Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex il-verandi li għalihom jagħtu l-klassijiet isirulhom xi tip ta' ilqugħ minħabba l-kesħa li jħossu kemm it-tfal kif ukoll l-għalliema ta' l-iskola primarja S.Rokku, Birgu? Jista' jara wkoll li dak li jsir isir b'mod li ma jibqax jidħol l-ilma tax-xita?
Response (GALEA, LOUIS)
Għaddejt il-proposta lill-FTS għall-konsiderazzjoni tagħhom.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9923 u cioe' jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Kordin grain terminal minn Ottubru 1996 sal-lum? F'liema grad daħlu? Kif saret is-sejħa għall-impjieg? Kemm applikaw?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9926 u cioe' jgħid kemm sar ħlas f'overtime fis-sena 2004 fil-Kordin grain terminal? Kif kien imqassam fuq kull ħaddiem?
Jista' il-Ministru issa jirrispondi mistoqsija parlamentari 9974 u cioe' jgħid kemm fetħu investimenti ġodda fis-sena 2004 u kemm inħolqu mpjiegi għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fis-sena 2004 ġew approvati total ta' 64 progett li 35 minnhom huma barranin. Minn dawn il-64 proġetti, 23 minnhom huma investiment ġdid u 41 espansjonijiet ta' proġetti ezistenti. Huwa pproġettat li l-64 proġett flimkien wara tliet snin jkunu qed iħaddmu 1,719 ruh. It-23 investiment ġdid waħidhom huwa pproġettat li jħaddmu total ta' 940 ħaddiem full time wara tliet snin. Minn dawn il-progetti ħdax diġa bdew joperaw u qed iħaddmu 66 ħaddiem full-time u 11-il ħaddiem part-time.
Jista' il-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 9931 u cioe' jgħid jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise minn Settembru 2004 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, f'liema grad kienu dawn l-impjiegi? Kif saret is-sejħa għall-impjieg? Kemm applikaw? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkunu mpjegati ħaddiema ġodda ma' l-istess entita' fix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li minn Settembru sal-lum ġew impjegati 6 min-nies, 2 Executives u 4 Managers. Matul l-istess perjodu telqu tlieta u għad hemm tmien postijiet vakanti.
Is-sejħa għall-impjieg l-ewwel bdiet internament segwita b'sejħa lill-impjegati tal-MDC. Wara, s-sejħa marret għand il-MIMCOL u wara marret għand l-ETC li ħarget il-permess biex toħrog avviż pubbliku. Kien hemm 254 persuna li applikaw għal diversi pożizzjonijiet.
Ħaddiema ġodda ma' l-istess entita', fix-xhur li ġejjin jistgħu jiġu mpejgati skond il-bżonnijiet tax-xogħol.
Jista' il-Ministru jara li titnaddaf area ħdejn l-iskola primarja ta' Bormla li saret miżbla? Jista' jara li din il-ħofra li tħaffret snin ilu timtela' livell mal-ground ta' l-istess skola għal-livell oriġinali?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduda oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9921 u cioe' jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed isir fis-silos ta' Kordin Grain Terminal? Minn min qed isir? X'inhi l-istima tax-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu f'Malta karozzi second-hand minn Mejju sa Diċembru 2004? Jista' iqassamhom skond iċ-ċilindraġġ u l-għamla tal-karozza?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk ex-ħabsin meta joħorġu mill-ħabs wara sentenza, fir-rigward ta' post xieraq fejn joqogħdu u għajnuna biex jinstabilhom impjieg? Jista' jgħid kemm persuni ħarġu mill-ħabs fis-sena 2004 wara li kienu ilhom hemm għal aktar minn sena? Kemm minnhom instabilhom impjieg?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 kien hemm sebgħa u disgħin (97) priġunier li ġew rilaxxati mill-ħabs wara li kien ilhom aktar minn sena.
Minn dawn, 20 ġew deportati lura lejn pajjiżhom. Fir-rigward tal-priġunieri l-oħra kien hemm sittax (16) li ingħataw għajnuna diretta flimkien ma' l-ETC biex instabilhom impjieg, sitta (6) li ingħataw assistenza u għajnuna biex instabilhom post fejn jabitaw u tletin (30) li ġew mogħtija għajnuna soċjali. Dawn ta' l-aħħar jinvolvi xogħol soċjali dirett mall-familjari tagħhom speċjalment l-ulied.
Kull intervent soċjali li jsir ma' priġunieri jiġi mgħoddi lid-dipartiment tas-social workers biex ikun jista' jitkompla anke wara li priġunier jiskonta s-sentenza.
Fir-rigward ta' priġunieri li jispiċċaw sentenza wara li jkunu għamlu programm ta' rijabilitazzjoni ġewwa s-S.A.T.U, dawn jiġu offruti anke l-faċilita' li jkomplu jattendu follow-up sessions. Sfortunatament huma ftit dawk li japprofittaw minn din l-opportunita'.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 9304 u cioe' jgħid jekk bediex il-pjan tal-gvern għall-bini ta' fabbriki ġodda? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-programm ta' bini ta' fabriki huwa wieħed kontinwu. Kif indikat fid-diskors tal-Budget, fil-fatt, diġa hemm impenn għall-bini ta' fabbriki ġodda li jlaħħqu għall-17-il miljun lira u għalhekk il-Malta Industrial Parks qed tistudja mudell ta' finanzjament privat.
Jekk L-Onor. Membru jaf b'xi pjan partikolari, nitolbu jikkjarifika għall-liema pjan qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Kordin Grain Terminal minn Ottubru 1996 sal-lum? F'liema grad daħlu? Kif saret is-sejħa għall-impjieg? Kemm applikaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sar ħlas f'overtime fis-sena 2004 fil-Kordin Grain Terminal? Kif kien imqassam fuq kull ħaddiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Minħabba l-obbligu tal-protezzjoni tad-data personali, ninforma biss, lill-Onor. Interpellant illi l-overtime mħallas mill-K.G.T. fl-2004 kien ta' LM18,612 mqassam fuq tnax-il ħaddiem.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema (inkluż il-management) mal-Kordin Grain Terminal? Jista' jaqsamhom skond kull grad ta' kull impjegat? Jista' jgħid, sena b'sena, kemm kien in-numru ta' ħaddiema ta' l-istess azjenda?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise minn Settembru 2004 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, f'liema grad kienu dawn l-impjiegi? Kif saret is-sejħa għall-impjieg? Kemm applikaw? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkunu mpjegati ħaddiema ġodda ma' l-istess entita' fix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol xahar b'xahar, lokal b'lokal, minn Settembru sa Diċembru 2004?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li l-figuri għax-xahar ta' Diċembu 2004 għadhom ma ġewx ippublikati mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.
Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir Triq tax-Xemx u l-Qamar, Fgura peress li għal sena oħra r-residenti ta' din it-triq qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet minħabba l-istat ħażin tat-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-tender għax-xogħolijiet ta' din it-triq ħareġ u ġie aġġudikat. Qed isiru l-koordinazzjonijiet meħtieġa mas-service providers biex ix-xogħol ikun jista' jibda minnufih.