Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2197 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartimenti tal-gvern — Sejħiet għall-impjieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti tal-gvern ħarġu sejħiet għall-impjieg minn Jannar 2003 sal-lum? X'tip kien kull impjieg? Kemm f'kull każ applikaw nies u kemm ġew impjegati? Jista' jagħti l-istess tagħrif għall-koperazzjonijiet, aġenzija u kumpanniji li fihom il-gvern għandu sehem?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma lahaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Enemalta — Bord tad-diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-bord tad-diretturi tal-korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid x'renumerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li r-remunerazzjoni u l-benefiċċji li qed jirċievu l-Membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta huma kif ġej - Onorarja Benefiċċji Oħra Chairman Mr. T Tabone Lm7000 (i) użu ta' karozza tal-Korporazzjoni (ii) faċilitajiet tat-telefon Deputy Chairman Mr. G W Borg Lm1500 (i) Lm5 kuljum bħala 'Disturbance Allowance' Diretturi- Mr. J Borg Manduca Lm1500 Mr. E Cachia Caruana Lm1500 Dr. H Zahra Lm1500 Mr. A Abela Lm1500 Mr. R Soler Lm1500 Mr. A Ciantar Lm1500 Direttur Ħaddiem- Mr. A Debono Lm1500 (i) Health Scheme Privata Barra minn hekk il-Membri kollha tal-Bord huma nxurjati kontra l-inċidenti, etc. u anke għandhom 'Professional Indemnity Cover'.
Leg 10 PQ #1998 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex jitneħħa l-inkonvenjent li qed jgħaddu minnu ġirien fi Triq il-Ġdida Bormla quddiem blokk 7, fejn minn trappiera qed joħorġu ħafna ġrieden?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għamlu trattament intensiv ta' tqegħid ta' velenu fis-sistema tad-dranaġġ fit-triq indikata fis-16 ta' Ottubru 2003. Il-problema ser tibqa' tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontroll.

Enemalta — Bozoz tat-toroq - Ħsarat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex xi sezzjoni li tosserva u tirraporta ħsarat ta' bozoz tat-toroq? Jekk fl-affermativ għaliex bozoz fil-Kottonera idumu ġimgħat ma' jixgħelux?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-bozoz tat-toroq jiġu rrapurtati fil-maġġoranza tagħhom mill-Kunsill Lokali. It-tiswija ta' dawn il-bozoz issir fl-aqsar żmien possibli. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għall-liema bozoz qed jirreferi.
Leg 10 PQ #2015 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tqassim ta' training grants lill-industrija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu training grants lill-industrija fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament? Liema setturi industrijali bbenefikaw? Jista' jgħid kemm għad hemm kumpanniji li għad għandhom jistennew li jingħataw dawn il-grants? Kemm jammontaw u għal liema snin huma dovuti?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif li wasalli mill-ETC dwar il-mistoqsija.
Leg 10 PQ #1762 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħatra ta' kummissjonijiet u bordijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inħatru kummissjonijiet u bordijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-Bordijiet li nħatru minn April 2003 sal-lum li jaqgħu taħt id-Dekasteru tiegħi kif ukoll il-ħlas u benefiċċji oħra, fejn hu l-każ, li dawn il-persuni qed jirċievu.
Leg 10 PQ #1763 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha minn Ottubru 2002 sal-lum? Minn min huma magħmula? Tista' tgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u tgħid x'inhuma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma inħatru ebda bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt il­Ministeru għal Għawdex minn Ottubru 2002 sallum.

Buġibba — Funtana fil-pjazza

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnha l-funtana li kien hemm fil-pjazza ta' Buġibba? Jista' jgħid ukoll x'sar minnha l-funtana li kien hemm fil-baħar quddiem l-istess pjazza?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pompa li kien hemm fil-Pjazza ta' Buġibba kienet tneħħiet wara li kienet vandaliżżata għal diversi drabi. Il-pompa li kien hemm fil-baħar tneħħiet minħabba l-ispejjeż li kienu qegħdin jintefqu biex titħaddem fix-xhur tas-sajf. Iż-żewġ pompi jinsabu f'maħżen tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet.

Malta Shipbuilding — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed isir fil-Malta Shipbuilding? Kemm baqagħlu biex jitlesta? Kemm hemm ħaddiema involuti fuq dan ix-xogħol? Jista' jsemmi jekk hemmx prospetti ta' xogħol ġdid għal Malta Shipbuilding u jekk fl-affermattiv, x'inhu?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħalissa fit-Tarzna tal-Marsa qed jimbnew żewġ bagi. Hu mistenni li fil-bidu tas-sena d-dieħla tibda tinbena baga oħra. Qed jitkomplew l-isforzi biex ikun akwistat xogħol ieħor għaż-żewġ tarżnari.

Bormla — Triq San Gwann - tappiera

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex tappiera li kien hemm fi Triq San Gwann (quddiem nru. 135) f'Bormla tgħattiet bit-tarmak b'konsegwenza li meta jkun hemm xi sadd tad-drenaġġ ma jista' isir xejn? Jista' jara li jerġa' ikun hemm dik it-tappiera fil-post oriġinali tagħha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat tat-toroq ħa l-passi neċessarji biex din il-manhole terġa tittella' fil-post oriġinali tagħha.
Leg 10 PQ #1756 Sitting 40 2003-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Bormla — Karozza abbandunata

Question

Jista' il-Ministru jara li titneħħa karozza abbandunata għal ħafna xhur fin-niżla viċin il-Posta ta' Bormla?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura ta` l-għamla Marina kulur abjad, tneħħiet.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu minn Ottubru 2002 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nifhem li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant tikkonċerna bordijiet u kummissjonijiet kostitwiti għall-ewwel darba matul il-perjodu ndikat. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru din l-informazzjoni.

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li minn April 2003 lil hawn inħatru 9 bordijiet / kummissjonijiet. Fir-rigward tal-Bordijiet, Kumitat tal-Garanzija, Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, Ċentru Malti għar-Restawr, Heritage Malta , Ċentru għall-Kreattivita’ nitolbu jagħmel riferenza għat-tweġibiet li tajt fil-mistoqsijiet palamentari numru, 1491, 1493, 1494, 1495, 1508, rispettivament. Il-Bordijiet tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti, l-Orkestra Nazzjonali, l-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Arti u Kulturali, u t-Teatru Manoel huma kostitwiti kif ġej :- Fondazzjoni Patrimonju Malti Is-Sur Maurice Degiorgio Chairman L-Imħallef Giovanni Bonello Membru Is-Sur Joseph Brockdorff Membru Dott. Joseph Buttigieg Membru Is-Sinjura Marguerite Critien Membru Markiż Nicholas De Piro Membru Dott. Pascal A. Demajo Membru Dott. Albert Ganado Membru E.T. John Lowell Membru Is-Sur John Manduca Membru Is-Sur Joseph Sammut Membru Is-Sur Dennis Vella Membru Is-Sinjura Cecilia Xuereb Membru Is-Sur Lino Cuschieri Membru Dott. Michael Grech Membru / Segretarju M’għandhomx l-ebda onorarja u benefiċċji. L-Orkestra Nazzjonali Dott. Mario Tabone Vassallo Chairman Dott. Kenneth Zammit Tabona Membru Is-Sur Emy Scicluna Membru Is-Sn. Marlene Schranz Membru Is-Sn. Rosette Fenech Membru Is-Sur Alfred Thewma Segretarju Il-Kunsill Malti għ all-Kultura u Arti Prof. Joe Friggieri Chairman Is-Sur Josef Camilleri Viċi Chairman Dott. Paul V.Mifsud Segretarju Eżekuttiv Prof. Richard England Membru Is-Sur Norbert Attard Membru Prof. Mro. Charles Camilleri Membru Is-Sur George Glanville Membru Prof. Rev. Peter Serracino Inglott Membru Is-Sn. Lara Strickland Membru Is-Sur Charles Stroud Membru Is-Sur Alfred Massa Segretarju Onorarja : Chairman ( non executive ) Lm 6,000 fis-sena Viċi Chairman/Diretturi Lm 1,200 fis-sena Direttur Eżekuttiv għandu kuntratt definit ta' kap eżekuttiv u għalhekk ma jieħux onorarja. It-Teatru Manoel Is-Sur Wilfred Kenely Chairman Dott. Peter Fenech Segretarju Is-Sn. Maria Ghirlando P.R.O. Is-Sur John Gatt Membru Is-Sur Andrew Sapiano Membru Dott. Paul Xuereb Membru Is-Sur Salvu Stellini Membru Is-Sur Alfred Buttigieg Membru Is-Sur Alfred J. Chetcuti Membru Is-Sn. Francesca Tranter Membru
Leg 10 PQ #1759 Sitting 40 2003-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Ħatra ta' kummissjonijiet u bordijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru kummissjonijiet u bordijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn April sal-lum il-kompożizzjoni tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi baqgħu li kienu ħlief li l-Bord tal-Gvernaturi ta' l-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi issa għandu lis-Sur Reginald Abela bħala Executive Chairman li għandu salarju u fringe benefits abbinati ma' Salary Scale 4 tas-Servizz Pubbliku. Inżid ngħid li nħatar Kumitat Inter-Ministerjali dwar it-Turiżmu magħmul mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, mill-Ministru għaz-Żgħażagħ u l-Kultura b'kordinazzjoni tiegħi u jinkludi fih ukoll is-Segretarji Permanenti tal-Ministeri msemmija. Ma tihallas ebda honoraria jew benefiċċji oħra.
Leg 10 PQ #1760 Sitting 40 2003-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn April 2003 ġew maħtura dawn il-Bordijiet - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Chairman Is-Sur Peter Diacono Membri Prof. Joseph Micallef Prof. Alex Felice Prof. Peter Serracino Inglott Prof. Juanito Camilleri Dr. Janet Mifsud Dr. Jonathan Borg Is-Sur Brian St. John Is-Sinjorina Claudine Cassar Is-Sinjur Jacques Sciberras Is-Sinjur Gordon Cordina Is-Sinjur Antoine Riolo Is-Sinjur Joe Zammit Tabona L-Ing. Ray Muscat Iċ-Chairman jieħu Lm1500 bħala ħlas fis-sena filwaqt li l-membri l-oħra ma jieħdu l-ebda ħlas. Commonwealth Scholarships and Fellowship Board Chairman Is-Sur John Camilleri Membri Prof. Kenneth Wain Dr. Ray Xerri Dr. Simone Borg Is-Sinjorina Yvonne Pulis Is-Sinjorina Micheline Sciberras Is-Sinjur Joseph Sammut Is-Sinjorina Annabel Vassallo Il-membri kollha ta' dan il-bord inkluż iċ-Chairman ma jieħdu l-ebda tip ta' honoraria u/jew benefiċċji. Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi Chairman Prof. Kenneth Wain Membri Is-Sinjorina Mary Rose Mifsud Is-Sinjur Frans Borg Is-Sinjura Salvina Muscat Is-Sinjur Frank Mifsud Is-Sinjur Ray Camilleri Iċ-Chairman jirċievi ħlas ta' Lm1000 filwaqt li l-membri jieħdu Lm600 fis-sena.
Leg 10 PQ #1761 Sitting 40 2003-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Ħatra ta' kummissjonijiet u bordijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru kummissjonijiet u bordijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (BORG, TONIO)

Ma nħatrux kummissjonijiet u bordijiet fid-dekasteru tiegħi minn April 2003 sal-lum.
Leg 10 PQ #1749 Sitting 39 2003-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Health Centres — Tqassim ta' siringi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mill-Health Centres, separatament fix-xahar ta' Awissu li għadda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-siringi li tqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa separatament fix-xahar ta' Awissu huma dawn: MONTH FLORIANA QORMI GŻIRA PAOLA COSP MOSTA RABAT August 3394 953 2881 523 1628 1224 608
Leg 10 PQ #1750 Sitting 39 2003-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukandi u Guest houses

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn lukandi u guest houses f'Malta maqsuma skond il-kategorija? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li f'Malta u Għawdex hawn b'kollox 130 lukanda 36 aparthotels u villaġġi turistiċi u 38 guest houses liċenzati ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta. Dawn jinsabu mqassma skond kif jidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1751 Sitting 39 2003-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Abbuż mid-droga

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu każi ta' abbuż mid-droga fix-xahar ta' Awwissu 2003? Jista' jgħid għal kull każ x'tip u xi kwantita' ta' droga kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Awissu ta` din is-sena kien hemm 34 persuna investigati mill-Pulizija fuq reati relatati mad-droga. Id-droga li nqabdet mill-Pulizija matul l-istess xahar huwa kif ġej: Cocaine 2kg 989grms Heroin 32.2grms Cannabis resin 99.7grms Cannabis grass 50grms Ecstacy 7,271.5 tablets