Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'persentaġġ hija l-ispiża tas-salarji ta' l-ogħla erbgħa gradi, jiġifieri Chief Executive Officer, Chief Officers, Heads u Managers (inkluż allowances u l-valur ta' ħlas in kind bħal użu ta' karozza, eċċ.) ta' l-ispiża totali tal-Malta Enterprise fuq pagi u salarji?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ispiża tas-salarji ta' l-ogħla erbgħa gradi, jiġifieri Chief Executive Officer, Chief Officers, Heads u Managers (inkluż allowances u l-valur ta' ħlas in kind bħal użu ta' karozza, eċċ.) ta' l-ispiża totali tal-Malta Enterprise fuq pagi u salarji hija ta' 52%.

Malta Enterprise — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il impjegat tal-Malta Enterprise jirċievi sew salarju f'Malta u sew allowances talli hu bbażat barra minn Malta u għal xiex jammontaw b'kollox dawn l-allowances?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Malta Enterprise għandha impjegat wieħed li qed jirċievi salarju f'Malta u allowance ta' LM6,240 fis-sena talli qiegħed barra minn Malta.

Medigrain

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' persuni li kienu jiffurmaw il-workforce tal-Medigrain? Fejn ġie ppostjat kull ħaddiem? Jista' jgħid jekk hux minnu li ftit ġimgħat ilu, wara li issa l-ħaddiema kollha sabu posthom, ġiet offruta skema ta' irtirar kmieni lill-istess ħaddiema? X'wassal biex inbidel il-pjan?

Response (GATT, AUSTIN)

Dettalji tal-workforce tal-Medigrain u fejn ġew ippostjati iżda mhumiex tal-post qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn ġew mistoqsija jekk jippreferixxux li l-MIMCOL tirranġalhom sabiex isiru tal-post mal-entita' fejn ġew ippostjati jew jaċċettawx is-somma ta' ħames ġimgħat paga għal kull sena li taw servizz lil Medigrain.

Medigrain Ltd — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tal-Management u l-ħaddiema kollha li kien hemm impjegati mal-Medigrain Ltd. kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' ukoll jgħid x'kienu s-salarji ta' kull individwu kull sena matul l-istess perijodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Bormla — Pjazza Santa Margerita

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq ix-xogħol fi Pjazza Santa Margerita, Bormla? Meta se jinbeda x-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li hemm il-ħsieb li jsir xogħol ta' tibdil ta' balavostri fi Pjazza Santa Margerita. Dan ix-xogħol mistenni jiddaħħal fil-programm tax-xoghol tat-Taqsima tax-Xogħlijiet tas-sena d-dieħla.

Interprint

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfet l-Interprint? X'inhu sehem il-gvern? Kemm kien hemm ħaddiema kull sena mit-twaqqif tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Interprint twaqqfet fl-1975 u ħadet post is-St.Paul's Press. Hija kollha kemm hi tal-Gvern. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Tug Malta — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfet it-Tug Malta? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema dakinhar u kemm hu llum? Kemm għandhom tugs, liema huma u ta' liema sena huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li Tug Malta twaqqfet l-24 ta' Lulju, 1979, wara li ttieħdet id-deċiżjoni sabiex tiġi nazzjonaliżżata l-industrija ta' l-irmonk f' Malta. Il-Kumpanija bdiet taħdem fl-1 t'Otubru 1980. L-ewwel impjegati tagħha kienu meħudin miż-żewġ kumpaniji privati tal-irmonk li kienu ħadmu sa dak in-nhar. F'Ottubru 1980, il;-Kumpanija kienet timpjega 68 ruħ. Illum wara l-implementazzjoni ta' sistema ta' xift f'Marzu 2003, in-numru ta' impjegati huwa ta' 91. Il-Kumpanija topera sitt (6)tugs illum, ħamsa (5) minnhom propjeta tal-Kumpanija, waqt li l-oħra hija chartered mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. It-tugs huma dawn: Sea Salvor - mibnija 1998 Mari - mibnija 1983 Lieni - mibnija 1991 Felica - mibnija 1981 Grez - mibnija 1974 Vitorin - mibnija 1972

Dipartiment ta' l-artijiet — Stabiliment privat - permess għal ħruġ ta' imwejjed u siġġijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti raġunijiet għad-dewmien esaġerat biex uffiċjali mid-dipartiment ta' l-artijiet jimmarkaw l-estent fuq il-post ta' sit mikri lil stabiliment privat biex jinħarġu mwejjed u siġġijiet f'Couvre Porte, il-Birgu? Jista' jagħti perjodu ta' żmien li fih dan ix-xogħol ta' immarkar fuq is-sit li jeħtieġ li jsir, fil-fatt isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-marki tas-siti fejn ikun hemm permess għat-tqegħid ta’ l-imwejjed u siġġijiet isiru taħt id-direzzjoni ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu. F’ dan il-każ, id-Dipartiment ta’ l-Artijiet għadu ma ġiex mitlub biex jimmarka dan is-sit bl-studs.

Malta Enterprise — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-Malta Enterprise f'kull wieħed minn dawn il-gradi: Senior Analysts, Co-ordinators, Managers, Heads, Chief Officers u Chief Executive Officer?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba hija din - Senior Analysts 3 Co-ordinators 5 Managers 10 Heads 16 Chief Officers 3 Chief Executive Officer 1

Baċir Nru. 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq dak li għandu jsir fil-Baċir Nru. 1 u l-area ta' madwaru, issa li għaddew ħafna snin minn meta l-Baċir ma baqax ikun użat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ta' il-Prim Ministru fil-Mistoqsija Parlamentari No. 7451.

Kottonera — Kumpless sportiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex tlesta l-kumpless sportiv tal-Kottonera? Jista' jaqsamha skond fejn sar l-infiq u cioe' kemm intnefaq fi tħaffir u kostruzzjoni, it-tinda u l-armar u tlestija ta' l-istess kumpless?

Response (GALEA, LOUIS)

ONOR. LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-ammont globali mħallas hu ta’ Lm2,233,721.40. Ma din din il-figura jrid jiżdied ammont ieħor (stmat) ta’Lm 57,036 f’kontijiet pendenti li ma jistgħux jitħallsu qabel il-konsulenti tad-dipartiment, li huma il-Building & Engineering Department, Works Division, ilestu u jippreżentaw il Bills of Quantities finali tal-kuntratti. Dettalji ta’ kif inhuma mqassma il-ħlasijiet, kif ukoll tal-kontijiet pendenti jidhru fit-tabella hawn taħt : Total imħallas Total pendenti Construction & canopy 1,490,866.92 9,305.00 Mechanical & Electrical 295,525.26 25,678.00 Finishing 237,701.79 19,553.00 Excavation 123,429.87 0 Misc 86,197.56 2,500.00 Total 2,233,721.40 57,036.00 Seduta Numru 171 12/10/2004

Sigurta' Soċjali — Persuni 'il fuq minn 70 sena - żieda fil-pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hux minnu li hemm xi żidiet fil-pensjoni meta persuna taqbeż is-70 sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi li ssir reviżjoni fil-pensjoni kontributorja kull sena. Fir-reviżjoni ta' pensjoni ta' persuna fuq it-72 sena li tkun ikkomutat parti minn pensjoni tas-servizz, 50% ta' dik il-parti kommutata ma tiġix iktar ikkalkulata għal-fini tal-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali. Tali reviżjoni normalment tirriżulta f'żieda fir-rata ta' pensjoni tas-Sigurta' Soċjali.

Kaċċa viċin iċ-ċimiterju ta' l-Addolorata

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux permess li ssir kaċċa fl-areas viċin iċ-ċimiterju ta' l-Addolorata? Kemm trid tkun id-distanza mill-istess ċimiterju, jekk hemm permess ta' kaċċa fl-istess inħawi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata u il-madwar tiegħu huma nklużi fi Skeda V ta' l-Avviż Legali 146 ta' l-1993, hekk kif emendat b' mod partikolari bl-Avviż Legali 41 ta' l-2003. Dan ifisser li l-lokalita' hekk kif definita fuq il-mappa maħruġa ma’ l-Avviż Legali 41 ta' l-2003 hija ddikjarata bħala Santwarju ta' l-Għasafar, fejn il-kaċċa jew it-teħid ta' l-għasafar huwa illegali.

MEPA — Servizz ta' internet għall-impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni wara d-deċiżjoni li nhar l-1 ta' Ottubru 2004 tneħħa l-internet lill-impjegati tal-MEPA? Jista' jgħid għaliex l-aċċess għall-internet tħalla għall-ħaddiema li għandhom grad ta' managers biss? Ma jaħsibx li din id-deċiżjoni ma tagħmilx sens meta l-maġġoranza ta' l-impjegati fi ħdan iċ-ċivil għandhom dan l-aċċess? Jista' jgħid għaliex il-ħaddiema ma ġewx avżati b'din id-deċiżjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li r-raġuni għal din id-deċiżjoni hi li minn ċerti gradi ‘l isfel, dawn is-servizzi mhux essenzjali għall-qadi tad-doveri ta' kuljum, u li dan kien qiegħed biss joħloq iċ-ċans biex ċerti mpjegati jitilfu l-ħin tagħhom fuq affarijiet li m' għandhomx x' jaqsmu max-xogħol ta' kuljum. Is-servizz ta' l-'internet' qiegħed jiġi pprovdut fuq il-post tax-xogħol barra l-ħin tax-xogħol lil dawk l-impjegati li qed jagħmlu kors l-Universita' li huwa mħallas mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).

Każini tal-baned — Commissions mill-banek tal-lottu

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitħallas l-ammont dovut lill-każini tal-baned u dan bħala commissions għall-banek tal-lottu li l-istess soċjetajiet kienu ġew imwiegħda li se jibqgħu jitħallsu anke wara l-bejgħ tal-lottu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijet dwar l-ammont dovut lill-każini tal-baned bħala commissions għall-banek tal-lottu u dan dalwaqt jiġi maħdum u mgħoti lil dawn il-każini inkluż l-arretrati.

Dipartiment ta' l-artijiet — Kera ta' post tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li titnaqqas il-kera tal-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ngħata temporanjament lill-familja fejn il-missier ma jaħdimx minħabba kondizzjoni fiżika, peress li l-kera tal-post li kellhom u li suppost se jsirlu xogħol strutturali kien ferm u ferm anqas?

Response (BORG, TONIO)

Il-ftehim tal-kiri ta' postijiet ta' residenza inkluż il-kera ssir mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali. Għaldaqstant l-Onor. Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali.

OPM — Persuni li għamlu xogħol ta' commissioners u personnel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu dawk li għamlu xogħol ta' commissioners u personnel fl-elezzjoni ta' Ġunju 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, għaldaqstant it-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’xi seduta oħra.

Fgura — Skola primarja - telephone cards

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li tfal fl-iskola primarja tal-Fgura qed jintalbu li jieħdu magħhom card tat-telefon biex tintuża jekk ikollhom bżonn iċemplu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola Primarja 'B' tal-Fgura talbet lill-istudenti biex volontarjament iġibu Card tat-Telefon peress li l-iskola għandha telefon li jintuża b'card u li minnu l-istudenti jistgħu jċemplu lil ġenituri tagħhom li għandhom mobile phone. Il-kap ta' l-iskola għandu card tat-telfon biex tintuża f'każ ta' bżonn minn studenti li ma jkollhomx il-card fuqhom.