Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4579 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kunsilli lokali — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed issir verifika ta' xogħlijiet tat-toroq, bankini, eċċ. li jsir mill-kunsilli lokali? Jista' jgħid jekk ġewx investigati xi każi fejn xogħol ma sarx tal-livell? X'sar f'kull każ u f'liema lokalita' kienu dawn il-każi?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-diversi kuntratti li jagħmlu l-Kunsilli Lokali għal xogħlijiet fuq toroq, hemm speċifikat li għandu jkun hemm Contract Manager għal kull kuntratt. Ix-xogħol tal-Contract Manager hu proprju biex dan jara li x-xogħlijiet isiru skond l-ispecifications ta` l-istess Kunsill qabel isir il-ħlas mill-Kunsill. Jekk Kunsill jirriżultalu li l-kuntratt ma jkunx qed jiġi osservat, dan għandu joħroġ id-'default notes' li jistgħu jirriżultaw fit-tnaqqis mill-ħlas lill-kuntrattur, u jekk il-Kunsill jara li hemm ksur persistenti tal-kuntratt, jista` wkoll iwaqqaf il-kuntratt.
Leg 10 PQ #4580 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Isla — Bini tal-Maċina

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir mill-Maċina ta' l-Isla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Maċina ta' l-Isla hi parti mill-proġett tal-Kottonera u l-Gvern daħal f'kuntratt mal-Konsorzju Port Cottonera Ltd sabiex dan jiżviluppa l-Maċina. Il-konsorzju huwa obligat li jiżviluppa l-Maċina fi żmçn tlett snin mill-ħruġ tal-permess tal-MEPA. Ta' min jgħid li l-konsorzju applika għal permess lill-MEPA f'Settembru 2000 u ninstab infurmat illi s'issa l-applikazzjoni għadha pendenti.
Leg 10 PQ #4582 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Lecturers ta' l-Universita' — Pariri lill-istudenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx ġew investigati rapporti li xi lecturers fl-Universita' iħeġġu lill-istudenti sabiex ma jmorrux jgħallmu fl-iskejjel tal-Kottonera meta jiggradwaw bħala għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dawn l-aħħar snin l-Universita' ma rċevietx rapport formali - bl-isem tal-lecturer u bit-dettalji ta' x'intqal - li jindika li ngħata l-parir imsemmi fil-mistoqsija ta' l-Onor. Membru. Mingħajr dawn id-dettalji imsemmija, l-Universita' ma tistax tinvestiga l-allegat tħeġġiġ minn xi lecturers sabiex l-istudenti ma jmorrux fl-iskejjel tal-Kottonera meta jiggradwaw bħala għalliema.
Leg 10 PQ #4531 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Maria Regina

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskola Maria Regina maqsuma sena sena? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #4532 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Primarji ta' Bormla — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji ta' Bormla, Birgu u l-Isla separatament? Minn liema lokal ġejjin? Jista' jgħid kemm ilhom jgħallmu fl-iskola partikulari kull għalliem?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Dipartiment tal-lottu — Profitti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għamel profitti d-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fis-sena 2000 / 2001 / 2002 / 2003? Jista' jgħid kemm saru profitti mill-logħbiet differenti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant l-profitti magħmula mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku mill-logħobiet li organizza fis-sena 2000, 2001, 2002 u 2003 hu kif muri hawn taħt: 2000 2001 2002 2003 LM LM LM LM Lottu 3,202,045 3,782,293 2,916,779 2,823,690 Super Five 3,120,659 3,388,382 3,819,948 4,448,518 Tiritombla 89,437 82,092 77,554 63,659 Lotterija Nazzjonali 8,095 (187,063) (318,195) (176,627) (1) 6,420,236 7,065,704 6,496,086 7,159,240 Presto Instant Lottery (2) 132,897 131,842 132,411 78,011 (1) Dawn il-profitti għaddew fil-fond konsolidat. (2) Il-profitti tal-Presto Instant Lottery kienu allokati lil diversi għaqdiet sportivi u filantropiċi.

Kumpaniji parastatali — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm ħaddiema minn kumpanija parastatali li ħadu somma ta' irtirar u wara ftit sabu impjieg ma' kumpanija parastatali oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ħaddiema li ġew offruti somma ta' rtirar tħallew fil-liberta li jsibu xogħol ieħor kemm fil-privat kif ukoll mas-settur pubbliku.
Leg 10 PQ #4537 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pjanijiet biex jinbnew skejjel ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li jinbnew skejjel ġodda? Jekk fl-affermattiv f'liema lokalita' ser jinbnew u meta ser jinbeda x-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Inkun nista' nagħti l-informazzjoni mitluba meta l-Pjan Strateġiku tal-FTS ikun approvat.

Malta Enterprise — Top managment

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhi mqassma l-Malta Enterprise? Min huma l-ħaddiema li jiffurmaw it-top managment ta' kull sezzjoni? Fejn kienu impjegati qabel ġew ingaġġati mill-Malta Enterprise?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Enterprise hi magħmula minn tliet taqsimiet prinċipali: · Corporate Services · Business Development · Enterprise Support Ma naħsibx li għandna nagħtu l-informazzjoni l-oħra mitluba. Jekk l-Onorevoli Membru jrid jista' jsir arranġament biex imur fl-uffiċċju tal-Malta Enterprise u jara d-dettalji li talab.

Triq ix-Xatt Bormla — Blokki antiki tal-lava

Question

Jista' il-Ministru jgħid c'sar minnhom il-blokki ta' lava antika li inqlagħu minn Triq ix-Xatt Bormla?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-blokki nqalgħu waqt xogħlijiet fuq it-toroq, għalhekk nitolbu jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.

Triq il-Konservatorju — Bormla - Blokki taż-Żonqor

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-blokki taż-żonqor li kienu inqalgħu minn Triq il-Konservatorju Bormla, meta nbniet id-dar ta' l-anzjani?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti minn dawn il-Blokki tal-Qawwi ttieħdu il-garage tal-Kunsill Lokali ta' Bormla, mis-Sindku is-Sur Joe Carbonaro, sabiex jiġu maħżuna. Il-parti l-oħra ttieħdet għand il-Kuntrattur sabiex jitqattgħu u jintużaw għall-kurduna, li fil-fatt tqegħdet fl-istess triq, jiġifieri fi Triq il-Konservatorju.

Pjazza Santa Margerita — Bormla - Proġett

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett ta' Pjazza S. Margerita Bormla? Jaf il-Ministru li dan il-proġett ilu jiġi mwiegħed sa mill-ewwel snin ta' Gvern Nazzjonalista fl-1987? Jista' jara li wegħda li saret mal-poplu Bormliż minn Ministri differenti li kellhom id-dekasteru tiegħu tiġi fl-aħħar imwettqa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel fażi quddiem id-dar ta' l-anzjani tlestiet fis-sena 2000. Il-kumplament tax-xogħol ma tkompliex minħabba nuqqas ta' qbil fil-Kunsill Lokali. Xogħol fuq toilets ġodda ser jibda f'Ġunju. Il-kumplament tal-proġett jitkompla s-sena d-dieħla. Parti mill-proġett ma jistax isir qabel ikun hemm konferma tal-finanzjament mill-Malta Tourism Authority.

Pjazza Paolino Vassallo — Cottonera Rehabilitation Committee

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' quddiem il-każin tal-Banda San Ġorġ Bormla, cioe' Pjazza Paolino Vassallo, li kien imwiegħed mill-Cottonera Rehabilitation Committee hux ser isir?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għandu jibda fi ftit ġimgħat oħra, wara li jispiċċa x-xogħol fi Triq Desein, Birgu.
Leg 10 PQ #4529 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Persuni li tilfu l-impjieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tilfu l-impjieg, xahar b'xahar matul is-sena 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #4530 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista' lokal b'lokal u kors b'kors tal-popolazzjoni ta' l-Universita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja tat-tagħrif mitlub ser tingħata lill-Onor. Interpellant.

Awtorita' tad-djar — Nutara

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita' tad-djar għandhiex nutara mpjegati magħha u fil-każ li iva, min huma? Jekk le, x'inhi r-raġuni li diversi persuni li kkwalifikaw biex jakkwistaw proprjeta' mmobbli mingħand l-awtorita' qed jiġu mistoqsija jekk iridu jużaw is-servizzi "tan-nutara tagħna" għall-kuntratt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar għandha żewġ nutara mpjegati magħha b’kuntratt għal tlett snin liema ngaġġ sar wara sejħa pubblika. Dawn huma Dr Angele Rapa u Dr Tania Farrugia.
Leg 10 PQ #4241 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati — Ġuri ta' Meinrad Calleja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-pulizija u pulizija fuq xogħol fil-qorti waqt il-ġuri ta' Meinrad Calleja? X'kien jinvolvi x-xogħol tagħhom? X'kienet l-ispiża relattiva?

Response (BORG, TONIO)

Mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar miżuri ta` sigurta` li jittieħdu mill-Awtoritajiet meta u fejn ikun meħtieġ.

Dipartiment ta' l-artijiet — Anzjani li huma kerrejja ta' fond tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern fir-rigward ta' dawk l-anzjani li huma kerrejja ta' fond tal-gvern iżda huma residenti f'home għall-anzjani? Għaliex fżċerti każi qed ikun hemm stop payment tal-kera? X'jiġri f'każ ta' anzjan li jqatta' il-perjodu matul il-ġurnata fir-residenza tiegħu u l-gvern jiddeċiedi li jagħmel stop payment tal-kera? Kif jiġi deċiż li jsir hekk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm każijiet ta’ kerrejja ta’ postijiet tal-Gvern li sarilhom stop payment tal-kera għax ikunu residenti f’Dar għall-Anzjani.

Pensjoni

Question

Jistaż il-Viċi Prim Ministru jara li tiġi ċċekjata l-pensjoni li qed tintbagħat lill-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, peress li qed jgħid li qed jirċievi anqas milli suppost?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.

Negozji — Permessi

Question

Jista il-Ministru jgħid x'tip ta' permessi u kunsens jinħtieġu dawn it-tipi ta' negozju: Take Away, Restaurant, Bar, Puncture Repair?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ta' x'tip ta' permessi jeħtieġu take aways, restaurants u bars għandha tingħata mill-Ministru responsabbli ta' l-MTA, filwaqt li għan-negozji ta' puncture repair jeħtieġu biss il-permess tal-MEPA li jippermetti dan il-ġeneru ta' negozju.