Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissjoni Elettorali — Dritt tal-vot

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet meta persuna titlef id-dritt tal-vot?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kottonera — Traffic impact assessment

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-traffic impact assessment għall-Kottonera sarx? Jekk iva, jista' ipoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra? Jista' jgħid jekk kienx hemm progress dwar l-underground car park propost għal Pjazza Santa Margerita, Bormla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Traffic Impact Assessment għall-Kottonera sar xi snin ilu. Dan id-dokument qiegħed għand il-MEPA u kull min għandu interess jista' jara dan id-dokument skond il-proċeduri normali tal-MEPA. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-underground carpark propost għal Pjazza Santa Margerita, Bormla, il-Gvern diġa’ ssottometta l-applikazzjoni lill-MEPA għall-bini ta’ dan il-carpark, u diġa’ għandu Outline Development Permit. Qegħdin isiru diskussjonijiet mal-konsorzja involuti fil-proġett tal-Kottonera biex dan il-carpark ikun jista’ jsir bi sħab mall-Gvern.

Kottonera — Proġetti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10302, jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar xi proġetti se jsiru mill-ministeru tiegħu matul din is-sena fil-Kottonera?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li hemm diversi proġetti ppjanati u li diġa' qed isiru fil-Kottonera matul l-2005. Fost dawn hemm xogħlijiet ta restawr u ta' tisbiħ bħal:- jitkompla x-xogħol ta' restawr fl-Armerija, il-Birgu; tisbiħ ta' l- area ħdejn l-Iskola Primarja ta' Bormla; tkomplija tar-restawr tal-Batterija fil-foss tal-Birgu; tkomplija tar-restawr tas-sur ta' San Ġwann, il-Birgu; xogħol ta' tisbiħ fil-Bieb ta' Santa Liena.

Djar — Postijiet rekwiżizzjonati

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn proprjeta' li għad għandhom requisition order? X'inhi l-proċedura sabiex post jiġi de-requisitioned?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata li d-Dipartiment għandu 9010 proprjeta' li għadha rekwiżizzjonata. Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qiegħed jagħmel eżercizzju, lokalita b'lokalita, biex dawk l-Ordnijiet ta' Rekwiżizzjoni li m'għadx hemm lok li jibqgħu fis-seħħ, dawn jiġu mneħħiha.

Awtorita' tad-djar — Każ dwar ħlas ta' kera

Question

Tista' il-Ministru tara li jsir xi ħaġa fir-rigward tal-kera li qed tintalab tħallas il-familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li l-kap tal-familja tagħha ma jaħdimx minħabba kondizzjoni fiżika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.
Leg 10 PQ #10634 Sitting 238 2005-02-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Vjaġġi

Question

Tista' il-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm kien in-numru totali ta' vjaġġi li saru minn kull vapur tal-Gozo Channel bejn Malta u Għawdex fis-sena 2004? Kemm inġarru vetturi u passiġġieri fl-istess sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ipoġġi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Awtorita' tad-Djar — Manutenzjoni ta' djar f'Bormla

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk sarx xi progress sabiex jiġu rranġati żewġ postijiet li sofrew ħsarat kbar f'Marzu 2003, li jinsabu f"Misraħ Bonnici, Bormla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ħsarat li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant huma tant kbar li mhux vijabbli li jsiru tiswijiet. Għal din ir-raġuni qed tiġi kkunsidrata l-possibilita' li s-sit jiġi żviluppat mill-ġdid.

Birgu — Triq il-Kottonera - ilma tax-xita

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju sabiex ma jibqax iżomm dak l-ammont kbir ta' ilma tax-xita fi Triq Kottonera, Birgu quddiem il-kulleġġ De La Salle?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li din hi kwistjoni li taqa' taħt ir-responsabilta' tal-Kunsill Lokali.

Medigrain — Pagi tal-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm ħaddiema tal-Medigrain li l-paga tagħhom għadha toħroġ mill-istess kumpannija? Min huma dawn il-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li hemm tlett ħaddiema li l-paga tagħhom għadha toħroġ mill-istess kumpanija. Inħoss li mhix etika li ngħati l-ismijiet tagħhom.

Djar ta' l-anzjani — TV

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx struzzjonijiet fil-homes ta' l-anzjani dwar fuq liema stazzjon tat-TV jaraw ir-residenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Djar ta' l-Anzjani m'hemm l-ebda struzzjonijiet dwar fuq liema stazzjon tat-TV jaraw ir-residenti.
Leg 10 PQ #10629 Sitting 237 2005-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' l-ambaxxaturi Maltin li għandna jservu? Jista' jagħti indikazzjoni ta' x'kienet l-ispiża s-sena l-oħra għal kull ambaxxata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi. Waħda turi min huma u għal fejn huma akkreditati l-Ambaxxaturi Maltin. It-tieni lista ta' x'kienet l-ispiża matul is-sena l-oħra għal kull Ambaxxata.

Sigurta' Soċjali — Arretrati

Question

Tista' il-Ministru tispjega lil persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - għaliex qed tintalab tħallas arretrati li qed jinqatgħu mill-pensjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

WSC — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru ħlasijiet dovuti għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ammont ta' ħlassijiet għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2004 huwa hekk kif spjegat hawn taħt: Lm Novembru '04 8,545,549 Diċembru '04 5,899,952 _________ Total 14,445,501

Palazz Presidenzjali — Suldati/Pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li ssir xi ħaġa biex kemm is-suldati kif ukoll il-pulizija li jkunu għassa mal-Palazz il-Belt ikollhom xi kenn kontra l-kesħa u l-maltemp?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, il-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija huma provduti b'ġakketta water proof kif ukoll ingwanti. Għal dak li jirrigwardja s-suldati nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Persuna ta' nazzjonalita' Kroata

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna ta' nazzjonalita' Kroata għandhiex dritt li tgħix Malta jew jekk tridx tapplika għal visa kull ċertu żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi persuni ta' nazzjonalita' Kroata m'għandhomx bżonn japplikaw għal visa sabiex jidħlu Malta, sakemm ma jkunux ser idumu aktar minn 90 ġurnata u jissodisfaw il-kriterji ta' viżitaturi bona fede. Wara dan il-perijodu tkun meħtieġa li tintalab 'extension of stay'.

Kordin Grain Terminal — Karozzi tal-Kumpannija

Question

Jista' il-Ministru jgħid min għandu dritt jagħmel użu mill-karozzi tal-kumpannija Kordin Grain Terminal? Jista' jgħid jekk dawn jintużawx fil-weekends u fil-festi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li c-Chairman, Chief Executive u l-Operations Manager jagħmlu użu mill-karozzi tal-Kumpanija Kordin Grain Terminal.

Kordin Grain Terminal — Hamper tal-Milied

Question

Peress li kienet konswetudni li l-ħaddiema tal-Kordin Grain Terminal jingħataw hamper fil-Milied, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm ħaddiema li din is-sena nżammet magħhom din id-drawwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ebda hamper, parties jew xi attivitajiet oħra ma saru mill-Kordin Grain Terminal fil-Milied.