Jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tal-yatchs li ssewwew mill-kumpanija Howard Johnson mill-perjodu April 2003 sa April 2004? Jista' jgħid ukoll kemm dam fil-Tarzna kull yatch?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-kumpanija Palmer Johnson u mhux Howard Johnson ma għadx għandha konnessjonijiet mat-tarzna. It-tiswijiet tas-super yachts fl-aħħar sena saru mill-Malta Drydocks u mill-Malta Shipyards Ltd. u mhux minn Palmer Johnson.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Malta Shipyards għadhomx jagħmlu użu minn xi mħażen fuq il-ġenb tal-Baċir numru 1? Kif qed jintużaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-imħażen ta' ma' ġenb Baċir Nru 1 it-Tarzna għandha xi materjal bla użu għall-lest biex jitneħħa jew jinbiegħ.
Jiena nfurmat ukoll li dawn l-imħażen ma humiex meħtieġa għall-operat tat-tarzna.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Ħaddiema ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
In-numru ta' impjegati li ġew ingaġġati ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport bejn Jannar u April 2003 huwa ħamsa.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju dwar il-Baċir nru. 1 u dan għax fuq il-ġurnali l-Ministru ġie rrappurtat li qal li dan kellu jkun lest sa l-aħħar ta' Marzu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar il-passi li qed jittieħdu biex jiġu rranġati l-ħsarat strutturali li ġarrab il-moll fix-Xatt ta' l-Isla?
Jista' jagħti indikazzjoni meta se jibda dan ix-xogħol u meta beħsiebu jitlesta issa li ġej is-sajf, u dan meta dan il-post huwa l-uniku post ta' sfog għaċ-ċittadini tal-Kottonera?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima m'għadhiex responsabbli minn dan il-moll minħabba li dan kien ġie mneħħi minn "żona portwali" li taqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-istess Awtorita'. Dan seħħ bis-saħħa tal-ftehim iffirmat mal-Port Cottonera Group nhar it-2 ta' Ġunju 1999 u skond Avviż Legali 141 ta' l-1998.
Għaldaqstant l-Awtorita' Marittima m'hiex f'pożizzjoni li tieħu passi sabiex jiġi msewwi dan il-moll.
Il-Kunsill Lokali ta' l-Isla diġa ġie nfurmat b'dan f'ittra datata 21 ta' Marzu 2004.
Skejjel — Tfal li għaddew mill-eżamijiet tal-junior lyceum
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta tfal li għaddew mill-eżamijiet tal-junior lyceum f'dawn l-aħħar ħames snin: a) f'Bormla, fil-Birgu, l-Isla u l-Kalkara; b) Ħal Lija, Ħ'Attard u Ħal Balzan; c) Mqabba, Ħal Kirkop, il-Qrendi u Ħal Safi?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat li f'Ħal Balzan m'hemmx skola Primarja u t-tfal jattendu fiż-żewġ skejjel l-oħra speċjalment f'ta' Ħal Lija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti: l-Universita'; il-junior college; il-higher secondary; u l-MCAST mill-Kottonera, (Kalkara inkluża), f'dawn l-aħħar tliet snin, lokal b'lokal?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar il-passi li qed jittieħdu biex jiġu rranġati l-ħsarat strutturali li ġarrab il-moll fix-Xatt ta' l-Isla?
Jista' jagħti indikazzjoni meta se jibda dan ix-xogħol u meta beħsiebu jitlesta issa li ġej is-sajf, u dan meta dan il-post huwa l-uniku post ta' sfog għaċ-ċittadini tal-Kottonera?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-proġetti kapitali.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju dwar il-Baċir nru. 1 u dan għax fuq il-ġurnali l-Ministru ġie rrappurtat li qal li dan kellu jkun lest sa l-aħħar ta' Marzu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar il-passi li qed jittieħdu biex jiġu rranġati l-ħsarat strutturali li ġarrab il-moll fix-Xatt ta' l-Isla?
Jista' jagħti indikazzjoni meta se jibda dan ix-xogħol u meta beħsiebu jitlesta issa li ġej is-sajf, u dan meta dan il-post huwa l-uniku post ta' sfog għaċ-ċittadini tal-Kottonera?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Dipartiment tas-saħħa — Pazjenti li jkunu fuq Chemotherapy
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk jingħatawx struzzjonijiet dwar dieta, kuntatt man-nies, eċċ., il-pazjenti li jkunu fuq il-Chemotherapy?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kimoterapija hija tip ta' kura varjata ħafna u l-istruzzjonijiet li jingħataw il-pazjenti huma fuq bażi individwali li jiddependi x'kura jkunu qed jieħdu kif ukoll is-saħħa ġenerali tagħhom. Meta l-Kimoterapija jkollha impatt sostanzjali fuq ir-reżistenza kontra l-infezzjonijiet, il-pazjenti jingħataw istruzzjonijiet biex jevitaw il-folol, u persuni b'xi infezzjoni ovvja, kif ukoll xi attivita bħal xogħol bit-trab jew ħamrija li tista' iżżid riskju ta xi infezzjoni.
L-istruzzjonijiet dwar dieta huma ta mod ġenerali cioe dwar dieta tajba għas-saħħa u skont l-aptit, għax m'hemmx xi dieta partikolari għal min qed jieħu l-Kimoterapija. Il-pazjenti jingħataw ukoll struzzjonijiet dwar xogħol li jistgħu jagħmlu.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju dwar il-Baċir Nru. 1, u dan għax fuq il-ġurnali l-Ministru ġie rrappurtat li qal li dan kellu jkun lest sa l-aħħar ta' Marzu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet it-talba għall-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie finalizzat mid-Dipartiment konċernat u li din il-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Pulizija — Persuna taħdem fir-residenza tagħha waqt il-ħin tax-xogħol
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna tistax taħdem u tuża għodda fir-residenza tagħha fil-ħin tax-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi m`hemm xejn kontra l-liġi li persuna tagħmel xogħol fid-dar tagħha, sakemm dan ma jkunx bi qligħ, li allura tkun meħtieġa liċenzja tan-negozju, kif ukoll li dan ma jkunx ta` ksur tal-kwiet pubbliku.
Enemalta/Maltacom — Każ dwar ħsarat fl-appliances f'residenza privata
Question
Jista' il-Ministru jara li tissolva l-kwestjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li sofriet ħsarat fl-appliances, u kemm il-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll il-Maltacom mhux jaqblu fuq ta' min hi l-ħtija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3695.
Tista' il-Minsitru tgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tkun intitolata għal mediċina b'xejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-góoti ta’ Góajnuna Medika bla ólas, li tinkludi mediðini, hu regolat bl-artikolu 23 ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soðjali. Biex persuna tkun intitolata góal din l-Góajnuna trid tissodisfa t-test tal-meúúi skond kif provdut fit-Taqsima III tat-Tieni Skeda u dóul tagóha ma jridx jaqbeú dak stabbilit fit-Tmien Skeda ta’ l-imsemmi Att.
L-istess artikolu 23 jipprovdi wkoll li fejn persuna tkun tbati minn marda jew kundizzjoni imsemmija fit-Taqsima II tal-Óames Skeda ta’ l-Att, din xorta tkun intitolata góall-Góajnuna Medika minkejja li ma tkunx tissodisfa t-test tal-meúúi li semmejt qabel.