Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Sports Fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu jeżisti l-isports fund? Jista’ jagħti rendikont ta’ dħul u ħruġ tal-istess fond matul l-aħħar ħames snin, sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fond għall-Isport ilu jeżisti sa minn qabel daħal fis-seħħ l-Att Dwar l-Isport fl-2002. Infatti Artikolu 19(1) jistipula li “il-fond li immedjatament qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att kien imsemmi "Fond għall-Isport" u li kien amministrat mill-Kunsill Malti għall-Isport għandu jiġi vestit fil-Kunsill u għandu jibqa’ jiġi msejjaħ "Fond għall-Isport"”. L-istess artikolu f’sub-artikolu (3) ikompli jgħid li “il-Fond għall-Isport għandu jkun utilizzat primarjament għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ faċilitajiet sportivi u għal dawk l-iskopijiet l-oħra li jaqgħu taħt il-funzjonijiet tal-Kunsill skont kif il-Ministru jista’ jawtorizza minn żmien għal żmien”. It-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Malti għall-Isport – ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Kunsill Malti għall-Isport li huma ħaddiema taċ-ċivil, maqsuma skont il-grad?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1548 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1549 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – konsulenzi mill-2004

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (DALLI, HELENA)

Jien informata li dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru ħarġu 53 kuntratt ta’ konsulenza għal valur totali ta’ Euro 1,001,301.25 mill-2004 sal-lum. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni dettaljata kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Familija u Solidarjetà Soċjali – konsulenzi mill-2004

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1552 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – konsulenzi mill-1998

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif miġbur s’issa qed jitpoġġa bħala Tabella A, B u Ċ fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmak ukoll li t-tagħrif miġbur mill-WasteServ, Tabella A, huwa komplut kif mitlub, filwaqt li t-tagħrif l-ieħor ikopri mis-sena 2008, Tabella B, u mis-sena 2010, Tabella Ċ, ’l hawn. Il-kumplament tat-tagħrif jingħata aktar il-quddiem.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni li ingħatajt, ix-xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum għall-Ministeru tiegħi, dipartimenti u entitajiet hu kif ġej:- Konsulenzi għad- Dipartiment - Bejn l- 2004 u l- 2013 kien hemm 28 talba għall-konsulenza li 13 minnhom saru b’ Direct Order. L-ispiża tammonta għal €435,916.36 Konsulenzi għat- Tfittix taż-Żejt - Il-konsulenzi kollha ingħataw fuq sistema ta’ Direct Orders u l-ispiża tammonta għal €301,328.66 Konsulenzi għall- Grand Harbour Regeneration Corporation - Kien hemm 69 talba għall-konsulenza matul il-perjodu msemmi, li 45 minnhom inghataw b’sistema ta’ Direct Order. L-ispiża tammonta għal €22,269,956.16 Konsulenzi għal Transport Malta, RID u dawk li kienu ADT u MMA – L-ispiża għall-konsulenza hija ta’ €14,862,578.88. Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq għall-konsulenza għal dik li kienet id- DCA mhuwiex aċċessibli. L-istess jista jingħad għall- eks-MMA għall-perjodu ta’ bejn l-1 t’Ottubru 2003 u t-30 ta’ Settembru 2006. L-ispiża totali għall-konsulenzi kollha li ingħataw mill-2004 sal-lum tlaħħaq is-somma ta’ €37,869,780.06

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #1546 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Enerġija l-Konservazzjoni tal-Ilma – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

ARMS Ltd – konsulenzi — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji sena b’sena mill-2008 sal-lum tal-ispiża li saret fuq konsulenzi dwar it-twaqqif tal-kumpanija ARMS Ltd? Jista’ jgħid min għamel ix-xogħol ta’ konsulenza f’kull każ? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża li saret fuq xogħol ta' konsulenza laħqet is-somma ta' €39.982. Dan ix-xogħol ingħata b'direct order għas-snin 2009/2010.
Leg 12 PQ #1537 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Leg 12 PQ #1539 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jirrikjedi ħafna ħin biex jinġabar u dan ifisser spiża sostanzjali għall-Ministeru. Madanakollu jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq ikun jaf fuq xi każ jew każijiet partikolari, il-Ministeru lest li jagħti t-tagħrif fuq dawn il-każi.
Leg 12 PQ #1540 Sitting 43 2013-07-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – konsulenzi mill-2004

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fir-rigward ta' Malta Air Traffic Services (MATS) u Civil Aviation, din l-informazzjoni tiġi preżentata f'seduta oħra.