Legislature:
Category:
Reset
Active:

Polikliniċi — Tqassim ta' Siringi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mill-polikliniċi (wieħed, wieħed) mit-23 sal-31 ta' Diċembru 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' siringi li tqassmu mill-polikliniċi (wieħed, wieħed) mit-23 sal-31 ta' Diċembru 2004 hu kif ġej: Mosta 954 Rabat 335 Gżira 748 Raħal Ġdid 2700 Qormi 200 Bormla 600 Furjana 1167

Kordin Grain Terminal — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema (inkluż il-management) mal-Kordin Grain Terminal? Jista' jaqsamhom skond kull grad ta' kull impjegat? Jista' jgħid, sena b'sena, kemm kien in-numru ta' ħaddiema ta' l-istess azjenda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Interessi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-somma ta' l-ispiża ta' l-isptar Mater Dei tinkludix l-interessi li jridu jitħallsu? X'inhi l-istima ta' kemm għandhom ilaħħqu dawn l-ispejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-eżerċizzju tal-ftehim li ntlaħaq ma’ Skanska, ma hemmx maħsub li ser ikun hemm involut xi element ta’ interessi.

Interprint

Question

Peress li l-Ministru jikkonferma li hemm intenzjoni li l-Interprint tiġi privatizzata, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-Gvern joħroġ is-sejħa? Jista' jgħid jekk hemmx min wera interess fix-xiri ta' din il-kumpanija, kemm interess lokali kif ukoll dak barrani?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif diġa kkonfermajt f'okkażjonijiet oħra u anke kif ħabbar l-Prim Ministru fid-diskors tal-Budget għall-2005, il-proċess ta' privatiżżazzjoni ta' l-Interprint maħsub li jsir is-sena d-dieħla. Għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid x'interess hemm fix-xiri ta' din il-Kumpanija meta s-sejħa għad lanqas biss ħarġet.

Privatizzazzjoni ta' l-Interprint

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 9299 jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jibda l-proċess ta' privatizzar ta' l-Interprint? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx min wera interess fix-xiri ta' din il-kumpanija?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 9529.

Sptar Mater Dei — Interessi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-somma ta' l-ispiża ta' l-isptar Mater Dei tinkludix l-interessi li jridu jitħallsu? X'inhi l-istima ta' kemm għandhom ilaħħqu dawn l-ispejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 07/12/2004PM) (Seduta Numru: 203)

Interprint

Question

Peress li l-Ministru jikkonferma li hemm intenzjoni li l-Interprint tiġi privatizzata, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-Gvern joħroġ is-sejħa? Jista' jgħid jekk hemmx min wera interess fix-xiri ta' din il-kumpanija, kemm interess lokali kif ukoll dak barrani?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għall-din il-Mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.

Kurunazzjoni tal-Kwadru ta' Marija Immakulata — Bolol

Question

Peress li s-sena d-dieħla f'Bormla ser tkun imfakkra ġrajja storika ta' l-inkurunazzjoni tal-kwadru ta' Marija Immakulata, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li din il-ġrajja storika tkun imfakkra bi ħruġ ta' bolla kommemorattiva?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-programm għall-ħruġ ta' bolli għas-sena d-dieħla ġa tfassal u ġie ppublikat u għalhekk mhux possibli li jkun hemm żidiet ma' dan il-programm. Madankollu, dejjem huwa possibli li l-ġrajja storika li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant titfakkar b'meżżi filateliċi oħrajn, bħal per eżempju timbru speċjali li jfakkar dan l-avveniment.

Privatizzazzjoni ta' l-Interprint

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 9299 jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jibda l-proċess ta' privatizzar ta' l-Interprint? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx min wera interess fix-xiri ta' din il-kumpanija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-weġiba għall-din il-Mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.

Bini ta' fabbriki ġodda

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 9304 u cioe' jgħid jekk bediex il-pjan tal-gvern għall-bini ta' fabbriki ġodda? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.

Kurunazzjoni tal-Kwadru ta" Marija Immakulata — Bolol

Question

Peress li s-sena d-dieħla f'Bormla ser tkun imfakkra ġrajja storika ta' l-inkurunazzjoni tal-kwadru ta' Marija Immakulata, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li din il-ġrajja storika tkun imfakkra bi ħruġ ta' bolla kommemorattiva?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat

Ħal Far — Traffiku fl-Entratura

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9293, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u li issa ġiet riferuta lilu biex jirrispondi l-parti li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu, u cioe jara li ssir xi ħaġa fl-entratura li tagħti lejn iz-zona industrijali ta' Ħal Far u r-Race Track peress li qed ikun hemm konfużjoni ta' traffiku li jista' ikollha konsegwenzi koroh?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-ġeometrija ta’ din il-junction se tiġi rranġata bħala parti mill-proġett ta’ Triq Ħal Far (phase 3). L-entratura lejn iż-żona industrijali se ssir f’forma ta’ T-junction. Dan il-proġett mistenni li jibda fit-tieni kwart tas-sena 2005. Sadanittant saru sinjali tat-traffiku sabiex tiġi mtejba din il-junction anke temporanjament sakemm jibda ix-xogħol.

Sptar Mater Dei — Interessi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-somma ta' l-ispiża ta' l-isptar Mater Dei tinkludix l-interessi li jridu jitħallsu? X'inhi l-istima ta' kemm għandhom ilaħħqu dawn l-ispejjeż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Bormla — Monument

Question

Peress li fi Pjazza G Gulia f'Bormla ser jinbena monument li jfakkar l-inkurunazzjoni ta' l-Immakulata, jista' il-Ministru jara li jitwaqqa l-kruha ta' bieb ta' dock 1, u l-istess entratura titkompla bħal parti l-oħra bil-ħadid?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Pjazza Gavinu Gulia tagħmel parti mill-Brief ta' riġenerazzjoni tal-Baċir Nru.1. Ta' minn jgħid li dan daħal fil-proċess ta' konsultazzjoni publika imnedieha mill-MEPA. Hu mifhum illi l-applikazzjoni tal-bini tal-monument u l-iżvilupp u r-riġenerazzjoni ta' din l-arja ssiru b' mod integrat.

Bormla — Pjazza P. Vassallo

Question

Wara li tlesta x-xogħol fi Pjazza P. Vassallo, Bormla, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li din il-pjazza tkun mixgħula fil-ġranet tal-festa li jilħqu l-qofol nhar it-8 ta' Diċembru?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena infurmat li d-dwal tal-pjazza msemmija ma jaqgħawx taħt ir-responsabbilta' ta' l-Enemalta

Marsa — Interprint Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-kumpannija Interprint Ltd. tal-Marsa hijiex fil-pjan ta' privatizzazzjoni tal-gvern? Jekk iva, meta hu ppjanat li l-gvern joħroġ l-applikazzjoni? Jista' jgħid jekk hemmx min wera interess fix-xiri ta' din il-kumpannija, kemm interess lokali kif ukoll dak barrani?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma illi hemm l-intenzjoni li l-Interprint tiġi privatiżżata. Il-ħaddiema li spiċċaw mill-impjieg mal-Interprint ħadu t-terminal benefit skond il-Collective Agreement.

Bormla — Sur San Klement

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir tindifa ħdejn Sur San Klement, Bormla fejn hemm in-Nissan huts peress li hemm miżbla?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li d-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Indafa nvestiga dan il-każ u rriżulta li hemm akkumulazzjoni sostanzjali ta' skart u debris, għalhekk qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jitnaddaf dan il-post. Barra minn hekk qiegħda ssir konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti sabiex din iż-żona tibqa' tinżamm fi stat nadif.