Legislature:
Category:
Reset
Active:

ADT — Diretturi u managers

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma dawk id-diretturi u managers ta' l-awtorita' dwar it-trasport (bil-kariga) li għandhom is-servizz tal-mobile phone u/jew tat-telefon tad-dar imħallas mill-awtorita' dwar it-trasport? Jista' jgħid ukoll x'kien l-ammont imħallas: a) matul is-sena li għaddiet; u b) fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena fir-rigward ta' kull persuna f'kontijiet ta': a) mobile phone; u b) telefon tad-dar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

No response available.

ADT — Deputy Chief Executive

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba siefer id-Deputy Chief Executive ta' l-awtorita' dwar it-trasport matul is-sena 2004 u fit-tliet xhur ta' din is-sena, fejn mar, x'kien l-iskop ta' kull żjara, kemm damet kull żjara u x'kienet in-nefqa għal kull żjara, f'titjira ta' l-arju, akkomodazzjoni u allowances?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

AFM — Midalja tas-servizz

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk din is-sena hux se tingħata l-midalja tas-servizz lil dawk is-suldati li jkollhom 18-il sena servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 11559.

Kumpanniji privati — Pensjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm waqgħu lura l-aġġustamenti fil-pensjoni ta' l-ex-ħaddiema ta' kumpanniji privati, u dan fejn kien hemm xi ftehim kollettiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iffinalizzar ta' collective agreements ġodda li jistgħu jkopru perijodi b'lura u li jkunu jirrikjedu reviżjoni fil-pensjoni ta' l-ex ħaddiema ta' l-ażjenda konċernata, kif ukoll ix-xogħol fuq tali reviżjonijiet mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, hu proċess kontinwu. Ghalħekk ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Nru. 11482 f'Seduta Nru 251.

Kalkara/Birgu

Question

Jista' il-Ministru jara li jingħata wiċċ xieraq lit-triq li mill-Kalkara tagħti għat-Toqba tal-Birgu, ħdejn il-club tar-regatta tal-Birgu? X'inhi l-possibbilta' li jsir slip sabiex minnu jitniżżlu d-dgħajjes tat-tiġrija tal-Birgu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Baċir Nru 1

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11420, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 11168, jista' il-Ministru jagħti d-dati ta' meta saru dawn il-public consultation meetings, kemm għall-pubbliku kif ukoll għal-kunsilli lokali? Jista' jgħid fuq liema mezzi tax-xandir ingħata t-tagħrif ta' meta se ssir il-laqgħa għall-pubbliku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Minsitru kkonċernat.

Tal-Qroqq — Pixxina

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu l-manager il-ġdid tal-kumpless tal-pixxina f'Tal-Qroqq? Minfejn hi din il-persuna? Jista' il-Ministru jgħid xi proċedura ġiet segwita fl-għażla u l-ħatra ta' din il-persuna? X'esperjenza għandha din il-persuna f'management u fit-tmexxija ta' pixxina?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Sur George A. Whelpdale huwa l-manager tal-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq. Huwa ġie maħtur Facility Manager f'Novembru 2004. Is-Sur Whelpdale kien ġie magħżul minn Bord ta' l-Għażla minn fost lista t'applikanti mibgħuta mill-Employment Training Corporation skond job descripition maħruġa mill-istess KMS. Informat li l-Bord tal-Għażla kien sodisfatt bil-kwalifiki u esperjenza tas-Sur Whelpdale fir-rigward ta' management. Ma kien hemm l-ebda applikant li kellu kwalifiki direttament fuq it-tmexxija ta' Pixxina.

Ta' Qali Crafts Village

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11299, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jgħid kemm huma l-kirjiet ta' proprjeta' li hemm f'Ta' Qali crafts village?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali.

Ta' Qali crafts village

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11300, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe'jgħid kemm hemm negozji reġistrati f'Ta' Qali Crafts Village? Jista' jaqsamhom skond is-settur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Ta' Qali crafts village

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11298, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjani tiegħu għal Ta' Qali Crafts Village? Jista' ipoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-kirja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Servizz Pubbliku — Impjegati ġodda

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mas-servizz pubbliku matul is-snin 2003 u 2004, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003 ġew impjegati 609 persuni fi gradi permanenti fis-Servizz Pubbliku filwaqt li spiċċaw 909. Fis-sena 2004, ġew impjegati 642 filwaqt li spiċċaw 1065.

Ex-impjegati tal-public lotto

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-ħaddiema li daħlu mal-gvern qabel is-sena 1979 u kienu impjegati mal-public lotto, u allura fis-sena 1984 bdew jitqiesu bħala self-employed, humiex intitolati għas-somma meta jispiċċaw mix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku qatt ma kellu mpjegati li daħlu mal-gvern qabel l-1979 u li bdew jitqiesu bħala self-employed fl-1984.

Azjendi/kumpanniji — Collective agreements

Question

Peress li saru ħafna mistoqsijiet parlamentari dwar iż-żidiet taż-żewġ terzi tal-collective agreements lill-pensjonanti ta' azjendi u kumpanniji differenti, u l-Ministru qalet li dawn ser jingħataw, tista' il-Ministru tgħid dan id-dewmien għalxiex hu dovut u meta se jingħataw? Tista' tgħid ukoll jekk hux il-pensjonanti ex-ħaddiema taċ-ċivil hux kollha ħadu dawn iż-żidiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif kelli l-opportunita' li ngħid fi Tweġibiet li tajt għal Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti dwar l-istess suġġett ta' din il-Mistoqsija, ix-xogħol estensiv u laborjuż biex isiru r-reviżjonijiet indikati għadu għaddej. Inżid ngħid li ninsab infurmata li, sa l-aħħar ta' Ġunju 2005, mistennija li jsiru l-ħlasijiet fejn ġie finalizzat il-proċess tax-xogħol preparatorju msemmi.

Tarzna — Pensjonanti

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex għadhom jistennew iż-żidiet dovuti lilhom il-pensjonanti tat-tarzna u dan meta għadhom rikonoxxuti uffiċjalment bħala li għadhom marbutin bil-ftehim kollettiv rilevanti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11482 f'din l-istess Seduta.

Pensjoni tad-Disabilita' — Servizzi Ingliżi

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex pensjoni tad-diżabilita' tas-servizzi Ingliżi, li ma tiġix intaxxata fl-Ingilterra u dan kien jiġi segwit ukoll f'Malta mid-dipartiment konċernat, issa din il-pensjoni qed tiġi ntaxxata mid-dipartiment tas-servizzi soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili aktar dettalji dwar il-każ speċifiku, anki b'mod kunfidenzjali, biex nitlob lid-Dipartiment konċernat jinvestiga.

Karta Anzjan

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra l-possibbilta' li l-karta anzjan issir fuq il-mudell tal-karta ta' l-identita' u forsi tkun tinkludi wkoll il-grupp tad-demm u informazzjoni oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-possibilita' li l-kartanzjan issir fuq il-mudel tal-Karta ta' l-identita' qed tiġi kkunsidrata. Rigward l-informazzjoni tal-grupp tad-demm li jkun inkluż, dan ma jistax isir skond l-Att ta' l-1975 li jgħid li l-grupp tad-demm mhux wieħed mill-partikularitajiet li għandu jidher fuq il-karta ta' l-Identita'.

Ħin tas-sajf — Enerġija elettrika

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 8628, jista' il-Ministru jgħid għaliex aħna ma nistgħux nagħtu din l-informazzjoni meta pajjiżi oħra ħafna akbar minna għandhom din l-informazzjoni aċċessibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.