Jista' il-Ministru jelenka liema proġetti se jsiru fit-tliet snin li ġejjin mill-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera? X'inhi s-somma li qed ikun stmat li jqum kull proġett?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li bħalissa qed jiġi diskuss il-progamm tat-tlett snin li ġejjin u meta jkolli l-informazzjoni meħtieġa nkun f'pożizzjoni aħjar li nirrispondi lill-Onor. Interpellant. Nixtieq inżid li bħalissa qed isir xogħol fuq il-Birgu Masterplan, electrical and installation works fi Pjazza Santa Margherita, xogħol ta' pavimentar fi Triq San Mikiel, xogħol ta' restawr f'St. Anne Gate - Senglea, flood lighting f'St. Angelo u xogħlijiet oħra.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-eżitu wara l-ispezzjoni li saret fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minn uffiċjali ta' l-awtorita' tad-djar għall-iskema care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar iddeċidiet li tikkunsidra t-talba, mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, taħt l-inizjattiva tal-care and repair. Issa ser jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi preparat tender document dwar ix-xogħolijiet neċessarji.
Jista' il-Ministru jagħti figuri tal-persuni jirreġistraw għax-xogħol lokal b'lokal għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu, u April 2004 kif ukoll għall-istess xhur tas-sena 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab informat ukoll li l-figuri għax-xahar ta' April 2004, għadhom ma ġewx ippublikati mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema ex-MDC li issa ġew seconded mal-M.I.P.?
Response (DALLI, JOHN)
Għal dak li jirrigwarda x-xogħol li jagħmlu dawn l-impjegati, dawn jaqgħu taħt id-direzzjoni tal-Management ta' l-M.I.P.
Is-salarju, bonuses, eċċ - dan kollu għadu responsabbilta' tal-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża, li minn naħa tagħha titlob lill-M.I.P. għal reimbursement.
Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li nies impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħi fil-perjodu Jannar/April 2003 kien kif ġej:
L-Awtorita' Marittima ta' Malta 12
L-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards Nil
L-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni Nil
Minsteru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li ma ġewx ingaġġati mpjegati ġodda fil-perjodu ta' bejn Jannar u April 2003.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komuntia' — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Ministeru tas-Saħħa
Entita'
Numru ta' ingaġġ
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi
5
Sptar Mater Dei
11
Sptar Monte Carmeli
3
Sptar Zammit Clapp
7
(3
full-timers
u 4
part-timers
)
Total
26
Ministeru tal-Politika Soċjali
Aġenzija Appoġġ
2
Ministeru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ mpjegati ġodda li ġew ingaġġati ma’ korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru tat-Turiżmu u Kultura fil perjodu Jannar/April 2003 huwa kif gej:
Korporazzjoni/Aġenzija/Kumpanija
Għadd
Awtorita` għat-Turiżmu ta' Malta
1
Dipartiment tat-Turiżmu
1
Ċentru Malti għar Restawr
9
Fondazzjoni Patrimonju Malti
0
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
0
Heritage Malta
1
Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti
4 ( 1 b'kuntratt)
Total
16
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta u sussidjarji tagħha xahar b'xahar fil-perojodu ta' Ottubru 2002 u April 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u Promizzjoni ta' l-Investiment — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (DALLI, JOHN)
Matul il-perjodu Jannar-April 2003 ġew impjegati 12-il persuna ġdida ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Minsteru tal-Ġustizzja u l-Intern — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fid-Dekasteru tiegħi ma kienx hemm impjegati ġodda ma' xi entita' speċifikata fil-Mistoqsija.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u I-Ippjanar (MEPA) impjegat sitt (6) 'secretarial assistants' u wieħed (1) 'conservation architect' fil-perjodu ta` bejn Jannar u April tal-2003. Minn-naħa l-oħra l-WasteServ Malta Ltd ma ngaġġat l-ebda mpjegati ġodda matul l-istess perjodu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kien ingaġġat l-ebda impjegat ġdid ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex.
Jista' il- Ministru jgħid kemm sewa' ir-riċeviment li sar mill-Maltacom nhar it-30 ta' April 2004 sabiex jitfakkar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-P.Q. 1130.