Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' Pjazza P. Vassallo, f'Bormla u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fil-waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5960, jien infurmat li qed jiġu ppreparati pjanti emendati li jaddottaw għall-materjal ġdid li ppropona l-Kunsill Lokali ta' Bormla. Dan il-proġett mistenni jinbeda aktar tard din is-sena bħala parti mill-programm ta' xogħol tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Peress li jidher li l-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita f'Bormla reġa' għal darb'oħra ma bediex, jista' il-Ministru jara li għallinqas jinbidlu l-ballavostri li waqgħu mad-dawra ta' l-istess pjazza?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi dan ix-xogħol ser jiġi nkluż fil-programm ta' ħidma li jkopri l-perjodu Lulju - Diċembru 2004.
Jista' il-Ministru jara li jinbidlu żewġ arbli tad-dawl li hemm fi Triq il-Mitħna f'Bormla viċin is-sweet shop, peress li ttieklu bis-sadid u jistgħu jkunu ta' periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret irrizulta li l-arbli msemmija mhumiex f'periklu imminenti li jaqghu, izda xorta wahda nbeda l-process biex dawn jinbildu.
Jista' il-Ministru jara li jissewwew il-bozoz li ilhom maqtugħa x-xhur fuq il-pont li jagħti għal Triq Alessandra Bormla u dan għax minħabba d-dlam li jkun hemm saret miżbla żgħira?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-bozoz fit-triq imsemmija ta' sikwit ikunu l-mira ta' vandaliżmu u għalhekk ma jitranġawx fil-pront. Il-manutenzjoni meħtieġa issa saret.
Servizz Ċivili — Tiġdid ta' leave minn sena għal oħra
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk impjegat tal-gvern li ma jkunx ħa l-leave tas-sena l-oħra kollu, jintirietx għal din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li paragrafu 4.2.4. tal-Public Service Management Code jawtorizza lil Kap tad-Dipartiment jagħti permess lil impjegat tal-Gvern biex jgħaddi vacation leave mhux użat matul is-sena għas-sena ta’ wara.
Għalkemm dan il-paragrafu ma jagħmilx limitu fuq kemm ġranet mill-vacation leave jistgħu jintirtu minn sena għall-oħra, wieħed irid jara l-bżonnijiet tas-servizz, u ċ-ċirkustanzi tal-każ parikulari.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta u sussidjarji tagħha xahar b'xahar fil-perojodu ta' Ottubru 2002 u April 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dipartiment ta' l-artijiet — Art li tittieħed mill-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li proprjetarju ta' biċċa art li ttieħdet mill-gvern bħala pussess u użu, jerġa' jingħata lura din il-proprjeta' anke jekk jintalab iħallas l-ispejjeż tal-bini?
Response (BORG, TONIO)
Ma hemm ebda diffikulta li proprjeta` li tittieħed mill-gvern taħt it-titolu ta' pussess u użu, tingħata lura lis-sidien jew l-eredi tagħhom dejjem jekk il-gvern ma għamilx użu minnha.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex kien inqata' ir-relief tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u reġgħet qabdet tieħu mis-17 ta' April?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta' l-identita' provdut mill-Onor. Interpellant ma jappartjenix lill-persuna ndikata u għalhekk nitolbu jivverifika d-dettalji.
Tista' il-Ministru tara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi mfissra lilha kif id-dipartiment tas-sigurta' soċjali wasal għall-ammont ta' pensjoni li qed jirċievi, peress li qed jilmenta li qed jirċievi inqas minn two thirds tal-paga?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħol ippjanat għal Pjazza P. Vassallo, f'Bormla? Jista' jgħid meta se jibda x-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-pjanti tax-xogħol ippjanat għal Pjazza P. Vassallo f'Bormla, kienu saru mill-perit imqabbad mill-Kunsill Lokali ta' Bormla u kienu approvati mill-MEPA.
F'Laqgħa li saret riċentament, kien hemm talba biex jitbiddel il-materjal tal-paviment li kien diġa' approvat. Għaldaqstant il-perit tal-Gvern qed jipprepara pjanti ġodda.
Tista' il-Ministru tara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tinqatagħlu persentaġġ anqas mill-pensjoni għall-over payment li rċieva?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li l-ground tal-football tal-Fgura jingħata dik l-attenzjoni li tixraqlu bħal wiċċ ġdid u fencing?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport s'issa ma għandu l-ebda talba għal xogħol fil-ground imsemmi. Fil-fatt il-policy attwali hija li kull talba għall-manutenzjoni trid issir b'parteċipazzjoni u kontribut finanzjarju mill-Għaqda Sportiva li tkun qed tagħmel użu mill-faċilita'.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Bypass ta' l-Imrieħal — Gradilji li hemm fuq il-pont
Question
Jista' il-Ministru jara li jinbidlu l-gradilji li hemm fuq il-pont li mill-bypass ta' l-Imrieħel jagħtu għal Marsa, peress li huma kollha imkissrin u qed ikunu ta' periklu għas-sewwieqa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi d-direttorat tat-toroq ħa l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex dawn l-expansion joints jitgħattew temporanjament b'materjal flessibbli sakemm dan il-lastiku apposta jkun jista' jiġi mibdul kompletament.
Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Lezzjonijiet bi ħlas
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'jitlob id-dipartiment ta' l-edukazzjoni mingħand min jixtieq jibda jagħti lezzjonijiet (privat) bi ħlas?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li kull uffiċjal pubbliku għandu jitlob il-permess qabel ma jwettaq xogħol privat barra l-ħinijiet tax-xogħol tiegħu, bħal ma hu miktub fil-Public Service Management Code 7.3.3.2. li jirrigwarda xogħol privat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi pjani ta' bini ta' skejjel ġodda fil-ħames snin li ġejjin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn se jsir dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva. Fil-fatt bħalissa d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tikkonsidra l-abbozz li ħejjiet il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada dwar Pjan Strateġiku mifrux fuq numru ta' snin. Meta dan il-Pjan ikun finalizzat inkun nista' nagħti tweġiba sħiħa. Sadanitant qed tinbena l-iskola l-ġdida fil-Karwija, limiti ta' Ħal Kirkop u qed isir xogħol ta' permessi u pjanti fuq skola ġdida fiż-Żokkrija, limiti tal-Mosta, u skola oħra f'Pembroke.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar: a) meta ntuża l-aħħar il-Baċir nru. 1; b) meta ntuża l-aħħar il-moll ta' madwaru; c) meta ntużaw l-aħħar l-imħażen li hemm fuq il-moll; u d) x'sar fattwalment minn dak iż-żmien sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Bacir Nru. 1 u l-moll l-aħħar li ntużaw kien fl-2001. Ħafna mill-imħażen ta' madwar il-Bacir ġew imnadfa iżda tnejn minnhom fihom xi materjal bla uża li ser jitneħħa.
Qed jiġu diskussi bejn il-MEPA u l-Gvern diversi skemi ta' użu li jista' jsir mill-Bacir u l-moll imma jidher li għadha ma itteħditx decizjoni finali. Il-proġett kollu issa waqa' taħt il-Ministeru responsabbli għall-iżvilupp urban.
Birgu — Postijiet proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema postijiet fil-Birgu huma proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proprjetajiet fil-Birgu li huma amministrati mill-Uffiċċju Konġunt huma dawk li qed jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista tista' ma tkunx sħiħa peress li sal-lum għadhom qed isiru korrezzjonijiet u addizzjonijiet f'Annex 8.
Jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet se jsiru fis-sena li qegħdin fiha fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett mill-konsorzju responsabbli mit-tisbiħ?