Jista' il-Ministru jgħid x'inhu eżattament l-investiment tal-Malta Freeport Co. Ltd fil-port ta' Brindisi? Jista' jagħti rendikont sena b'sena sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu d-dejn tal-Malta Freeport Co. Ltd? Kif qed jitħallas? X'interessi tħallsu kull sena, sena b'sena, mis-sena 1990 sal-lum? Kif inhu l-pjan u kif se jitħallas dan id-dejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-limited liability companies li għandhom investiment tal-gvern? X'inhu kull investiment f'kull kumpannija u kemm timpjega persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta u minn min kienet magħmula ir-Rotos Ziraya? X'kien l-investiment tal-Gvern Malti? Kemm kien hemm impjegati sena b'sena sa l-għeluq tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid meta u minn min hi magħmula il-Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd? X'kien u x'inhu preżentement l-investiment tal-gvern? Kemm hemm impjegati u min hu l-bord tad-diretturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' il-Ministru tara x'jista' isir biex persuni jgħixu f'postijiet tal-gvern u huma bla xogħol jew paga baxxa, ma jibqax ikollhom kera taqbeż it-Lm350 fis-sena? Jista' jivverifika l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.
Jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn l-impjegati tal-Malta Enterprise li jirċievu sew salarju f'Malta u sew allowances talli huma bbażati barra minn Malta huma nklużi fil-gradi ta' Heads u Managers?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-impjegat tal-Malta Enterprise li jirċievi salarju kemm f'Malta kif ukoll allowances talli huwa bbażat barra minn Malta, qiegħed fil-grad ta' Manager.
Jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawk li kienu impjegati ta' MDC, IPSE u METCO u li ma ġewx integrati mal-Malta Enterprise għadhom ma nstabilhomx xogħol ieħor produttiv u permanenti u għadhom jiddependu minn xi qasam ieħor tal-gvern jew minn xi kumpannija li tagħha l-gvern huwa shareholder ewlieni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jeħlu l-bus shelters fi Triq Hompesch fil-Fgura viċin ir-roundabout kantuniera ma' Triq is-Sur? Ma jidhirlux il-Ministru li dan il-każ għandu jingħata attenzjoni speċjali issa li dalwaqt jibda l-istaġun tax-xitwa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi r-responsabbilita' tal-Bus Shelters ġiet delegata lill-Kunsilli Lokali u dan skond il-Legal Notice 292 ta' 2001. L-Awtorita dwar it-Trasport hija responsabbli biss mid-deċiżjoni finali ta' fejn il-Bus Shelters ikkonċernat għandu jitwaħħal.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk teżistix il-possibbilta' li persuna li tieħu l-acquisition rent tbiegħ l-istess proprjeta' lill-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Permezz tal-Att XI ta' l-2002 li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal skopijiet pubbliċi (Kapitlu 88) u li ġie fis-seħħ fil-5 ta' Marzu 2003, il-Gvern jista' jixtri acquisition rent li qegħda titħallas fuq proprjeta' meħuda mill-Gvern taħt titlu ta' Pussess u Użu, kif ukoll recognition rent li titħallas fuq proprjeta' li ittieħdet mill-Gvern taħt it-titlu ta' Dominju Pubbliku.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern għal sala San Mikiel? Ma jidhirlux li t-talba tal-kunsill lokali ta' l-Isla sabiex isir proġett minn din il-proprjeta' fl-Isla flimkien mal-MTA, kienet tagħmel sens? Jista 'jgħid x'inhi r-raġuni għaliex it-talba tal-kunsill lokali ta' l-Isla ma ġietx milqugħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, proprjeta' pubblika tiġi devoluta l-amministrazzjoni tagħha lill-Kunsill Lokali wara li jiġi preżentat pjan dettaljat ta' dak li jkun sejjer isir minnha, kif ukoll numru oħra ta' kriterji, fosthom u prinċiparjament, li l-Gvern Ċentrali ma jkollux pjan differenti għal użu tiegħu.
Fil-każ imsemmi ninsab infurmat li s-sala ta' San Mikiel ġiet allokata lill-Arċipriet tal-Isla għall-armar tal-festa wara li l-fond li kien allokat qabel li jinsab fuq il-parti l-oħra tal-mini kien mogħti lura u ritornat lill-Gvern.
Naħseb li jaqbel miegħi l-Onorevoli Interpellant u li hu sew u xieraq li l-armar tal-festa tal-Bambina ta' l-Isla jitpoġġa f'post xieraq u dan fl-interess tar-residenti kollha ta' l-Isla, ħaġa li żgur jaqbel magħha l-Onorevoli Interpellant.
Meta tieħu flimkien il-gradi ta' Senior Analysts, Co-ordinators, Managers, Heads, Chief Officers u Chief Executive Officer, jista' il-Ministru jgħid x'persentaġġ huma dawn tat-total ta' l-impjegati kollha tal-Malta Enterprise?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li t-total ta' l-impjegati kollha mal-Malta Enterprise huwa ta' 95.
Total tal-gradi msemmija i.e. Senior Analysts, Co-ordinators, Manager, Heads, Chief Officers u Chief Executive Officer, huwa ta' 38.
Il-persentaġġ ta' dawn il-gradi, huwa għaldaqstant ta' 40% ta' l-impjegati kollha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawk li għandhom grad ta' Senior Analysts, Co-ordinators, Managers, Heads, Chief Officers u Chief Executive Officer ma kenux impjegati ta' l-MDC, L-IPSE u METCO qabel ma ġew impjegati mal-Malta Enterprise?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kemm minn dawk li ma kienux impjegati ta' l-MDC, IPSE u METCO qabel ma ġew impjegati ma' Malta Enterprise, kellhom esperjenza ta' mhux inqas minn sena fil-qasam ta' l-investment promotion jew trade promotion?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li f'din l-area ta' l-Investment/Trade Promotion, m'hemm ħadd ġdid. L-impjegati ta' l-M.E ġew mill-M.D.C. jew l-METCO.
Jista' il-Minsitru jgħid x'inhi l-ispiża totali għas-salarji ta' l-ogħla erba' gradi, jiġifieri Chief Executive Officer, Chief Officers, Heads u Managers (inkluż allowances u l-valur ta' ħlas in kind bħal użu ta' karozza, eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ispiża totali għas-salarji ta' l-ogħla erba' gradi, jiġifieri Chief Executive Officer, Chief Officers, Heads u Managers (inkluż allowances u l-valur ta' ħlas in kind bħal użu ta' karozza, eċċ) hija ta' Lm460,323.