Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Biċċa art

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern dwar dik il-biċċa art li hemm wara l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta' Bormla?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-biċċa art li hemm wara l-Kunsill Lokali ta' Bormla u li qabel kienet tal-Gvern illum hija tal-Arċidjoċesi ta' Malta u dan wara li fl-1997 kienet ġiet skambjata ma' art oħra tal-Knisja li ġiet ttrasferita lill-Gvern.

Pulizija — Rapporti dwar hold ups

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' hold ups u qtil li sal-lum għadhom mhux solvuti tul dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid liema kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, ċioe' mis-sena 2000 sa l-aħħar t'Ottubru ta' din is-sena, kien hemm 22 każ ta' omiċidju, li kollha ġew solvuti, għajr għal tnejn - dak li seħħ Wied il-Għajn nhar il-15 ta' Mejju 2001 u l-ieħor f'Marsalforn nhar il-25 ta' Mejju 2004. Infurmat ukoll illi matul l-istess żmien, kien hemm 178 każ ta' hold up li 54 minnhom ġew solvuti. Tagħrif dwar dawk il-hold ups li għadhom qed ikunu investigati huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Drydocks — Vapur Coronia

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9208 u cioe' jgħid jekk sarux testijiet jekk hemmx traċċi ta' asbestos fuq il-vapur Coronia li hemm fit-tarzna? Jekk fl-affermattiv, kemm saru u x'kien ir-riżultat f'kull każ? Jista', minkejja kull prekawzjoni li tittieħed, jiggarantixxi s-sigurta' tal-ħaddiema mija fil-mija?

Response (GATT, AUSTIN)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlametnari Nru. 9208, l-eżamijiet meħtiega biex jiġi determinat l-preżenza u l-kwalita' tal-asbestos sew qabel ma jinbeda x-xogħol, kif ukoll fuq bażi regolari waqt li jkun qed isir ix-xogħol, qed isiru minn espert indipendenti li hu meqjus fuq skala internazzjonali bħala kkwalifikat fl-immaniġġjar ta' materjal perikoluż. L-ebda xogħol ma jsir fejn ikun hemm l-asbestos jekk il-ħaddiem ma jkunx libes it-tagħmir protettiv addattat kif ukoll jekk il-ħaddiem ma jkunx ingħata t-taħriġ neċessarju kif għandu jaħdem f'dak l-ambjent . Huwa għalhekk li x-xogħol relatat ma' materjal perikoluż qed isir minn kumpanija li hi ċċertifikata bħala waħda professjonali u kkwalifikata, u mhux mill-ħaddiema tax-shipyard. Din il-kumpanija ġiet magħżula mis-sidien tal-vapur. Jekk l-Onor. Interpellant jeħtieġ aktar informazzjoni fuq dan is-suġġett, nistiednu jagħmel kuntat mal OHSA li gew infurmati bix-xogħol li qed isir, kif fil fatt hi l-procedura noramli.

Malta Drydocks — Vapur Coronia

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9206 u cioe' jgħid b'riferenza għax-xogħol li qed isir fit-tarzna fuq il-vapur Coronia jiggarantixxi li l-arja li qed toħroġ mill-blowers li qed jiġbdu minn fejn hemm il-postijiet ikkontaminati mhix ta' ħsara għal saħħet il-ħaddiem? X'garanzija hemm li l-arja li toħroġ fl-aħħar minn dawn il-blowers mhux ta' periklu minkejja li tgħaddi minn tliet filters?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9275.

Malta Drydocks — Vapur Coronia

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9204 u cioe' jgħid min qed jagħmel ix-xogħol ta' tneħħija ta' asbestos minn fuq il-vapur Coronia? Xi prekawzjoni qed jieħdu dawn il-ħaddiema? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dawn il-ħaddiema qed jibqgħu bil-maskla u jgħaddu minn qalb ħaddiema oħra minn abbord sad-decontamination chamber li qiegħed l-art u meta hu fatt magħruf li din il-maskla tkun ikkontaminata minn barra?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9275.

Ħal Far — Traffiku fl-entratura

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 9072 u cioe' jista' jara li jsir xi ħaġa fl-entratura li tagħti lejn iz-zona industrijali ta' Ħal Far u r-Race Track peress li qed ikun hemm konfużjoni ta' traffiku li jista' ikollha konsegwenzi koroh?

Response (GATT, AUSTIN)

Iż-żona li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant mhux kollha taqa' taħt ir-responsabilita' tal-Malta Industrial Parks Ltd. Dik li ser tifforma parti mill-entratura ser tagħmel parti minn programm ġenerali ta' upgrading taż-żona industrijali ta' Ħal-Far. Dwar il-kumplament taż-żona, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Enemalta — Hedging agreement

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8635 u 9073 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm ilu li twaqqaf il-hedging agreement li kellha l-korporazzjoni Enemalta? Meta kien sar? B'kemm kien jinxtara ż-żejt meta kellna dan il-ftehim u kemm inxtara (b'kull bidla li seħħet fil-prezz u d-data) minn meta twaqqaf sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Enemalta kellha żewġ Hedging Agreements. Għal perjodu ta' bejn Frar1998 u Diċembru 1998 Enemalta għamlet hedging agreement għal dawn il-prodotti: Prodott Prezz Gas Oil USD 142.50 Jet USD 154.50 Fuel Oil 3.5% USD 70.00 Meta skada dan l-Agreement Enemalta għamlet ieħor għal perjodu ta' bejn Jannar 1999 u Diċembru 1999 għal dawn il-prodotti: Prodott Prezz Gas oil USD 126.00 Fuel Oil 3.5% USD 66.50 Gasoline USD 160.00 Gasoline unleaded USD 155.00 Wara li f' Dicembru 1999 skada dan l-Hedging Agreement dan ma ġiex imġedded u l-Enemalta ma daħlitx fi ftehim ieħor. Min dak in nhar l-Enemalta ġeneralment xtrat il-prodotti fuq average tax-xahar ta'qabel ma jkun se jinxtara l-prodott. Dawn il prezzijiet ikunu maħruga mill-Platts. Il-prezzijiet fis-swieq internazzjonali jvarjaw kuljum għaldaqstant huma impossibbli li tingħata l-informazzjonji kif intalbet. Minn 1999 l-Enemalta ma użarx il- hedging biex tixtri ż-żejt bil-quddiem. Pero wżatt hedging instruments f'żewġ okkażjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma żejt. Qabel il- gwerra tal- Golf fi 2003, l-Enemalta xtrat option ghal perjodu qasir biex tipproteġi kontra z-żieda fil prezz. Riċentament għamlet użu minn hedging instrument biex tigarantixxi qliegħ fuq xirja partikolari ta' Jet Avaition Fuel li l-Enemalta tinnegozja u tbigh bi prezzijiet internazzjonali. Barra minn hekk saru użu ta' hedging instrument fuq il foreing currency loan li għandha l-Enemalta. Dawn jinkludu quanto cross currency swap, plain vanilla fixed rate swap u diditial interst rate swap.

Ħal Far — Dawl fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 9074 u cioe' jista' jara li jkun installat dawl fit-toroq ta' madwar iz-zona industirjali ta' Ħal Far, b'mod partikolari ħdejn il-fabbrika Forsheda Dowty?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li dawn ix-xogħolijiet se jiffurmaw parti mill-istess proġett li rreferejt għalih fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 9072.

Emigranti Maltin — Pensjonanti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura rigward taxxa tad-dħul għall-pensjonanti Maltin li jkunu emigraw u ħadmu dejjem barra pajjiżna u llum rritornaw biex jirtiraw f'art twelidhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Pensjonant imwieled Malta li kien emigra u mbagħad reġa’ irritorna Malta jista’ jagħżel li jiġi ntaxxat fuq id-dħul mill-pensjoni jew bir-rati normali tat-taxxa jew taħt skema speċjali applikabbli għal emigranti li ġew lura. Din l-iskema tistabbilixxi rati kif muri aktar ’l isfel u tagħmel ċertu kundizzjonijiet. Ir-rati huma dawn: Individwu miżżewweġ: l-ewwel Lm2500 -0% Minn Lm2501 ’il fuq bil-15% Individwu ieħor l-ewwel Lm1800 – 0% Minn Lm1801 ’il fuq bil-15% Iżda t-taxxa minima tkun ta’ Lm1000 fis-sena. Il-kundizzjonijiet jinkludu li l-individwu: a) jkun reġa’ ġie residenti Malta wara l-1 ta’ Jannar, 1988 b) jkun għamel perijodu totali ta’ 20 sena barra c) jiġi ntaxxat bir-rati normali jekk ikollu dħul ieħor minn negozju jew impjieg f’Malta. Jekk dan il-pensjonant ikollu dħul ieħor minn barra li qiegħed jiġi ntaxxat barra, jista’ jitlob ħelsien mit-taxxa doppja. (Tweġiba mogħtija: 22/11/2004PM) (Seduta Numru: 191)

Maltacom — Każ dwar kont tat-telefon

Question

Jista' il-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qed tirċievi kont tat-telefon daqshekk għoli meta suppost li għandha s-sussidju?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 1130.

Bormla — Poliklinika

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga jekk hux minnu li xi tobba/tabib fil-poliklinika ta' Bormla irrifjutaw li jieħdu l-pressjoni ta' xi pazjenti nhar is-16 ta' Novembru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn investigazzjoni nterna li saret jirriżulta illi f'dak il-jum, tabib ra l-pazjenta msemmija kif suppost u fl-opinjoni professjonali tiegħu ma kien hemm ebda indikazzjoni għalfejn tittieħed il-pressjoni dak in-nhar.

Karozzi tal-Linja Low Floor

Question

Jista' il-Ministru jara li jintbagħtu karozzi tal-linja low floor għal vjaġġi lejn St Lukes?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku topera il-flotta tal-karozzi tal-linja fuq bażi ta’ roster li tinbidel kull ġimgħatejn u li hija ibbażata fuq in-numru tal-liċenzja tal-vettura. Dan sabiex il-vetturi jkunu jistgħu joperaw fuq ir-rotot differenti skond ir-roster. Għaldaqstant, dan ifisser illi ir-roster li ssir ma hiex ibbażata fuq it-tip ta’ xarabank u/jew ir-rotta iżda fuq in-numru tax-xarabank allura is-sistema ma tippermettix li low floor buses biss jiġu dettaljati għal vjaġġi lejn St. Luke’s Hospital.

Malta Drydocks — Vapur Coronia

Question

Jista' il-Ministru jgħid min qed jagħmel ix-xogħol ta' tneħħija ta' asbestos minn fuq il-vapur Coronia? Xi prekawzjoni qed jieħdu dawn il-ħaddiema? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dawn il-ħaddiema qed jibqgħu bil-maskla u jgħaddu minn qalb ħaddiema oħra minn abbord sad-decontamination chamber li qiegħed l-art u meta hu fatt magħruf li din il-maskla tkun ikkontaminata minn barra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Vapur Coronia

Question

B'riferenza għax-xogħol li qed isir fit-Tarzna fuq il-vapur Coronia, jista' il-Ministru jiggarantixxi li l-arja li qed toħroġ mill-blowers li qed jiġbdu minn fejn hemm il-postijiet ikkontaminati mhix ta' ħsara għal saħħet il-ħaddiem? X'garanzija hemm li l-arja li toħroġ fl-aħħar minn dawn il-blowers mhux ta' periklu minkejja li tgħaddi minn tliet filters?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Vapur Coronia

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux testijiet jekk hemmx traċċi ta' asbestos fuq il-vapur Coronia li hemm fit-Tarzna? Jekk fl-affermattiv, kemm saru u x'kien ir-riżultat f'kull każ? Jista' minkejja kull prekawzjoni li tittieħed, jiggarantixxi s-sigurta' tal-ħaddiema mija fil-mija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Xogħol mal-moll

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju mal-moll ħdejn il-club tar-Regatta Bormla sabiex ma jibqax daqshekk diffiċli biex ivaraw u jtellgħu l-opri tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-tiswijiet ta' l-iskajjel slipways f'Malta u Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabilita' tad-Dipartiment tas-Sajd. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bormla — Sur ta' San Klement

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir tindifa ħdejn Sur San Klement (taħt l-iskola G. Despott) Bormla, peress li hemm qed issir miżbla żgħira?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li t-tindif fil-post imsemmi beda nhar il-15 ta' Novembru.

Bini tal-gvern — Trobbija ta' annimali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk min jgħix f'post tal-gvern jistax irabbi annimali? X'passi jittieħdu sabiex jitwaqqaf abbuż bħal dan?

Response (BORG, TONIO)

Min jgħix f'post tal-gvern ma jistax irabbi annimali. Fejn jiġu irrapurtati abbużi bħal dawn, id-Dipartiment ta' l-Artijiet jieħu il-passi meħtieġa kontra min jabbuża, biex ineħħi l-annimali.