Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każi ta' Meningite

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' meningite f'Malta f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kellna mwiet kawża ta' din il-marda? Jista' jgħid jekk ġiex identifikat fejn kienu l-persuni li ħadu din il-kondizzjoni u jekk fl-affermattiv x'sar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każijiet ta Meninġite irrapurtati lit-Taqsima Tħaris tal-Mard huwa kif ġej: 1999 2000 2001 2002 2003 2004 (Sa l-aħħar ta' Awissu) Numru ta' każijiet (residenti) 36 40 30 22 27 20 Numru ta każijiet (mhux residenti) 1 3 2 2 0 2 Numru ta' Imwiet 5 4 1 3 2 2 Il-mikrobu tal-Meninġite jista' jinfirex permezz ta' kuntatt ma' katarru u mħat ta' persuna infettat. Ma nstab l-ebda konessjoni bejn dawn il-każijiet. F'kull każ fejn ġie suspettat jew ikkonfermat li huwa kkaġunat mill-mikrobu tal-Meningococcus ingħata t-trattament meħtieġ.

Settur tal-mainfattura — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jimpjega nies is-settur tal-manifattura maqsum skond id-daqs (numru ta' impjegati 1-10, 10-50, 50 -100, 100 - 500 u 500 u aktar)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' Frar 2004 kien hemm 27,224 ħaddiema 'full time' mpjegati fis-settur tal-manifattura. Daqs ta' mpjegati 1-9 10-49 50-99 100-499 500+ Total Numru ta' ħaddiema 6.882 6,210 2,276 7,605 4,251 27,224 Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma tiġborx statistika skond id-daqs ta' numru ta' mpjegati kif indikat fil-mistoqsija.

Medigrain — Refurbishment tas-silos

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali sena b'sena, mill-1 ta' Jannar 2000 sa l-aħħar ta' Diċembru 2003: a) sabiex sar refurbishment tas-silos tal-Medigrain; b) fi bdil ta' parts ta' makkinarju fl-istess Medigrain; c) f'materjal għat-tibjid fl-istess Medigrain; d) f'apparat ta' air conditioning fil-Medigrain?

Response (GATT, AUSTIN)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 7307 ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta' spejjeż għall-manutenzjoni u tiswijiet kienet kif ġejja - 2000 2001 2002 2003 LM LM LM LM Manutenzjoni u tiswijiet 20,779 9,576 3,725 3,070 Airconditioning - 200 192 -

Medigrain Ltd — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tal-Management u l-ħaddiema kollha li kien hemm impjegati mal-Medigrain Ltd. kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' ukoll jgħid x'kienu s-salarji ta' kull individwu kull sena matul l-istess perijodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Medigrain — Kontrollur finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Medigrain kellhiex kontrollur finanzjarju kwalifikat matul dawn l-aħħar snin? Min kien u kemm serva?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-Sur Alex Agius F.I.A., C.P.A.A, MBA (Henley) kien appuntat bħala l-Financial Controller tal-Medigrain f'Ġunju 2001. Sal-lum għadu jaqdi dawn ir-responsabbiltajiet.

Medigrain — Każijiet quddiem l-Ombudsman

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Medigrain kellhiex xi każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali u/jew l-Ombudsman tul dawn l-aħħar erbgħa snin? Kif spiċċaw dawn il-każi? Kemm swew (bħala kumpens) dawn il-każi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Medigrain kellha żewġ każi: 1. Il-kaz ta' Joseph Chircop quddiem il-Kummissjoni tal-Inġustizzji li ġie bonarjament miftiehem bejn il-kumpanija u l-individwu. Dan tħallas LM1600 fis-sena 2000. 2. Il-kaz ta' Joseph Galea (ex Foreman) quddiem l-Ombudsman rigward il-pensjoni tal-irtirar. Dan il-kaz ma sewa ebda flus lill-kumpanija.

Medigrain — Weighing bridge

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-weighing bridge modern li kien hemm mas-silo tal-Medigrain? X'sar mis-sistemi ta' computers li kellha l-Medigrain? Jista' jgħid jekk jeżistix inventarju ta' l-għodod li kellha l-Medigrain? X'sar minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li kemm il-Weighbridge, kif ukoll il-computers qegħdin jinżammu ġewwa Kordin Grain Terminal. Jeżisti inventarju ta' l-għodod li kellha l-Medigrain u dawn ukoll qed jinżammu ġewwa KGT.

Medigrain — Xiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mill-Medigrain mill-1 ta' Jannar 2000 sa Settembru 2003, sena b'sena? X'tip ta' vettura kienu? Kemm ġiet tiswa kull vettura? X'mod intuża biex inxtraw? X'sar minn kull karozza llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li fis-sena 2000 biss inxtraw vetturi: Opel Astra - LM8,680, Opel Combo - LM6,380, Rover 75 - LM16,086. Fis-snin l-oħra ma nxtraw l-ebda vetturi. Il-mod li ntuża biex inxtraw - Ġie studjat x'kien jaqbel jekk hux jiġu mixtrija jew 'leased' u wara li ittieħdet id-deċizjoni (mill-Bord) li jkunu mixtrija ġie magħruf x'hemm fis-suq u l-prezzijiet qabel ma ittieħdet id-deċizjoni finali. Ir-Rover 75 inbiegħ filwaqt li l-Opel Astra u l-Opel Combo għadhom għand il-kumpanija.

Medigrain — Deputy chairman

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-post ta' deputy chairman mal-Medigrain, sa mit-twaqqif tagħha fil-bidu tat-tmeninijiet, qatt ma kien jeżisti u nħoloq ftit ilu biss? X'kienet ir-raġuni wara din id-deċiżjoni? Min inħatar u x'salarju u benefiċċji oħra ingħata?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-post ta' deputy chairman mal-Medigrain inħoloq fl-1 ta' Awwissu 1999. Dan inħatar mill-MIMCOL. Inħatar is-Sur Anthony Agius bis-salarju ta' Lm 4000 bil-benefiċċju li jagħmel użu minn karozza tal-kumpanija.

Medigrain — Ħażna ta' qmuħ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet tammonta l-ħażna ta' ċerejali (qmuħ) fis-silos tal-Medigrain sena b'sena, minn Jannar 2000 sa Settembru 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Medigrain impurtat ammont totali ta' qmuh kif indikat hawn taħt filwaqt li ħażnet il-maġġor parti tal-qmuh ġewwa Kordin Grain Terminal. Il-Medigrain kellha kuntratt sabiex taħżen 100,000 mt ġewwa s-silos ta' KGT u l-bilanċ jinħażen ġewwa s-silos tal-Medigrain. Il-Medigrain impurtat Total ta': 2000 166,882 mt 2001 157,768 mt 2002 150,078 mt 2003 137,386 mt Fis-sena 2000 il-Medigrain storjat kollox ġewwa Kordin Grain Terminal sabiex isir "General Maintenance" tas-silos. Fis-sena 2001 ġewwa l-Medigrain inħażżnu 47,130 mt Fis-sena 2002 ġewwa l-Medigrain inħażżnu 41,502 mt Fis-sena 2003 ġewwa l-Medigrain inħażżnu 50,096 mt

Bormla — Qasam tad-djar ta' Verdala - provvista ta' elettriku

Question

Jista' il-Ministru jara li tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fil-housing estate ta' Verdala peress li l-maġġoranza tar-residenti qed iħabbtu wiċċhom ma' problemi meta jiġu biex jixgħelu ċerti appliances?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret jidher li r-rinfurzar meħtieġ fl-Area msemmija huwa estensiv. Minħabba f'hekk ix-xogħol neċessarju tqassam f'erba' fażijiet. L-aħħar fażi għandha sa l-aħħar ta' Settembru 2004.

Bormla — Skola primarja - lift

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li kellu jsir lift fl-iskola primarja ta' Bormla? Jista' jgħid jekk il-lift sarx? Jista' jgħid jekk hux minnu li l-lift tħallas qabel sar ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li qegħdin isiru preparamenti biex jinbena lift shaft ta' l-iskola primarja ta' Bormla. Il-kuntratt tal-lift ġie awarded u saru ħlasijiet in parti hekk kif stipulat skond l-offerta rispettiva .

Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Applikazzjonijiet għal supply teachers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw fl-aħħar sejħa li saret għal supply teachers? Kemm minnhom ġew impjegati u fejn qed jaqdu d-doveri tagħhom? Jista' jgħid min huma dawk li ntagħżlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għall-aħħar sejħa li saret għal Supply Teachers fis-Settur Primarju kien hemm 34 applikant. L-interviews saru f'April tas-sena 2003 u minnhom għaddew 22. Ma ġie impjegat ħadd minnhom għaliex id-Dipartiment ma ġiex bżonnhom. Informat ukoll li għall-aħħar sejħa li saret għal Supply Teachers fis-Settur Sekondarju kien hemm 129 applikant. 15 kienu impjegati minnhom u qed jaqdu d-dover tagħhom f'dawn l-iskejjel : Fortini Boys' Secondary, Ħamrun Girls' School, Żurrieq Boys' Secondary, St Luċija Girls' Junior Lyceum, Victoria Girls' Secondary / Junior Lyceum, Mrieħel Girls' Junior Lyceum, Marsa Boys' Secondary, Sandhurst Girls' Junior Lyceum, Victoria Boys' Secondary / Junior Lyceum, Paola Boys' Secondary, Ħamrun Girls' Secondary, Verdala Boys' Junior Lyceum.

Studenti universitarji — Summer work

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati studenti universitarji mill-Junior College jew MCAST bħala summer workers mal-ministeru jew aġenziji li jaqgħu taħtu dan is-sajf? Jista' jgħid kemm ġew ingaġġati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6421.

Kumpanniji tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfu u jekk għadhomx jiffunzjonaw u jekk le, meta waqfu l-kumpanniji tal-gvern hawn imniżżla: a) Libyan Arab Maltese Holdings; b) Malta Counter Trade; c) METCO; d) Malta Freeport Corporation; e) Malta Govt. Investments; f) Malta Investment Management; g) Master Antenna; h) Medelec Switchgear; i) Med Oilfield Serv.; j) Med Power Electric; k) Rotos Ziraya? Jista' jgħid x'kien u x'inhu llum l-investiment u interess tal-gvern f'kull kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sigurta' Soċjali — Ħlas ta' bolol

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'jiġri f'każ li persuna tkun ħallset il-bolol lill-employer u dan m'għaddiehomx lid-dipartiment, meta din tiġi għall-pensjoni? Tista' il-Ministru tara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol nieqsa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Artikolu 126 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi dwar persuni li jsibu ruħhom fiċ-ċirkostanzi ndikati mill-Onor. Interpellant biex dawn ma jsofrux danni ta' nuqqas li jkun sar minn naħa ta' min ikun impjeghom. Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.
Leg 10 PQ #7297 Sitting 164 2004-09-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija dwar it-Turiżmu — Attivitajiet fil-Kottonera

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-MTA fuq attitivajiet f'kull belt fil-Kottonera tul dawn l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-nefqa ta' l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu fuq attivitajiet f'kull belt fil-Kottonera tul dawn l-aħħar erba` snin, sena b'sena, kienet kif ġej: Ottubru 2001 Senglea Festival Lm14,000 Ottubru 2003 Birgu Festival Lm23,000 L-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu qegħda tikkollabora mal-Kunsilli Lokali tal-Birgu, l-Isla, Bormla u il-Kalkara fuq proġett immirat biex ikabbar il-potenzjal turistiku tal-Kottonera. Bejn is-7 u s-17 ta' Ottubru 2004, l-Awtorita` se ttella l-Malta Historic Cities Festival, li magħtulu se jkun hemm diversi attivitajiet fil-Birgu, l-Isla u Bormla.
Leg 10 PQ #7298 Sitting 164 2004-09-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dipartiment tal-Kultura

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw flus mid-dipartiment tal-kultura lill-għaqdiet u individwi ta' kull belt, min kienu u x'kien l-ammont, tul dawn l-aħħar erbgħa snin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqieghed fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill Onor. Inerpellant.