Tista' il-Ministru tara għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed ikollha tnaqqis mill-benefiċċji li tirċievi u dan wara li qed tkun ikkalkulata l-pensjoni ta' diżabilita' mill-Ingilterra li hi meqjusa bħala non-taxable?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11721 u jara li ssir xi ħaġa sabiex tissewwa t-timbata li hemm ħdejn il-lights qabel il-mina ta' Għajn Dwieli?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed jiġu evalwati tenders għal xogħlijiet ta' manutenzjoni tat-toroq arterjali u distributorji. It-tumbata msemmija hija parti mix-xogħlijiet li meħtieġa jsiru.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11420, jista' il-Ministru jagħti d-dati ta' meta saru dawn il-public consultation meetings kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-kunsilli lokali? Jista' jgħid fuq liema mezzi tax-xandir ingħata t-tagħrif ta' meta se ssir il-laqgħa għall-pubbliku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Kien hemm diversi laqgħat ta' konsultazzjoni fl-iżvilupp u il-launch tal-Brief. Il-Ministeru organizza laqgħat mal-Kunsilli Lokali fid-dati li
ġejjien:
10 ta' Awissu 2004
19 ta' Awissu 2004
25 ta' Awissu 2004
Saret laqgħa kongunta tal-Kunsilli Lokali tal-Kottonera fit-28 ta' Settembru, 2004.
Il-MEPA flimkien mal-Ministeru ta' l-Iżvilupp Urban u Toroq niehda Consultazzjoni Pubblika mis-6 ta' Diċembru li għalqet fil-10 ta' Diċembru 2004.
Ġie organizzat Public Consultation Meeting fil-15 ta' Diċembru, 2004 fejn ġew mistiedna il-partijiet kollha interessati u il-pubbliku in ġenerali.
Il-Ministeru organizza laqgħa oħra għall-Kunsilli Lokali tal-Kottonera speċifikament fil-5 ta' Jannar, 2005.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'fondi rċieva kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex fis-sena 2002, 2003 u 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-allokazzjoni finanzjarja lill-Kunsilli Lokali għas-snin finanzjarja 2002-2003, 2003-2004 u 2004-2005 hija kif inhu indikat fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Iċ-ċifri mogħtija għas-snin finanzjarji 2003-2004 u 2004-2005 huma l-ammonti netti wara t-tnaqqis b'konnessjoni mar-reviżjoni ta' l-Estimi Finanzjarji mill-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni llum ta' Malta gantry man. u l-Libyan Arab Maltese holding?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Gantry Manufacturing Ltd. waqfet l-operazzjonijiet tagħha fil-bidu tas-sena 2000.
B'referenza għal Libyan Arab Maltese Holding Company Ltd., ninforma lill-Onor. Interpellant li din ma nbiddlitx sostanzjalment mill-iskop li għalih twaqqfet fis-sebgħinijiet - kumpanija kummerċjali t'investiment.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il yacht daħal għat-tiswija fit-tined li hemm fit-tarzna tul is-sena 2004? Jista' jgħid jekk hux minnu li kien daħal ukoll vapur għat-tiswija f'dan il-baċir riżervat għal yachts?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fl-2004 in-numru ta' Yachts li daħlu għat-tiswija fil-baċir kienu 17, filwaqt li kien hemm 13 il-yacht li kienu fil-faċilitajiet tat-tarzna li ma daħlux fil-baċir.
Nikkonferma li kien hemm vapur wieħed (GHM Tug) li għamel użu tal-baċir riżervat għall-yachts.
Tista' il-Ministru tagħti spjegazzjoni lill-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - dwar x'inhi r-raġuni għaliex qed tintalab ħlas lura mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma direttament u bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11720 u jara li jingħata wiċċ xieraq lit-triq li mill-Kalkara tagħti għat-Toqba tal-Birgu, ħdejn il-club tar-regatta tal-Birgu? X'inhi l-possibbilta' li jsir slipsabiex minnu jitniżżlu d-dgħajjes tat-tiġrija tal-Birgu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11423.
Jista' il-Ministru jgħid liema hi l-kumpannija li ngħatat il-kuntratt mill-awtorita' dwar it-trasport biex tagħmel it-testijiet tat-teorija biex persuna takkwista liċenzja tas-sewqan? Meta ngħata dan il-kuntratt? Kienu ħarġu sejħiet għal offerti, u f'każ li ħarġu, min kienu dawk li offrew u x'kienu l-offerti li rċeviet l-awtorita' dwar it-trasport? X'ġiegħel lill-awtorita' dwar it-trasport tagħti t-testijiet tat-teorija f'idejn terzi? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt? Jista' jgħid x'inhu l-ammont li qed tieħu l-kumpannija konċernata minn kull test u x'inhu l-ammont li qed tieħu l-awtorita' dwar it-trasport? Kemm saru testijiet tat-teorija minn din il-kumpannija sal-lum? Jikkonferma l-Ministru li l-awtorita' dwar it-trasport tipprovdi uffiċjali tas-sigurta' lil din il-kumpannija waqt li jkunu qed isiru dawn it-testijiet? Kemm ilha l-awtorita' dwar it-trasport tipprovdi din is-sigurta' u x'kienet l-ispiża sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-kumpannija li ngħatat il-kuntratt biex tagħmel it-testijiet tat-teorija biex persuna takkwista l-liċenzja tas-sewqan hija Mall Systems Limited. Dan il-kuntratt ingħata fl-20 ta’ Novembru 2003.
Kienu ħarġu sejħiet għal offerti b’
tender
. Id-dettalji tal-offerti mitfugħa jidhru hawn taħt.
Company
Charge per test
Charge per re- test
Maintenance Cost
Cost for Data Update estimated
Software Upgrade
Limited Data Input
Mall Systems
Malta
Lm8
Lm5
Free
Lm360
Free
Lm4100
Thomson
Prometric
UK
Lm9.50
Lm9.50
Free
Lm500
N/A
Lm5700
It-testijiet tat-teorija kienu għadhom kemm ġew introdotti f’Malta. Peress li f’pajjiżi oħra dawn it-testijiet normalment isiru minn impriżi privati u mhux minn agenzija regolatorja bħal ma hi l-Awtorità dwar it-Trasport, kien deċiż li din il-funzjoni operattiva ssir minn impriża privata permezz ta’
tender.
Minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità kummerċjali li jirrigwardaw entità privata, ma nħossx li kopja ta’ dan il-kuntratt għandha titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Il-kumpannija konċernata tirċievi Lm13 (VAT inkluża) għall-ewwel test u Lm9.50 (VAT inkluża) għal kull re-sit. Din il-kumpannija tħallas il-VAT applikabbli lid-Dipartiment tal-VAT. L-ADT tieħu id-differenza bejn din is-somma (wara li jitnaqqas il-VAT) u s-somma l-ammont kif jidher fit-
tender
u spjegat fit-tabella hawn fuq.
Bejn l-ewwel ta’ Jannar 2004 sa l-aħħar ta’ Marzu 2005 saru 8,220 test. L-ADT għandha impjegati magħha numru ta’
Information Security Officers
li jaqdu r-rwol ta’
liaison
mal-klijenti tagħha. Peress li n-nies li jattendu għal dawn it-testijiet huma klijenti tagħha, l-ADT qegħda tipprovdi dan is-servizz waqt li jkunu qed isiru it-testijiet. Dan is-servizz ilu jiġi pprovdut minn Jannar 2004. L-ispejjes involuti kienu dawk tas-salarju ta’ dan l-uffiċjal li laħqu bejn wieħed u ieħor Lm7,859 għall-perjodu bejn Jannar 2004 u l-aħħar ta’ Marzu 2005.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jinbena l-SME park għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema ministeru/awtorita' se jieħu ħsieb dan il-proġett?
Meta hemm il-ħsieb li jinbdew ix-xogħlijiet?
Meta hu l-ħsieb li jintemm il-proġett?
Fejn se tkun il-lokalita'?
X'se jkunu l-kundizzjonijiet għal dawk is-self-employed li jakkwistaw art/garaxx f'dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw intrapriżi għall-iskemi tal-ERDF maħruġa mill-Malta Enterprise fl-aħħar sejħa li saret?
Kemm ibbenefikaw intrapriżi mill-aħħar sejħa?
Kemm kien l-ammont ta' fondi allokati għal dan il-għan?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li matul l-aħħar sejħa għal applikazzjonijiet minn intrapriżi għaż-żewġ skemi tal-ERDF li għalqet fl-14 ta' Jannar 2005 applikaw total ta' 200 intrapriża, ibbenifikaw 85 intrapriża li bejniethom ġew approvati l-ammont ta' Lm313,393 kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Intrapriżi Għawdxin — Skema tat-trasport bejn iż-żewġ gżejjer
Question
Jista' il-Ministru jindika jekk hemmx xi taħditiet bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema tat-trasport bejn Malta u Għawdex għall-intrapriżi Għawdxin fil-manifattura? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti tagħrif fiex jikkonsistu dawn it-taħditiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li għaddejja korrispondenza bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea sabiex jinformaw lil xulxin rigward il-pożizzjoni ta' din l-għajnuna sabiex jiġi żgurat li din l-għajnuna tibqa' tingħata fuq il-linji tar-regolamenti tal-għajnuna mill-istat (State Aid regulations).
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li x-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni f'Ta' Dbiegi Crafts Village, jitkomplew? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hu ppjanat li dawn ix-xogħlijiet jibdew u meta hu l-ħsieb li jintemmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħolijiet ta' riġenerazzjoni f'Ta Dbiegi huma fil-proċess li jitkomplew permezz tal-fondi ta' l-ERDF. Ix-xogħolijiet huma ppjanati li jibdew f'Awwissu ta' din is-sena u jintemmu f'April tas-sena li ġejja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna mpjegata mal-Malta Enterprise irriżenjat mill-impjieg tagħha sa mit-twaqqif ta' l-istess ME? Jista' jgħid min huma u x'kariga kellhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li n-numru ta' persuni li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom sa mit-twaqqif tal-ME kienu ta' 4.
Il-karigi li kellhom huma:
Chief Officer - Corporate Services
Chief Officer - Business Development
Head - Project Evaluation
Executive - Back Office BPA Administration
Jista' il-Ministru jara li jingħata wiċċ xieraq lit-triq li mill-Kalkara tagħti għall-club tar-regatta Birgu peress li tinstab fi stat diżastruż u dan hu post frekwentat ħafna fis-sajf?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-Direttorat ħejja pjanti u issottometta applikazzjoni lill-Mepa sabiex tiġi mwessa' u irranġata din il-promenade.
Hu ppjanat li sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol tiġi ppublikata aktar tard din is-sena biex ix-xogħlijiet jiġu kompluti sa l-aħħar ta’ l-2006.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga u x'tip kienet minn Jannar 2005 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont u t-tip ta’ droga li nqabdet mill-Pulizija bejn l-1 ta’ Jannar u l-11 ta’ April ta’ l-2005 huwa kif muri hawn taħt:
Tip
Jannar
Frar
Marzu
April
Cocaine
0.3g
45.5g
6.3g
2g
Heroin
234.6g
73.415g
2kg367.45g
-
Cannabis grass
1kg861.3g
-
-
-
Cannabis resin
16.4g
197.81g
3kg264.8g
260.5g
Ecstacy
5.5 tablets
5 tablets
10345.5 tablets
2553 tablets
DHC
11 tablets
15 tablets
-
-
Valium
-
-
2 tablets
-
Halcion
-
-
4 tablets
-
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellna każi ta' usura li tressqu l-qorti u x'sentenzi ngħataw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Qrati tal-Maġistrati (Malta) ġew ippreżentati tmintax-il każ ta' użura filwaqt li fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali jew Istrutturija, ma kien hemm ebda każ. Minn dawn ingħataw tlett sentenzi, l-oħrajn għadhom pendenti.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10648, jista' il-Ministru jgħid:
a) meta sar il-kuntratt bejn GT2 u l-ADT;
b) kemm-il konsulent ikopri dan il-kuntratt;
c) x'servizz qed jingħata minn kull konsulent;
d) x'inhu l-ammont li l-ADT qed tħallas għal dawn il-konsulenti;
e) x'qed jirċievu direttament mill-ADT dawn il-konsulenti, kull wieħed separatament, f'benefiċċji jew perks;
f) x'kien l-ammont imħallas s'issa għal użu tal-mobile phone mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minn meta laħaq f'Awissu 2004 sal-lum?
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha vetturi mikrija l-awtorita' dwar it-trasport illum u kemm kellha vetturi mikrija f'Jannar tas-sena 2002? Mingħand min huma mikrija dawn il-vetturi u b'liema prezz kuljum? Jista' jgħid jekk dawn il-vetturi ġewx mikrija permezz ta' kwotazzjonijiet jew sejħiet għal offerti u f'każ li kienet segwita din il-proċedura, meta nħarġu s-sejħiet għal offerti, kemm kien hemm li applikaw u x'kienu l-offerti mitfugħa?