Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li applikaw ma' l-ETC għal course NCC u għadhom jistennew għax bla sponsor?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' persuni li applikaw mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għal kors NCC kien ta' 44. Minn dawn 21 persuna ġew aċċettati fl-Advanced Diploma Course u 12 fid-Diploma Course.
Mill-11 li ma ġewx aċċettati 6 ma kienux eleġibbli, 2 qed jattendu programm ieħor u 3 oħra qed jattendu għall-kors privatament.
Għaldaqstant ma jidhirx li hemm xi persuni li qed jistennew biex jibdew NCC Course.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu l-applikazzjonijiet għal staff nurse fl-SVPR rispettivament? Jaf li sabiex nurses jieħdu leave anke ta' nautra importanti bħal honeymoon, mard fil-familja, safar, eċċ jridu jsibu replacement b'nurses oħra huma stess inkella l-istess leave jiġi rrifjutat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant mistennija joħorġu fil-futur qarib.
Ninsab infurmat ukoll li l-leave għar-raġunijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant dejjem ingħata minkejja li f’entita’ bħal ma hi r-Residenza San Vinċenz dan mhux dejjem ikun faċili.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li mhux ċar xi jrid jifhem l-Onor. Interpellant b’konsultenti/kumpanniji ta’ konsulenza qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li tinkludi wkoll l-għoti ta’ servizzi professjonali.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-għalqa li qiegħda fi Triq il-Vittmi tal-gwerra, Raħal Ġdid li tmiss mad-dar li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hemmx xi permess ta' bini fuqha? Jekk iva, x'permessi huma? Jista' jagħti informazzjoni fuq xi permessi marbuta ma' din l-art?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista' l-Onor. Interpellant jekk jgħobġu jissotometti 'site plan' tal-għalqa msemmija biex inkunu nistgħu nagħtu l-informazzjoni meħtieġa għaliex is-sistema tal-mappi tal-Awtorita' ma' tinkludiex l-ismijiet tad-djar.
Infakkar lill-Onor. Membru li hu jista’ ifittex direttament din l-informazzjoni fuq il-MapServer tal-
website
tal- Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA),
www.mepa.org.mt
Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex tiġi rranġata s-sitwazzjoni fejn qed isir slum clearance fi Triq San Ġwann, Bormla peress li d-drenaġġ ta' xi residenzi u tal-club ta' Cospicua Rangers F.C. qed jispiċċa fil-blat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infumat li d-drenagg li qed jispicca fil-blat gej mill-house connections privat tar-residenzi u mhux mill-main tas-sistema pubblika. Ghalhekk din il-mistoqsija ghanhda ssir lill-Ministru responsabbli ghall-Housing Authority biex dawn jinvestigaw il-kaz.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 618, peress li l-Ministru qal li ilha x-xhur teżisti, meta fil-fatt din ilha biss ftit xhur, jista' jara li tintlaqa' it-talba tar-residenti ta' Triq W. Rosato Bormla u din ir-rotta tibda tgħaddi minn San Ġwann t'Għuxa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmatli diġa teżisti rotta numru 6 bejn il-Belt Valletta u l-Birgu u viċi versa, via San Gwann t'Għuxa.
MEPA — Applikazzjoni għall-multi level car park f'Bormla
Question
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni quddiem il-MEPA dwar il-bini ta' multi level car park f'Bormla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Outline Application għall-bini ta' multi-level car park f' Misrah Santa Margerita, Bormla, ġiet approvata fit-3 ta' Lulju 2003. Sussegwentement, l-Outline Permit ġie maħrug fl-10 ta' Awwissu 2003.
Bormla — Bieb il-Poverista - provvista ta' elettriku
Question
Jista' il-Ministru jara li jissaħħaħ is-servizz ta' l-elettriku fir-residenzi ta' Bieb il-Poverista f'Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi ix-xoghol biex tissahhah is-sistema ta' l-eletriku f'Bieb il-Polverista Bprmla ghandu jsir flimkien ma' xogholijiet ohra simili fil-gimghat li gejjin
Ministeru tal-Finanzi — Ħatra ta' bordijiet u kummissjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu fid-dikasteru tiegħu minn Ottubru 2002 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' Bordijiet u Kummissjonijiet li nħatru minn Ottubru 2002 sal-lum huwa ta' 26. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta' Bordijiet kif mitluba.
Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2647 u cioe' jista' jgħid liema fabbriki (bl-isem) għadhom qed jistennew li jingħataw t-training grants għas-sena 2001?
Jista' jagħti l-figuri pagabbli għal kull azjenda u meta jaħseb li se jitħallas kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jidhirlix li jkun korrett wieħed jiżvela il-figuri fabbrika fabbrika li diġa' issemmew fit-tweġiba għal Mistoqsija Numru 2647. Informat ukoll li l-azjendi kollha jiġu mħallsa la darba l-Malta Development Corporation tgħaddi l-fondi neċessarji lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Għaldaqstant il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma hix f'pożizzjoni li tgħid meta dawn l-azjendi ser jitħallsu.
Enemalta — Residenza li qed issofri ħsarat fis-sistema elettrika
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq ir-rapport dwar ħsarat minħabba surge fid-dawl tar-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-każ ta' surge fir-residenza li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament qed jiġi mistħarreġ u għandu jiġi konkluż fi żmien qasir.
Jista' il-Ministru jara li jerġa' jitwaħħal il-meter ta' l-ilma fl-indirizz li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li minn mindu sar is-servizz baqgħu mingħajr ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena infurmat li l-indirizz li għalih saret referenza hu ta' block ta' tlett appartamenti li oriġinarjament kien propjeta' tas-Servizzi Ingliżi.
Sussugwentament, il-Gvern ta' dak iż-żmien kien alloka dawn l-appartamenti mingħajr ma ħa ħsieb jara li kull appartament ikollu l-meter ta' l-ilma tiegħu. Fil-fatt, għalkemm kull appartament għandu meter ta' l-elettriku separat, kien hemm servizz ta' l-ilma wieħed għall-blokk kollu u skond il-kotba tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma dan is-servizz kienet responsabli għalih l-Awtorita' tad-Djar. Naturalment, din kienet sitwazzjoni anomala.
Billi min kien qed jikkonsma l-ilma deher li ma riedx jieħu r-responsabilita' għall-ħlas ta' din il-provvista ta' l-ilma, l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma kellhiex triq oħra ħlief li tissospendi din il-provvista.
Dan l-aħħar uffiċċjali tal-Korporazzjoni ikkuntattjaw lir-residenti ta' dan il-blokk u dawn issa aċċettaw li jħallsu l-kontijiet pendenti u jibqgħu responsabbli għall-ħlas tal-konsum ta' l-ilma fil-futur.
Malli s-sitwazzjoni tkun regolariżżata b'dan il-mod, il-provvista ta' l-ilma terġa' tingħata b'mod normali lil dawn ir-residenti.
Jista' il-Ministru jara li tintlaqa' it-talba tar-residenti ta' Bieb il-Polverista, Bormla, liema talba f'forma ta' petizzjoni qed tintbagħat separatament, sabiex tissewwa l-ħsara li hemm fil-kanen ta' l-ilma li qed twassal sabiex ibatu minn nuqqas ta' pressa?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-problema ta' nuqqas ta' ilma fl-inħawi ta' Bieb il-Polverista, Bormla hi kkawżata minn kanen li huma miżdudin .
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma stabbiliet li jridu jinbidlu madwar 175m ta' kanen. Diġa' bdew il-preparazzjonijiet biex isir dan ix-xogħol u l-kanen mistennija li jibdew jinbidlu fi żmien qasir.
Jista' il-Ministru jara li tintlaqa' it-talba tar-residenti ta' Bieb il-Polverista, Bormla, liema talba f'forma ta' petizzjoni qed tintbagħat separatament, sabiex tissewwa l-ħsara li hemm fil-kanen ta' l-ilma li qed twassal sabiex ibatu minn nuqqas ta' pressa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza
Question
Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li mit-13 ta’ April 2003 sal-lum, il-Ministeru tieghi, inkluz il-korporazzjonijiet pubblici kollha li jaqghu tahtu ghamel uzu minn sitt (6) konsulenti jew kumpaniji ta’ konsulenza. Fil-perjodu msemmi s-servizzi provduti minn dawn l-konsulenti u l-hlasijiet moghtija lill-istess, huma kif murija hawn taht:
Tip ta’ servizzi moghtija
Hlas Dovut/moghti
Hlas li ghad irid jithallas
Offerta ghal xoghol ta’
Titjib fil-provvista tal-Elettriku fil-kumpless Ninu Cremona, Victoria
(Sezzjoni ta’ l-Edukazzjoni)
Hlas dovut Lm600
Lm600
Bdil tal-hajt tal-hagra Ta’ Sansuna, fix-Xaghra u Bdil tas-saqaf tat-tarag fil-Mu¿ew tal-Arkejologija
Il-Konsulenza ghadha ma ntemmitx
Xoghol ta’ Ortodontist
(Sptar Generali t’Ghawdex)
Lm112 hlas moghti ghal ¿ewg konsulenzi
Xejn
Xoghol ta’ Acupuncture
(Sptar Generali t’Ghawdex)
Hlas moghti Lm750
Lm750
Xoghol konness ma’ ghoti ta’ Pariri fl-isptar Generali t’Ghawdex
Hlas moghti Lm2248.05
Xejn
Assistenza lir-Registratur, Qrati u Tribunali t’Ghawdex fejn dan ikun parti
Hlas moghti ta’ Lm300
Xejn
MEPA — Applikazzjoni għal fond kummerċjali li jkollha refusal
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk applikazzjoni għal fond kummerċjali li jkollha refusal mill-istadji kollha tal-MEPA, tistax issir mingħajr ebda tibdil skond l-applikazzjoni oriġinali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp ma jeskludix li ssir applikazzjoni simili għal oħra li tkun ġiet irrifjutata. Jingħatax permess jew le hija kunsiderazzjoni oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - tirċievi l-ħlas taċ-children's allowance peress li l-aħħar żewġ ħlasijiet ma rċevithomx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.