Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kordin Grain Terminal — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Kordin Grain Terminal għandhiex kontijiet tad-dawl u l-ilma pendenti? Jekk iva, jista' jgħid kemm jammontaw u kemm imorru lura?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Kumpanija Kordin Grain Terminal m'għanda l-ebda kont tad-dawl u l-ilma pendenti.

Dħul f'Malta ta' karozzi second-hand

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu f'Malta karozzi second-hand minn Mejju sa Diċembru 2004? Jista' iqassamhom skond iċ-ċilindraġġ u l-għamla tal-karozza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #10180 Sitting 231 2005-02-02 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Dħul f'Malta ta' karozzi second-hand

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu f'Malta karozzi second-hand minn Mejju sa Diċembru 2004? Jista' iqassamhom skond iċ-ċilindraġġ u l-għamla tal-karozza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-lista ta' karozzi second-hand li daħlu Malta minn Mejju sa Diċembru 2004 imqasma skond iċ-ċilindraġġ u l-għamla tal-karozza qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Karozzi second-hand

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10180 u cioe' jista' jgħid kemm daħlu f'Malta karozzi second-hand minn Mejju sa Diċembru 2004? Jista' iqassamhom skond iċ-ċilindraġġ u l-għamla tal-karozza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10180 li qed tingħata f'din l-istess seduta.

Fgura — Ground tal-Football

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet id-devoluzzjoni ta' biċċa art maġenb il-ground tal-football fil-Fgura, u dan wara li kemm il-kunsill lokali tal-Fgura kif ukoll Fgura Utd. F.C. għamlu din it-talba sabiex fuqha jsir synthetic pitch?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kwalunkwe talba għal devoluzzjoni ta' proprjeta' tal-Gvern lil xi Kunsill Lokali trid issir mingħand id-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Fl-istess waqt kwalunkwe talba biex issir allokazzjoni ta' proprjeta' lil xi għaqda sportiva trid tgħaddi mingħand il-Kunsill Malti Sports. Fuq il-każ in kwistjoni it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma rċeviet l-ebda talba biex issir id-devoluzzjoni la mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali u lanqas mingħand il-Kunsill Malti Sports. B'referenza għall-korrispondenza li ntbagħtet lit-Taqsima mill-Fgura Utd Football Club ninsab infurmat li dan kien verbalment intalab sabiex jindika eżatt il-pożizzjoni u l-qies ta' l-art li ntalbet.

Wied Blandun — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu ma jsir xi xogħol kwalunkwe f'Wied Blandun? Xi pjani għandu l-gvern għal dan il-wied?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li parti minn dan il-wied tinsab fuq art li ġiet inkluża fil-pjan globali tal-Park tal-Kottonera (Cottonera Heritage Park). Xogħol fuq dan il-wied għad irid jiġi identifikat ħalli jiġi kkunsidrat fil-programm ta’ ħidma tal-Unit Parks, Afforestazzjoni u Restawr tal-Kampanja (P.A.R.K.).

Fgura — Librerija Pubblika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw kotba mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni lil-librerija pubblika tal-Fgura, sena b'sena mit-twaqqif ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Librerija tal-Fgura bdiet tiffunzjona f'Lulju 1980. Id-Dipatiment ta lill-Librerija tal-Fgura 5343 kotba s'issa. Imqassmin sena b'sena kif ġej hawn taħt: 1980 - 102 1981 - 116 1982 - 121 1983 - 127 1984 - 107 1985 - 118 1986 - 121 1987 - 116 1988 - 124 1989 - 121 1990 - 165 1991 - 310 1992 - 192 1993 - 96 1994 - 46 1995 - 153 1996 - 116 1997 - 114 1998 - 125 1999 - 219 2000 - 51 2001 - 52 2002 - 492 2003 - 1376 2004 - 663

Servizzi Soċjali — Għajnuna għall-mard

Question

Tista' il-Ministru tgħid xi jrid ikun id-dħul ta' familja/ġuvni sabiex ikun intitolat għall-għajnuna għall-mard?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-test tal-mezzi għall-Għajnuna għal Mard hu regolat mit-Tieni Parti tat-Tieni Skeda kif ukoll is-Seba' Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Peress li dan it-test irid isir fuq id-dħul tal-familja kollha li jkun jifforma parti minnha l-applikant, mhux possibbli li tingħata tweġiba speċifika li tkopri ċ-ċirkostanzi kollha finanzjarji ta' familja jew persuna. Jekk l-Onor Interpellant għandu xi każ speċifiku nitolbu jagħti parir lill-persuna konċernata tmur fl-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' fejn toqgħod biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa.

Bormla — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10178 u cioe' jista' jara li titnaddaf area ħdejn l-iskola primarja ta' Bormla li saret miżbla? Jista' jara li din il-ħofra li tħaffret snin ilu timtela' livell mal-ground ta' l-istess skola għal-livell oriġinali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija jien infurmat li t-tindif tal-area msemmija hija responsabilta' tal-Kunsill Lokali ta' Bormla. Dwar it-tieni parti jien infurmat li dawn ix-xogħlijiet ser jidħlu mal-proġetti ta' din is-sena, preferibilment fi żmien li tispiċċa l-iskola biex ma nkunux ta' nkonvenjent għall-istudenti.

Kottonera — Proġett

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet li qed isiru/iridu jsiru marbuta mal-proġett tal-Kottonera huma responsabbilta' tal-Ministeru tiegħu? X'inhu t-time-frame meta kull biċċa xogħol trid tibda u/jew titlesta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

ETC — Gradwati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gradwati li qed jirreġistraw għax-xogħol? Jista' jgħid fiex huma gradwati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Diċembru 2004, kien hemm 90 persuna gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol. Informazzjoni dwar f'liema oqsma kienu gradwati dawn il-persuni ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kottonera — Proġett

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet li qed isiru/iridu jsiru marbuta mal-proġett tal-Kottonera huma responsabbilta' tal-Ministeru tiegħu? X'inhu t-time-frame meta kull biċċa xogħol trid tibda u/jew titlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' residenti fil-home ta' l-anzjani ta' Bormla? Jista' jaqsamhom skond is-sess u l-lokalita' mnejn ġejjin? Jista' jgħid ukoll kemm hi l-waiting list għad-dħul f'din il-home?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' residenti fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla huwa ta' 129- 34 irġiel u 95 nisa. Il-lokalita' mnejn huma ġejjien huwa kif ġej : Lokalita' Nru ta' Residenti B'Buġia 1 Birgu 14 B'Kara 3 Bormla 51 Fgura 2 Floriana 1 Għaxaq 1 Gudja 3 Ħamrun 5 Isla 4 Kalkara 11 Luqa 2 M'Scala 1 Msida 1 Paola 6 Qormi 1 Safi 1 San Ġwann 1 Sannat 1 Sliema 1 Sta. Luċija 1 Tarxien 3 Valletta 3 Żabbar 10 Żejtun 1 Total 129

Fgura — Triq tax-Xemx u l-Qamar

Question

Peress li fl-aħħar jidher li beda x-xogħol fi Triq tax-Xemx u l-Qamar, Fgura, jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħajt li hemm fit-tarf tat-triq lejn Carmel Street hux se jitwaqqa' sabiex it-triq titwessa'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment qiegħed fil-proċess li jibni l-ħajt fuq in-naħa ta' ġewwa ta' din l-għalqa qabel ma jinħat il-ħajt ta' barra, minħabba raġunijiet ta' sigurta' għal affarijiet tal-bidwi. Kif jitlesta dan ix-xogħol, il-ħajt ta' barra ser jitwaqqa' u b'hekk din it-triq titwessa'.

Skejjel — Bormla - Skola Primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla u jekk hux se jsir l-underground car park? Issa li ilu programmat għal ħafna snin, jista' jgħid meta se jsir ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-FTS ma għandha l-ebda pjanijiet biex issir Underground car park fil-ground imsemmi. Jidher li l-applikazzjoni li ġiet ippreżentata lill-MEPA għal din il car park saret mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet.

Moll ta' l-Isla — Xogħlijiet

Question

Issa li l-moll ta' l-Isla ilu aktar minn sena li tkisser, jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuqu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Nru. 9599 li ngħatat mill-Ministru għall-l-Iżvillup Urban u t-Toroq f'seduta 216.