq il-La Salle

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Health & Safety Authority sabiex ikun żgurat li l-ebda ħaddiem ma jkun espost għall-asbestos minn fuq il-vapur La Salle?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bastiment tal-gwerra li jappartjeni lil xi stat barrani ma jaqgħax taħt l-interpretazzjoni ta’ post tax-xogħol kif mogħtija f’artiklu 2 tal-Att ta’ l-2000 dwar l-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol. Għal din ir-raġuni ma jistgħux isiru spezzjonijiet minn uffiċċjali tal-Awtorita’ fuq il-vapur La Salle. L-Awtorita’ dejjem saħqet illi f’okkażjonijiet bħal dawn, il-protezzjoni tal-ħaddiema u l-miżuri li għandhom jittieħdu għandhom ikunu ikkunsidrati fil-fażi ta’ tendering għall-kuntratti għal tiswijiet ta’ vapuri li jaqgħu taħt din il-kategorija, u speċifikati fl-eventwali kuntratti b’mod li jorbtu liż-żewġ partijiet involuti, jiġifieri lill-klijent u lil min ikun ser jagħmel ix-xogħol. Nonostante, l-Awtorita’ kitbet lit-Tarzna biex tindaga dwar il-miżuri li qegħdin jittieħdu u biex tenfasiżża l-ħtieġa ta’ dawn l-istess miżuri.
Leg 10 PQ #1500 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżami tal-junior lyceum

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għaddew studenti minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra u Fgura mill-eżami tal-junior lyceum mill-1990 sal-lum, sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #1501 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Sensji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji xahar b'xahar minn Jannar li għadda sal-lum? Minn liema settur kienu ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #1502 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jibda l-ingaġġ ta' dawk li għaddew mill-aħħar eżami għall-iskrivana maċ-ċivil?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1 f’seduta numru 4 tat-28 ta’ Mejju 2003.