Birgu — Palazz ta' l-Inkwiżitur - penny farthing bicycles
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-penny farthing bicycle u l-karrijiet antiki tal-mejtin? Meta tneħħew mill-Palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Birgu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-penny farthing bicycle u l-karrijiet antiki tal- mejtin qatt ma tneħħew mill-Palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Birgu. Dawn jinstabu merfugħin fil-kmamar ta' fuq tal-Palazz ta' l-Inkwiżitur.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi mod kif jista' ikun ikkontrollat it-tkattir ta' ħamiem selvaġġ li għandna f'ħafna bliet u rħula, peress li dan jista' ikun ta' detriment għas-saħħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li hemm ħafna metodi biex wieħed jikkontrolla it-tkattir tal-ħamiem salvaġġ. Sintendi dan għandu jkun metodu li ma jgħamilx ħsara lill-ħamiem. Dawn il-metodi mhux dejjem ikunu ta’ suċċess kif wieħed jkun qiegħed jistenna. Ser nitlob lill-Kunsill għat-Trattament Xieraq ta' l-Annimali biex jagħti opinjoni u pożizzjoni fuq din il-materja.
Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sidien Libjani tal-vapur Um El Faroud ħallsux id-danni mitluba? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta sar dan il-ħlas u kemm kien jammonta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-PQ 7446.
Issa li għal aktar minn tmien snin ilu jingħad li jrid isir żvilupp fl-area ta' Baċir Nru 1, jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jibda dan ix-xogħol u jekk għadu ma jafx, meta se tittieħed deċiżjoni li dan il-post ikun jista' jitgawda min-nies tal-Kottonera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara li dan il-Gvern reġa’ ħa lura l-pussess ta’ Baċir Numru 1, bħala parti mill-impenn tal-Gvern għall-iżvilupp Urban u Soċjali tal-Kottonera, il-Kumitat tal-Kabinett dwar il-Proġett Nazzjonali diġà approva d-Developmen Brief dwar l-iżvilupp tal-Baċir Nru 1. Il-pass li jmiss huwa li MEPA tapprova formalment il-brief u tagħmel il-konsultazzjonijiet pubbliċi. Wara dan il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq joħroġ sejħa internazzjonali għal proposti.
Dan juri biċ-ċar li l-Gvern qed jagħti prijorità għall-iżvilupp ta’ dawn l-inħawi.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li tingħata t-tarmac triq żgħira fejn hemm id-djar ta' l-HOS fuq S. Liena, Bormla, liema triq qatt ma ngħatat tarmac u allura hi responsabbilta' tal-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed jithejja mid-direttorat, u x-xogħol fiha isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki fil-qasam industrijali ta': Bulebel, Kordin, Marsa, Ricasoli; Mosta u Xewkija?
Kemm hemm kumpanniji joperaw f'kull qasam industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid fejn kellna uffiċini tal-MDC/METCO barra pajjiżna tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Min kienu l-persuni li kienu jaħdmu f'kull uffiċċju? X'salarju u benefiċċji kellhom kull wieħed minnhom? X'kienet il-kera u spejjeż relatati għal kull uffiċċju?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Festi ta' l-1 ta' Mejju — Ħaddiema li ħadu ħsieb il-preparazzjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jara li l-ħaddiema li ħadmu ħafna sigħat żejda bħala preparazzjoni għall-festi tal-1 ta' Mejju marbuta ma' sħubija fl-Unjoni Ewropea, jitħallsu ta' dan l-overtime? Meta se jsir dan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħlas ser isir fi żmien qasir.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vetturi reġistrati f'Malta maqsuma skond iċ-ċilindraġġ, sena ta' manifattura u ditta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din ir-risposta ma tistax tiġi mogħtija kif mitluba.
Hawn taħt qed jingħataw dettalji tan-numru ta' vetturi reġistrati skond iċ-cilindraġġ mingħajr id-ditta u s-sena ta' manifattura mis-sena 2000 sal-lum. Inħoss li l-informazzjoni mitluba dwar ditta u sena ta' manifattura m'għandiex tingħata għaliex tista' tiġi meqjusa bħala informazjoni kummerċjali.
Total ta' vetturi reġistrati maqsuma skond iċ-cilindraġġ mis-sena 2000 sal-lum
sena
sa 1300cc
minn 1301cc sa 1449cc
minn 1450cc sa 1500cc
minn 1501cc sa 1800cc
minn 1801cc sa 2000cc
2001cc il-fuq
2000
3715
2233
444
1779
2902
303
2001
2187
855
139
1381
2052
366
2002
2250
1521
654
981
1445
260
2003
2423
1531
475
572
735
336
2004
994
548
149
157
296
103
Ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-vapur Um El Faroud
Question
Jista' il-Ministru jara li ssir ġustizzja mal-familjari tal-vittmi li tilfu ħajjithom fuq l-Um El Faroud, issa li kważi għaddew għaxar snin minn din id-diżgrazzja?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-31 ta' Marzu 2004 sar ftehim bejn il-Gvern Malti, f'isem il-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding, u l-kumpanija Libjana G.N.M.T.C. li permezz tiegħu ġew rizolti l-kwistjonijiet kollha pendenti bejn il-partijiet.
Parti minn dan il-ftehim kien jispeċifika li l-Gvern Malti kien ser jassumi responsabbilita għal ħlas ta' xi danni li l-Qrati Maltin jistgħu jiddikjaraw favur il-familjari tal-vittmi tal-Um El Faroud.
Il-Gvern awtorizza lill-Avukati mqabbda minnu biex jippruvaw jilhqu ftehim bonarju mal-familjari tal-vittmi biex b'hekk ma jkunx hemm bżonn li jitkomplew il-kawzi fil-Qrati Maltin.
S'issa sar ftehim u ser isir ħlas f'8 kazijiet waqt li negozjati fuq 7 kazijiet oħra għadhom għaddejjin.
Jista' il-Ministru jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni li l-isptar il-ġdid jinbena fl-area ta' Tal-Qroqq? Meta tpoġġiet l-ewwel ġebla? Kemm intnefqu flus sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-deċiżjoni li l-isptar il-ġdid jinbena fl-area Tal-Qroqq ittieħdet fil-bidu tas-snin disgħin.
Ma saret l-ebda ċerimonja formali tat-tqegħid ta' l-ewwel ġebla.
Is-somma totali li tħallset fuq il-proġett mill-bidu tiegħu fl-1993 hija ta' Lm129,263,246.
Din tinkludi n-nefqa totali li saret qabel ma ġie ffirmat il-kuntratt Design and Built ma Skanska fis-sena 2000. Is-somma tinkludi wkoll ħlasijiet li saru fosthom bħal Medical Equipment, Consultancy etc.. li ma kienux inklużi fil-kuntratt ikwotat.
Ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-vapur Um El Faroud
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-qraba tal-vittmi tad-diżgrazzja tat-3 ta' Frar 1995 fuq l-Um El Faroud? Meta se jieħdu l-kumpens dovut lilhom? X'qiegħed iżomm lill-gvern sabiex dawn il-familjari ma jibqgħux ibatu l-konsegwenzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għal PQ 7446.
Jista' il-Ministru jara li tissewwa l-ħsara fit-triq li hemm maġenb il-lights ta' Għajn Dwieli qabel il-mini lejn Bormla, peress li kull karozza qed ikollha tgħaddi minn skoss kbir? Ma jidhirlux il-Ministru li dan in-nuqqas ma jikkumplimentax ix-xogħol tajjeb li sar taħt il-mini ta' Għajn Dwieli?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita dwar it-Trasport ser tibgħat perit sabiex jispezzjona din it-triq u jara x' l-aħjar li jsir biex kemm jista' jkun malajr jiġi evitat kull inkonvenjent.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed isir sabiex tkun miġġielda bis-serjeta' l-użura?
Response (BORG, TONIO)
Għandu jingħad illi b'effett mill-1 ta' Mejju 2002 daħlet fis-seħħ l-emenda għall-artikolu 298 tal-Kodiċi Kriminali li biha l-użura saret reat kriminali. Dan sabiex isaħħaħ l-għodda f'idejn il-Pulizija, peress illi sa dakinhar kull minn kien jipprattika l-użura kien seta' jitressaq quddiem il-Qorti biss talli jkun għamilha ta' istituzzjoni finanzjarja mingħajr liċenzja. Barra piena karċerarja u/jew multa, il-liġi issa tipprovdi wkoll illi jekk matul il-proċeduri kriminali jkun ippruvat quddiem il-Qorti li l-akkużat irċieva ammont ta' imgħax aktar minn dak li jkun permess bil-liġi jew li jkun sproporzjonat b'mod grossolan mas-servizz mogħti, il-Qorti għandha tordna lill-akkużat iħallas lura dak l-ammont hekk imħallas.
Ninsab infurmat illi minn meta ġiet fis-seħħ din l-emenda, il-Pulizija akkużat quddiem il-Qorti 23 persuni fuq użura.
Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa bis-serjeta' sabiex l-area (masġar żgħir) taħt l-iskola primarja ta' Bormla tingħata dehra aħjar? X'inhi r-raġuni li latrina fl-istess area tkissret snin ilu sabiex illum saret miżbla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
Tista' il-Ministru tara li l-familja li qed toqgħod fil-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament tinħeles mill-periklu li qed tgħix fih peress li għandhom soqfa kkundannati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li dan il-flat huwa privat u għalhekk il-periklu irid jitneħħa mis-sid. Madankollu jien infurmata wkoll li l-bini ser jitwaqqa' bħala parti mill-proġett tas-Slum Clearance meta eventwalment jiġi esproprijat għal dan l-iskop u għalhekk l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ser jiġi investigat biex naraw jistax isir xi ħaġa biex din il-familja ma tibqax fil-periklu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid ta' min hi r-responsabbilta' ta' għalqa (plot) li hemm fi Triq l-Irlandiżi Bormla?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn riċerka li għamlet it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern jidher li l-unika għalqa li hemm fi Triq l-Irlandiżi Bormla fil-fatt hija proprjeta' privata li qed tiġi esproprjata għal skop pubbliku minħabba proġett ta' housing.