Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-prior information document relatat ma' l-iżvilupp, l-operazzjoni u t-tmexxija tal-Baċir Nru. 1?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-dokument mitlub mill-Onorevoli Interpellant qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12163 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' peress li issa għalaq il-perijodu tat-tendering għax-xogħol fuq il-moll ta' l-Isla, jista' il-Ministru jgħid meta se jibda dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, la darba fil-11 ta’ Mejju, 2005 ħarġet il-‘Letter of Acceptance’, il-kuntrattur għandu (7) sebat ijiem biex jippreżenta garanzija bankarja lid-Dipartiment tal-Kuntratti. Hekk kif din tiġi ppreżentata, tinħareġ l-‘Order to Start Works’ minn dan il-Ministeru. Il-kuntrattur għandu, imbagħad (8) tmien ġimgħat biex jagħmel ix-xogħlijiet neċessarji.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjani sabiex l-area magħrufa bħala x-Xagħra Bormla u cioe' dak il-masġar kbir quddiem St. Nicholas Married Quarters, Bormla, tkun tista' titgawda aktar mill-familji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija diġa qiegħed iħejji disinji biex l-area magħrufa bħala x-Xagħra, Bormla tkun tista' titgawda aktar mill-familji ta' l-inħawi.
Jista' il-Ministru jara li jinqata' l-ammont esaġerat ta' ħaxix ħażin li kiber fid-dawra ta' barra s-swar fi Triq San Nikola, Bormla sa Verdala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-qlugħ ta' ħaxix ħażin li kiber fid-dawra ta' barra s-swar fi Triq San Nikola, Bormla sa Verdala jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali ta' Bormla.
Peress li ftit taż-żmien ilu l-management ta' l-Enemalta ddeċieda li jagħti appointment għal tmien senior operators (Turbine), jista' il-Ministru jgħid għaliex issa ttieħdet id-deċiżjoni li flok tmienja jsiru 17?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li d-deċiżjoni li jsiru 17-il senior operator ittieħdet biex tiġi msaħħa l-kontinwita' fit-tħaddim taż-żewġ power stations.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11313 mogħtija fl-4 ta' Marzu, 2005 (Seduta 247 - 09/03/05) dwar għotjiet li ngħataw mill-ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu lill-għaqdiet non-governattivi, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-għaqda Mid-Dlam għad-Dawl, li din is-sena tagħlaq għaxar snin mit-twaqqif tagħha, qatt ma ngħatat ebda għotja mill-ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu minkejja l-fatt li l-istess għaqda kemm-il darba għamlet talba f'dan ir-rigward; tippubblika r-rendikont finanzjarju tagħha kull sena; tagħti servizz kontinwu lill-priġunieri; l-ex-priġunieri; il-familji tal-priġunieri u issa wkoll lill-vittmi tal-kriminalita' u xxandar kull sena rendikont tal-ħidmiet kollha li tagħmel fil-ħabs ma' kull kategorija ta' priġunier?
Jista' jgħid ukoll għadx fadal żmien biżżejjed biex din l-għaqda tingħata għotja din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li, ovvjament mhux dejjem ikun possibbli għal dan il-Ministeru li jagħti għotjiet finanzjarji lil kull għaqda non-governattiva li taħdem f’xi qasam li jaqa’ taħtu.
Biss anke b’apprezzament għax-xogħol siewi li din l-għaqda tagħmel, dan il-Ministeru għen b’mod konkret fl-organizzazzjoni ta’ Working Seminar nazzjonali dwar il-Vittmi tal-Kriminalita f’Malta li sar fil-11 ta’ Novembru 2004. Tali għajnuna kienet tikkonsisti fi ħlas għall-passaġġ ta’ Dame Helen Reeves, Chairperson tal-European Forum for Victim Services biex tkun tista tindirizza lill-persuni u parteċipanti f’dan is-seminar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12156 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw b'devoluzzjoni proprjeta' lill-għaqdiet sportivi tul dawn l-aħħar ħames snin u liema huma?
Hemm talbiet pendenti sabiex issir devoluzzjoni ta' artijiet għal skop ta' proġett sportiv u liema huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4713.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' talbiet pendenti għal skopijiet ta' proġetti sportivi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, fuq bażi ta' jum partikolari, kemm jammontaw l-ulied dipendenti tal-ħabsin? Jista' jgħid kemm minn dawn id-dipendenti huma minorenni u kemm jinsabu fl-istituti tal-kura għat-tfal?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' bdil ta' servizzi ta' l-ilma fi Triq P.P. Caruana, Bormla u dan sabiex imbagħad tkun tista' issir it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-kuntrattur li ngħata x-xogħol fit-triq imsemmija mistenni jibdih malli jispiċċa xogħol simili li preżentament qed jagħmel f'Birżebbuġa, liema xogħol qed jieħu ftit aktar żmien milli previst.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar minnhom il-laneċ li kellha d-dwana ta' Malta? Illum kif qed isir dak ix-xogħol li qabel kien isir bil-laneċ? Jista' jgħid jekk hux minnu li kien hemm il-ħsieb li tingħata għotja ta' lanċa minn dwana barranija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu tul is-sena 2004 sal-lum? Minn fejn ġew impjegati, x'kien il-grad u kif saret is-sejħa għall-impjieg?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi ġew impjegati sebgħa u erbghin (47) persuna ġdida tul is-sena 2004 sal-lum. Sebgħa (7) minnhom huma impjegati mad-dipartiment filwaqt li l-erbgħin l-oħra ma’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport. Is-sejħa għall-impjieg ta’ persuni ġodda ma’ l-Awtorita’ saret skond il-proċess stabilit mill-Gvern stess jiġifieri mall-Mimcol u l-ETC. L-impjegati mad-Dipartiment ġew mis-Servizz Pubbliku.
Il-grad ta’ dawn il-persuni u minn fejn ġew impjegati huwa kif jidher hawn taħt :-
Numru ta’ Persuni
Grad Preċedenti
Kumpanija Preċedenti
11
Mill-ETC
N/A
1
Advertising Executive
Standard Publications
1
Senior Principal
Servizz Pubbliku
5
N/A
Minn barra s-Servizz Pubbliku - bl-eżami
3
Quantity Surveyor
- Sekondati
Dipartiment ta’ l-Agrikoltura
1
Driving Instructor
Self-Employed
3
N/A
Self-Employed
1
A&CE
Coastal Management Company
1
Executive Chairman
Medigrain
1
Language Instructor
Language Centre - Malta
1
Vehicle Evaluator
Works Division
1
Draughtsman – Sekondat
Works Division
3
Unemployed
N/A
1
Managing Director
Thompson Company Ltd
1
Quantity Surveyor
Scicluna & Associates
1
Driver/Messenger
Global Group of Companies
1
IT Manager
Zammit Group of Companies
2
Pustier
Maltapost
1
Land Surveyor - Sekondat
Coastal Management Company
1
IT/ Test Technician
Dedicated Micro Malta Ltd
1
Financial Controller
Resort Sales Ltd
1
Chief Security Officer
Corinthia Group
1
General Manager
Medwear Clothing Ltd
1
Case Office
MEPA
1
N/A
Sponsorship
1
Għalliem ta’ l-ingliz
Mill-ETC
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu tul is-sena 2004 sal-lum? Minn fejn ġew impjegati, x'kien il-grad u kif saret is-sejħa għall-impjieg?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li matul is-sena 2004 sa llum ġew impjegati 29 ħaddiema ġodda, li d-dettalji tagħhom huwa kif ġej:-
Grad
Kif saret is-Sejħa għall-Impjieg
2 Konsulenti fuq bażi
part-time
3
Projects Officers
2
Principals
8 Skrivani ġodda
13-il Skrivan fuq bażi każwali
Ingaġġati
Wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet
Ingaġġati wara sejħa għall-applikazzjoni li dehret fuq il-Gażżetta tal-Gvern
Ingaġġati wara sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fuq il-Gazzetta tal-Gvern
Ingaġġati wara sejħa
għall-applikazzjonijiet li dehret fuq il-Gazzetta tal-Gvern.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtha tul is-sena 2004 sal-lum? Minn fejn ġew impjegati, x'kien il-grad u kif saret is-sejħa għall-impjieg?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu tul is-sena 2004 sal-lum? Minn fejn ġew impjegati, x'kien il-grad u kif saret is-sejħa għall-impjieg?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Fost dawn l-impiegi hemm uħud li qed jissostitwixxu impjegati li spiċċaw mis-servizz pubbliku.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir xi ħaġa sabiex proprjeta' mibnija fuq art bit-titlu ta' possession and use tkun tista' tinxtara mill-inkwilin?
Response (BORG, TONIO)
Il-bejgħ ta' postijiet li jinsabu fuq proprjeta' li ġiet akkwistata bit-titolu ta' possession and use jista' jsir billi t-titolu jinfeda skond l-Emenda tal-Kapitolu 88 tal-Ordinanza dwar Akkwist ta' Proprjeta' għall-Skopijiet Pubbliċi li ġiet fis-seħħ f'Marzu 2003.
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed fil-proċess li jifdi numru ta' proprjetajiet taħt possession and use.
Peress li ftit tas-snin ilu sar xogħol ta' restawr fuq il-mina ta' Sta. Liena Bormla u ngħatat dehra kif jixirqilha, jaħseb il-Viċi Prim Ministru li wasal iż-żmien li din tingħalaq u ma tibqax tiġi abbużata peress li saret qisha garaxx fejn jissewwew il-karozzi?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Membru jagħmel id-domanda parlamentari lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw b'devoluzzjoni proprjeta' lill-għaqdiet sportivi tul dawn l-aħħar ħames snin, u liema huma?
Hemm talbiet pendenti sabiex issir devoluzzjoni ta' artijiet għal skop ta' proġett sportiv u liema huma?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' intqal fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 9165 u 9227, il-konċessjonijiet li jingħataw minn naħa tal-Gvern lill-għaqdiet sportivi huma amministrati mill-Kunsill Malti Sports. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza t-talba tiegħu lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li jifformaw il-korp tal-pulizija, maqsuma skond il-grad?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,744 membru fil-Korp tal-Pulizija. Dawn huma mqassma kif ġej:
Kummissarju1
Deputat Kummissarju1
Assistent Kummissarju9
Supretendent21
Spettur91
Surġent Maġġur1
Surġent311
Kuntistabbli1,309
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru omiċidji tul dawn l-aħħar 20 sena u għadhom ma ġewx solvuti? Meta seħħ kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każi ta' omiċidji jew imwiet taħt ċirkostanzi suspettużi li seħħew mill-1985 l'hawn u li dwarhom il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ, huma kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.