Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se jsiru t-tiswijiet neċessarji fil-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u dan sabiex il-familja li kienet toqgħod fih terġa' tirritorna fih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-post indikat mill-Onor. Interpellant fih ħsarat estensivi li prattikkament jirrikjedu li jitwaqqa’ u jinbena mill-ġdid.
Barra dan, ninsab infurmat mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali li l-familja in kwestjoni qed tirrifjuta li tiffirma l-kuntratt ta’ l-allokazzjoni temporanja li ngħatat. Jekk l-familja ser tibqa tirrifjuta li tiffirma l-kuntratt allura d-Dipartiment ma jkollox alternattiva ħlief li jirtira din l-allokazzjoni bl-implikazzjonijiet kollha li dan iġib miegħu.
Jista' il-Ministru jara li jingħata wiċċ xieraq lit-toroq fl-area magħrufa bħala l-Mandraġġ fil-Bigu, peress li qed toħloq inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fl-akwati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt lill-Awtorita' dwar it-Trasport tinvestiga l-ilment ta' l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il fabbrika temmet l-operazzjonijiet tagħha minn pajjiżna tul is-sena 2003? Kemm kienet timpjega nies kull waħda minnhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2003 temmew l-operazzjonijiet tagħhom f'Malta ħmistax (15) il-fabbrika li bejniethom kienu jimpjegaw 489 ħaddiem fuq bażi full time u 104 fuq bazi part time.
Matul l-istess żmien pero fetħu jew espandew l-attivita' tagħhom dsatax il-kumpannija li bejniethom żiedu 406 impjieg ġdid.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu d-dħul li jrid ikollu pensjonant sabiex ikun jista' jibbenefika mill-għajnuna medika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Biex persuna tikkwalifika għall-Għajnuna tal-Mard ma tridx ikollha riżorsi kapitali ta’ aktar minn Lm6,000 jekk tkun persuna waħedha u Lm10,000 f’każ ta’ persuna miżżewġa. Id-dħul fil-ġimgħa ta’ persuna waħedha ma jridx ikun aktar minn Lm9.30 fil-ġimgħa. Dan id-dħul jiżdied bi Lm3.50 fil-ġimgħa għal kull persuna oħra li tgħix fid-dar. Fil-każ ta’ pensjonant, mill-ammont ta’ pensjonijiet li jirċievi, jiġi njorat ammont ekwivalenti għall-pensjoni minima nazzjonali miżjuda applikabbli.
It-test biex jiġi stabbilit id-dħul fil-ġimgħa jsir skond kif elenkat fit-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ex Malta Drydocks u ex Malta Shipbuilding li marru mal-kumpannija Industrial projects & services ltd.? Jista' jgħid kif tqassmu dawn il-ħaddiema, jiġifieri fejn ġew sekondati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċji oħra u jgħid x'inhuma?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jara fiex waslet l-investigazzjoni dwar ħsarat fl-indirizzi mniżżla separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-persuni nvoluti f'dan il-każ diġa ġew infurmati bil-fatti tal-każ li jirriżulta li l-Enemalta fuq parir legali mhix taċċetta l-ħtija ta' dan il-każ.
Bormla — Triq Santa Liena - Manutenzjoni ta' gallarijiet
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li ssir spezzjoni u jekk ikun il-każ manutenzjoni, tal-gallarijiet li hemm fil-blocks il-ġodda fi Triq Santa Liena, f'Bormla peress li s-saljaturi jidhru perikolużi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ħarġux vakanzi għal grad ta' child carers ma' l-aġenzija Appoġġ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu u jpoġġi kopja tas-sejħa fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn April 2003 u Jannar 2004, l-Aġenzija Appoġġ irreklutat 6 full-time u 3 part-time care workers. Dawn kienu persuni jew li kienu riferuti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ minn dawk fuq ir-Reġistru tal-Korporazzjoni jew wara li l-Korporazzjoni ppublikat il-permess relattiv numru 1892003 fil-Job Centres u l-Website tagħha.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' l-aġenzija Appoġġ? Jista' jagħti lista ta' kemm hemm impjegati għal kull grad? Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-multi-level car park f'Bormla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Outline Application għall-bini ta' multi-level car park f' Misraħ Santa Margerita, Bormla, ġiet approvata mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fit-3 ta' Lulju 2003. Sussegwentement, l-Outline Permit ġie maħruġ fl-10 ta' Awwissu 2003.
S' issa l-Full Development Application għada ma ġietx sottomessa.
Jista' il-Ministru jara li jsir re-surfacing tat-triq li minn Għajn Dwieli tinżel sa barra l-mini ta' Għajn Dwieli lejn il-Kottonera, u dan għax it-triq hija mimlija ħofor kbar b'periklu għas-sewwieqa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għadu kif għamel it-tiswijiet neċessarji f'din it-triq biex ħofor li tfaċċaw wara l-maltemp jitneħħew. Għalissa l-Awtorita' ser tkompli tagħmel dan ix-xogħol ta' manutenzjoni minn żmien għal żmien, iżda tajt struzzjonijiet biex ikun kwantifikat ix-xogħol li jkun hemm bżonn isir, biex is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ikun jista jiġi attwat.
Jista' il-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet li saru jew se jsiru fil-Kottonera mill-konsorzju responsabbli mit-tisbiħ ta' l-ambjent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fil-Kottonera il-Konsorzju huwa responsabbli mit-toroq arterjali bħas-sena li għaddiet. Din is-sena wkoll ser jieħu ħsieb il-manutenzjoni kollha u jwettaq din il-manutenzjoni skond iż-żmien tas-sena.
Fl-istess waqt il-konsorzju għandu l-kuntratt tax-xogħol relatat mat-tisbiħ ta’ l-ambjent mal-Kunsill tal-Birgu, kif ukoll għamel iż-żbir tas-siġar fil-konfini tal-Kunsilli ta’ Bormla u ta’ l-Isla.
Issa li l-Baċir Nru. 1 u l-area tal-madwar saru tal-gvern, jista' il-Ministru jgħid jekk bediex xi xogħol sabiex minn din l-area ssir xi ħaġa u tgawdi minnha l-Kottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li diġa bdew preparamenti sabiex jinħareġ "Development Brief" u jibda l-proċess sabiex ikun identifikat żviluppatur privat li jwettaq dan il-proġett.
Jista' il-Ministru jara li t-talba għall-akkomodazzjoni alternattiva tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata attenzjoni speċjali, peress li f'appartament ċkejken qed jgħixu disgħa minn nies?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi t-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ applikazzjonijiet oħrajn pendenti li għandu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.