Jista' il-Ministru jara li tintlaqa' it-talba tas-saċerdot bi bżonnijiet speċjali, li ismu qed jintbagħat separatament li kienet saret ftit ilu sabiex tkun irranġata l-bankina quddiem id-dar tiegħu sabiex ikun jista' jidħol faċilment?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq il-Pellegrinaġġ hija triq asfaltata u għalhekk il-manutenzjoni tal-bankini tagħha taqa taħt ir-responsabilta` tal-Kunsill Lokali.
Għaldaqstant l-Awtorita' dwar it-Trasport għaddiet il-kumment ta' l-Onor. Interpellant lill-Kunsill Lokali sabiex jara xinhu l-aħjar li jsir.
Peress li f'mistoqsija parlamentari li għamilt ftit ilu, il-Ministru qal li se tissolva l-problema ta' l-għadajjar ta' l-ilma li hemm ħdejn l-iskola J.L. ta' Verdala, Bormla, u peress li ntbagħtu ħaddiema sabiex jirranġaw il-ħsara, jista' il-Ministru jara li dan l-eżerċizzju jerġa' isir peress li l-għadajjar għadhom hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-25 ta' Novembru, 2003 qalulha mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali li se tirċievi s-somma ta' Lm25.85 fil-ġimgħa u mbagħad fit-3 ta' Jannar, 2004 qalulha li se tirċievi s-somma ta' Lm23.60?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri min-nursery li hemm fl-area ta' Kordin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-mixtla ta’ Kordin ser tkompli tintuża biex jitkabbru siġar u arbuxelli indiġeni għall-użu fuq is-siti identifikati għall-parks u proġetti oħra ta’ afforestazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru transazzjonijiet bl-internet matul is-sena 2003 fuq: 1) B2B, 2) B2C, u 3) G2C?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena infurmat li sa issa għad ma nġabritx statistika dwar il-kummerċ elettroniku fis-sena 2003. Æalhekk iċ-ċifri preżentati huma għas-sena 2002, fejn 19.03% mill-bejgħ totali sar permezz ta' l-Internet. Minndan il-bejgħ 30.05% kien B2B u 31.37% kien B2C.
Fl-2003 it-total ta' transazzjonijiet G2C kien ta' 413,527.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża sabiex ġie ppubblikat ir-rapport annwali tal-WSC li tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra f'dawn il-ġranet? Fejn ġie stampat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-rapport annwali ta' din is-sena ġie jiswa lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kif imsemmi hawn taħt -
Disinn Lm 641.25
Pre-press Lm 814.76
Printing Lm1947.50
Il-prezzijiet imsemmija kollha jinkludu l-VAT fejn hu applikabli.
Il-kumpanija li stampat ir-rapport hi Poulton's Print shop ta' Ħal-Qormi.
Id-designer u l-printer kienu magħżula wara sejħa għall-offerti.
Jista' il-Ministru jgħid ta' min se tkun id-deċiżjoni dwar liema toroq jiġu re-surfaced f'dawk il-ħames lokalitajiet li ngħataw somma mill-gvern fuq perjodu ta' tliet snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-ftehim imsemmi mill-Onor. Interpellant, l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsilli Lokali stabilixxew flimkien it-toroq li huma prijorita fil-lokalita sabiex dawn isiru taħt dan il-ftehim.
Fil-waqt li 15 il-kunsill ilhom mis-sena l-oħra li ffirmaw dan il-ftehim, fil-bidu ta' din is-sena kien hemm 5 kunsilli oħra li ssieħbu huma wkoll f'dan il-ftehim.
Jista' il-Ministru jagħti l-aħħar figura tal-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Malta u Għawdex, lokal b'lokal? Jista' jagħti l-preferenzi ta' l-unemployed għall-istess perjodu għal-lokalitajiet ta' Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Fgura u Xgħajra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li it-tagħrif uffiċċjali li jmiss jiġi pubblikat fi Frar 2004.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni tal-koperativa Crossroads? Minn min hi ffurmata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Crossroad Co-operative Society Ltd. hi koperattiva magħmula minn seba’ ħaddiema tal-Water Services Corporation biex iwettqu xogħol ta’ tħaffir u tqegħid ta’ mains ta’ l-ilma u xogħol ieħor relatat.
Ninsab infurmat ukoll li din il-koperattiva mistennija tidħol ukoll għar-responsabbilta’ għal manutenzjoni fis-sistema tad-distribuzzjoni ta’ l-ilma.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif se jiġu allokati l-appartamenti li hemm fi Triq S. Franġisk, Bormla u cioe' jew mill-awtorita' tad-djar jew mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar għaddiet l-appartamenti li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jingħataw b’titolu ta’ kera lill-applikanti mad-Dipartiment.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-Malta film studios fil-Kalkara?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Mediterranean Film Studios ġewwa il-Kalkara huma propjeta' privata u għalhekk kull informazzjoni fuq l-operat u l-futur tagħhom trid tinkiseb mill-operaturi.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu l-pelican lights issa li l-arbli għall-istess lights ilhom li twaħħlu aktar minn xahrejn fi Triq S. Tereża Bormla?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-pelican lights fi Triq imsemmija mill-Onor. Interpellant mistennija titwaħħal il-ġimgħa d-dieħla.
Dipartiment ta' l-artijiet — Anzjani li huma kerrejja ta' fond tal-gvern
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern fir-rigward ta' dawk l-anzjani li huma kerrejja ta' fond tal-gvern iżda huma residenti f'home għall-anzjani? Għaliex fżċerti każi qed ikun hemm stop payment tal-kera? X'jiġri f'każ ta' anzjan li jqatta' il-perjodu matul il-ġurnata fir-residenza tiegħu u l-gvern jiddeċiedi li jagħmel stop payment tal-kera? Kif jiġi deċiż li jsir hekk?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-każ ta` proprjeta` tal-Gvern mikrija bħala residenzi, l-istop payment tal-kera jsir fuq talba tad-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali.
L-Onorevoli Membru, hu mitlub jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'benefiċċji huma ntitolati għalihom is-single parents bi tfal tat-twelid, meta l-omm tkun bla impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ġenituri singli li ma jkunux jaħdmu u jissodisfaw it-testijiet tal-mezzi stabbiliti skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali jkunu ntitolati għall-Għajnuna Soċjali u għall-Allowance tat-Tfal.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3689 u cioe' jgħid kemm-il fabbrika temmet l-operazzjonijiet tagħha minn pajjiżna tul is-sena 2003? Kemm kienet timpjega nies kull waħda minnhom?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3689, Seduta 91.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni fir-rigward ta' dawk iż-żgħażagħ li għaddew mill-eżami ta' skrivani maċ-ċivil, u l-perjodu ta' sena li jgħodd l-eżami dalwaqt jiskadi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fis-26 ta’ Jannar 2004 għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3930 tal-21 ta’ Jannar 2004.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hi ntitolata li tieħu bħala għajnuna soċjali single parent b'tarbija żgħira? Hemm differenza fejn il-missier ikun unknown father?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ammont dovut bħala Għajnuna Soċjali jiddependi mit-test tal-meżżi ta’ l-applikanti u għalhekk dan l-ammont ivarja skond id-dħul ta’ dik li tkun. Irrid ngħid li ġenitur singlu jista’ jaħdem u jaqla ammont li, mgħadud mar-rata dovuta ta’ Għajnuna Soċjali, ma jkunx jaqbeż il-paga minima nazzjonali.
Id-differenza bejn single mother fejn missier it-tarbija jkun magħruf u fejn le hi li fil-każ ta’ l-aħħar ma jkunx possibbli li jintalab manteniment għat-tarbija.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti tal-form I fl-iskola Lorenzo Gafa, tal-Birgu m'għandhomx teacher tas-Science? Kemm ilhom bla teacher u meta se jkollhom wieħed?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti tal-Form I fl-iskola Lorenzo Gafa' tal-Fortini, Birgu, ma għandhomx għalliem ta' l-Integrated Science għaliex fit-12 ta' Jannar 2004, l-għalliem tagħhom ta' dan is-suġġett iffirma kuntratt ma' l-MCAST u mar jgħallem hemmhekk. Bħalissa għaddejjin il-proċeduri dipartimentali biex isiru l-intervisti ħalli jiġi impjegat għalliem 'Supply' ta' dan is-suġġett għal din l-iskola.