Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2639 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — NCC course

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'jiġri jekk student li jkun irid jibda l-NCC course ma' jsibx sponsor? Kif tista' tgħin l-ETC f'każi bħal dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li l-kors tal-National Computer Centre jaqa taħt it-Traineeship Scheme. Parteċipanti f'din l-iskema jattendu għal taħriġ teoretiku fi stabiliment ta' taħriġ vokazzjonali u taħriġ prattiku ma' employer fejn huma jipprattikaw u jakkwistaw ħiliet prattiċi relatati mal-kors. Għaldaqstant jekk persuna ma jkollux employer ma' tkunx tista' tipparteċipa bi sħiħ fil-programm u ma' titħalliex tipparteċipa fl-iskema. Min-naħa tagħha l-ETC tgħin lil dawk kollha li japplikaw magħha biex issibilhom impjieg billi tirreferi d-dettalji ta' l-applikanti lill-employers interessati, b'dawn ta' l-aħħar jgħazlu lil min jixtiequ huma.
Leg 10 PQ #2647 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fabbriki — Training Grants

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema fabbriki (bl' isem) għadhom qed jistennew li jingħataw t-training grants għas-sena 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li il-kumpaniji li għadhom qed jistennew li jingħataw training grants għas-sena 2001 qed jidhru hawn taħt: Academy Furniture Mfg. Ltd. Allchem Ltd. Bandulet Dental Ltd. Boat Equipment Ltd. Borg Cold Stores Ltd. Bortex Clothing Ltd. Buttner Ltd. Buxom Poultry Ltd. Calibre Industries Ltd. Carefree Furniture Co. Ltd. Carlo Gavazzi Ltd. Chef Choice Ltd. Consolidated Biscuits Co. Ltd. Crimsonwing (M) Ltd. De La Rue Currency Ltd. Dedicated Micros (Malta) Ltd. Denim Sportswear Ltd. Elepac Ltd. Emmanuel Delicata Winemaker Ltd. Fitzwright Europe (Malta) Ltd. Germal Clothing Ltd. Heirloom Ltd. Hetronic (M) Ltd. JB Plastics Ltd. Jolly Ltd. Lasercomb Ltd. Lloyd Shoe Mfg. Co. (Gozo) Ltd. Lloyd Shoe Mfg. Co. (Malta) Ltd. Magro Bros (Foods) Ltd. MCL Components Ltd. Medical Disposables Mfg. Ltd. Mediterranean Aviation Co. Ltd. Metalfit Industrial Ltd. Metallform (M) Ltd. Methode Electronics (M) Ltd. MGC Electronics Ltd. Miss Ella Ltd. Motherwell Bridge (M) Ltd. MP Clothing Ltd. MSC (Malta) Ltd. Pamargan Products Ltd. Perfect Screen Printers Playmobil Malta Ltd. Prominent Fluid Controls Ltd. Raesch Quarzglas (Malta) Ltd. Sandpiper Ltd. Seifert Electronics (Malta) Ltd. Shireburn Co. Ltd. S.M.W. Cortis Ltd. The Chair Co. Ltd. Toly Products Ltd. Topserv Ltd. U.D.C. Euro Ltd. Underwear Ltd. UWT International Ltd. Vernon Foods Mfg. & Trading Ltd. VF (Malta) Ltd. W.E.T. Automotive Systems (Malta) Ltd. Windmill Aluminium Ltd. Windsor Co. Ltd. Woodline Ltd.
Leg 10 PQ #2648 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Foundation Course in business & commerce — MCAST

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 2482, ninforma lill-Ministru li kont qed nirreferi għall-MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond il-Prospektus 2003-2004, fl-MCAST hemm kors wieħed li jismu 'Ċertifikat Bażiku fin-Negożju' (Foundation Certificate in Business). Filwaqt li kull min spiċċa l-iskola obbligatorja jista' japplika biex jidħol f'dan il-kors, l-Istitut f’dan l-istadju ta’ żvilupp għandu limitazzjonijiet . Għaldaqstant ġejt informat li għad hemm 30 student fil-waiting list biex jidħlu fil-kors.
Leg 10 PQ #2650 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Liċenzji tan-negozju

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' permessi u kunses jenħtieġu dawk li jkunu se jiftħu ħwienet tax-xorb u ta' l-ikel (take-away/restaurants)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li applikazzjonijiet lill-Awtorita tat-Turiżmu għal liċenzji ta' Catering ikollhom bżonn dawn il-permessi:- (A) Permess mill-Awtorita ta' l-Ambjent u Ippjanar li jiċċertifika li l-post jista' jintuża għal catering; (B) Permess mill-Malta Resources Authority dwar id-drenaġġ; (C) Approvazzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa dwar li l-post jikkonforma mar-regolamenti tas-saħħa u l-iġene; (D) Jekk l-applikant mhux il-propjetarju, ikun hemm bżonn il-kunsens tal-propjetarju.
Leg 10 PQ #2197 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartimenti tal-gvern — Sejħiet għall-impjieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti tal-gvern ħarġu sejħiet għall-impjieg minn Jannar 2003 sal-lum? X'tip kien kull impjieg? Kemm f'kull każ applikaw nies u kemm ġew impjegati? Jista' jagħti l-istess tagħrif għall-koperazzjonijiet, aġenzija u kumpanniji li fihom il-gvern għandu sehem?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif li ingħatali dwar dipartimenti u aġenziji pubbliċi li jaqgħu fi ħdan id-dekasteru tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2210 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment għall-akkomodazzjoi soċjali — Tqassim ta' postijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u mill-awtorita' tad-djar minn Jannar sa Mejju 2003? F'liema lokalita' kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Kottonera — Kumitat għar-riabilitazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera? Jista' jgħid jekk għandhomx xi remunerazzjoni jew benefiċċji oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera huma dawn:- Perit Chris Spiteri Chairman Mr Joseph Scerri Membru Mr John Boxall Membru Mr Joseph Casha Membru Mrs Charmain Gerada Membru Mr Lorenzo Zahra Membru Mr Michael Zarb Membru Mr Maurice V. Debono Membru Mr Mark Lombardo Membru Mr Joe Carbonaro Membru Mr Lawrence Farrugia Membru Mr James Cauchi Membru Mr Mario Farrugia Membru Mr Charles Bonello Membru Dr Ray Bondin Segretarju Iċ-Chairman ta' dan il-Kumitat biss jieħu remunerazzjoni ta' Lm1000 fis-sena.
Leg 10 PQ #2490 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni ta' l-istudenti fl-Universita'? Jista' jaqsamhom sena b'sena? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Leg 10 PQ #2491 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Triq San Ġorġ - ġrieden ħerġin minn sprall

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex ir-residenti ta' Triq San Ġorġ, Bormla ma jibqgħux jaraw ġrieden ħerġin minn sprall kantuniera ma' Triq M. Grima?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, permezz tat-taqsima tal-Pest Control, riċentament għamel trattament għal kontra l-ġrieden fis-sit indikat. Din il-problema ser tibqa' tiġi segwita sakemm tiġi taħt kontroll.
Leg 10 PQ #2492 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

NET TV/PBS — Pubbliċita' dwar sħubija ta' Malta fl-UE

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm intnefqu flus bħala pubbliċita' dwar sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fuq NET TIV u fuq il-PBS?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-Ministeru tiegħi ma’ nefaqx flus bħala pubblicità dwar sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fuq NET TV u fuq il-PBS.

Kottonera — Allokazzjoni ta' postijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista bl-indirizzi tal-postijiet fil-Kottonera li ġew allokati mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali minn Jannar 2003 sa April 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirlix li għandi nippubblika l-indirizzi tal-postijiet li ġew allokati sabiex nissalvagwardjaw l-privatezza ta’ min qed jokkuphom. Madankollu qed nippubblika n –numru ta’ postijiet allokati fil-lokalitajiet mitluba mill-Onor. Interpellant. Birgu 3 Isla 2 Bormla 20

Liċenzji tan-negozju

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' permessi u kunses jenħtieġu dawk li jkunu se jiftħu ħwienet: (a) tax-xorb; (b) ta' l-ikel (take-away/restaurants); u (c) tal-laħam?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawk li jkunu ser jiftħu ħwienet tal-laħam, dawn jeħtieġu l-permessi mill-MEPA u d-Dipartiment tas-Saħħa. Fir-rigward ta’ ħwienet tax-xorb u ta' l-ikel il-mistoqsija trid tiġi riferuta lill-M.T.A.
Leg 10 PQ #2482 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Foundation course in business & commerce

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li studenta tibda l-ewwel sena tal-foundation course in business & commerce? Kemm hemm studenti fil-waiting list?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Universita' ma jeżistix kors 'Foundation in Business & Commerce'.
Leg 10 PQ #2483 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Arts & design

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li studenta tibda fl-ewwel sena ta' l-arts & design fl-MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena dawk l-applikanti li xtaqu jidħlu fl-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn setgħu japplikaw għal ħames korsijiet. Kif huwa speċifikat fil-Prospektus, id-dħul kien differenti għal kull kors. Ser ngħaddi kopja tal-Prospektus ta' dan l-Istitut lill-Onor. Membru.
Leg 10 PQ #2484 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni tal-junior college fl-Imsida? Minn liema lokalita' ġejjin l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li il-popolazzjoni tal-Junior College hi 3048. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-lokalitajiet.

Raħal Ġdid — Mini ta' Għajn Dwieli

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir upgrading tal-mini ta' Għajn Dwieli, id-daħla ewlenija għall-Kottonera? Ma jidhirlux il-Ministru li dawn il-mini jinsabu fi stat miskin u allura ma jagħtux impressjoni tajba għal min ikun dieħel fil-Kottonera għall-ewwel darba?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ser ngħaddi s-suġġeriment tiegħu lill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera għall-konsiderazzjoni tagħhom skond il-prijoritajiet li għandhom għal dawk l-inħawi.
Leg 10 PQ #2486 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Isla — Arloġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-arloġġ ta' l-Isla ilu xhur sħaħ wieqaf? Jista' jara li jsir xi ħaġa sabiex dan l-arloġġ, landmark importanti fil-Kottonera, jerġa' jibda jaħdem?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-arloġġ importanti u storiku, kif tajjeb deskritt minnu, huwa responsabbilita` tat-Tarzna ta` Malta.
Leg 10 PQ #2216 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #2217 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.