Tista' il-Ministru tgħid kemm isiru kull ġimgħa laqgħat ta' appelli quddiem l-arbitru? Kemm hu l-perijodu ta' meta suppost tittieħed deċiżjoni minn meta jsir l-appell?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentament qed isiru żewġ laqgħat ta' appelli fil-ġimgħa u minn Lulju mistennija jibdew isiru tlett laqgħat fil-ġimgħa.
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jistipulax terminu ta' żmien li fih trid tittieħed deċiżjoni mill-Arbitru.
Pulizija — Protezzjoni ta' l-għasafar/fenek selvaġġ
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11062, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema reati ġew akkużati dawk li nsabu ħatja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-akkużi li dwarhom instabu ħatja il-192 persuna imsemmija fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 11062, jinkludu:
i. Mingħajr liċenzja
ii. Ġarr ta' arma kkargata jew barra l-għata f'post fejn mhux permess kaċċa
iii. Ċomb ta' daqsa aktar minn 3.2mm f'dijametru
iv. Aktar minn 3 skrataċċ
v. Staġun magħluq - ġarr ta' munizzjon - arma mhux fl-għata
vi. Kaċċa/insib ta' għasafar mhux imsemmija fl-Iskedi
vii. Kaċċa f'distanza projbita (abitat/toroq)
viii. Pussess ta' għasafar protetti mhux imsemmija fl-Iskedi
ix. Użu ta' metodi illegali
x. Kaċċa/insib f'ħinijiet projbiti
xi. Użu ta' gaġġeġ b'qies anqas minn dak permess
xii. Kaċċa/insib f'santwarji ta' l-għasafar
xiii. Kaċċa jew ġarr ta' arma ikkargata jew barra mill-għata fuq il-baħar f'distanza ta' anqas minn 3km
xiv. Kaċċa fuq il-baħar fuq opra mhux reġistrata
xv. Kaċċa fuq il-baħar - pussess ta' għasafar mhux fl-Iskeda III
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-ħaddiema humiex intitolati għal retirement leave? Jekk fl-affermattiv, ta' kemm hu dan u kif inhu regolat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li fis-Servizz Pubbliku, kull uffiċjal pubbliku, f’kwalunkwe grad, li jirtira bl-età huwa ntitolat għall-pre-retirement leave.
Ir-regoli dwar pre-retirement leave jinstabu fil-Public Service Management Code, f’sezzjoni 4.5.2.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12155 fejn il-Ministru qal li bħalissa m'hemm ebda ħsieb li jitkompla x-xogħol fi Pjazza Santa Margerita f'Bormla, jista' għallinqas jara li jinbidlu l-balavostri mkissrin li hemm u li huma ta' periklu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-balavostri qed jinħadmu minn ħaddiema tal-Gvern u kif ikunu lesti jitpoġġew f'posthom. In-numru ta' balavostri li jridu jinbidlu huwa ta' madwar 150.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12484, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta bdiet l-operazzjoni tagħha l-kumpannija ICT resource facilities Malta limited? Kemm kienet qed timpjega nies? Meta tterminat l-operazzjoni tagħha? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn l-ME u l-ICT dwar x'benefiċċji u inċentivi ngħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn karozzi li huma duty free? Jista' jgħid jekk l-ittri fil-plate "TF" ifissrux li karozza hija duty free?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jekk l-Onorevoli Interpellant bil kliem “duty free” jrid ifisser “bla dazju” mħallas lid-Dwana, hu għandu jirreferi din ir-rikjesta lill-Ministeru kkoncernat.
Ninforma lill Onor. Interpellant li n-numru ta’ vetturi li għandhom pjanċa “TF” maħruġa mill-ADT, jlaħħaq l-elfejn disa mija tlieta u ħamsin (2953).
L-ittri “TF” mhux bilfors jfissru li dik il-vettura ma ħallsitx dazju doganali (duty free) imma jistgħu jfissru wkoll li dik il-vettura hi, jew eżentata li tħallas taxxa tar-reġistrazzjoni jew li hi eżentata parzjalment li tħallas taxxa tar-reġistrazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid min hu intitolat għal karozza duty free? X'inhuma l-kriterji sabiex wieħed ikun jista' jibbenefika minn dan it-tnaqqis? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' applikazzjoni (jekk teżisti) sabiex wieħed ikun jista' japplika sabiex jibbenefika minn dan it-tnaqqis?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li persuni bi bżonnijiet speċjali kif ukoll returned migrants li jkunu jridu idaħħlu fil-pajjiż vettura li l-oriġini tagħha hi minn pajjiż li mhux fl-Unjoni Ewropea, huma intitolati għal duty free jiġifieri għal tnaqqis ta' dazju impost mid-Dwana.
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li l-Ministeru tal-Finanzi jista' jawtorizza eżenzjoni ta' ħlas ta' dazju tad-Dwana skond il-kriterji stabbiliti minnhom.
Qabel ma' ssir applikazzjoni ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport minn dawn il-kategoriji ta' nies, persuni bi bżonnijiet speċjali għandhom bżonn ta' eżenzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi. Returned migrants jridu jiġu klassifikati f'din il-kategorija millAwtoritajiet tad-Dwana. Dawn għanhom jipproduċu evidenza lill-ADT li kienu jgħixu barra minn Malta għall-għaxar snin.
L-ADT m'għandha l-ebda formola apposta għal dan il-għan. Kull applikant ikun diġa' beda l-proċess ma' entitajiet oħra governattivi għal din it-tip ta' eżenzjoni. Il-persuna kkonċernata għandha tagħmel applikazzjoni bil-kitba lill-Awtorita' fejn tippreżenta id-dokumentazzjoni kollha.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12488 u jgħid peress li f'risposti parlamentari l-Ministru jgħid li ċerti toroq jinbnew skond il-prioritajiet li joħoġu mill-programm imħejji mill-awtorita' tat-trasport għas-sena 2005/6, jista' jagħti lista ta' prioritajiet għat-toroq fil-Birgu, Bormla, Kalkara, Ħaż-Żabbar, -Fgura, Xgħajra u l-Isla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10638 rigward il-lista ta' prijoritajiet għat-toroq fil-Birgu, f'Bormla, fil-Kalkara, f'Ħaż-Żabbar, fil-Fgura, fix-Xagħjra u fl-Isla għas-sena 2005. Il-lista għas-sena 2006 għadha qed tinġabar u tiġi verifikata mill-Awtorita' dwar it-Trasport.
Jista' il-Ministru jgħid hux ser jsiru xi toroq fis-snin 2005 u 2006 u liema huma f'Bormla, Birgu, Kalkara, Fgura, Xgħajra, Żabbar u Senglea separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10638.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12321, fejn qal li Triq San Nikola, Bormla hija responsabbilta' tal-kunsill lokali, jikkonferma li din hija triq arterjali u allura responsabbilta' tal-gvern ċentrali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista’ l-Oonor. Interpellant jispeċifika aħjar għal liema parti qiegħed jirreferi.
Jista' il-Ministru jara li s-servizzi tad-dawl, ilma u drenaġġ lejn il-club ta' Cospicua rangers f'Bormla jkunu mħarsa sabiex ma jsofrux xi qtugħ jew tkissir? Jista' jara x'se jsir dwar il-katusi tad-drenaġġ mill-istess lok?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħolijiet msemmija mill-Onor. Interpellant qed isiru mill-Awtorita' tad-
Djar li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali.
Pero' ngħarraf lill-Onor. Membru li l-Korporazzjoni għas-servizz ta' l-ilma qegħdha attenta biex kemm jista' jkun is-servizzi tagħhom ma jkunux affettwati u fejn tiġri xi ħsara l-Awtorita' tad-Djar tkun infurmata biex tirranġa l-ħsara minnufih.
Ix-xogħol meħtieġ min-naħa ta' l-Enemalta, u cioe' id-devjazzjoni tal-"cables", tlesta.
Jista' il-Ministru jgħid meta bdiet l-operazzjoni tagħha l-kumpannija ICT resource facilities Malta limited? Kemm kienet qed timpjega nies? Meta tterminat l-operazzjoni tagħha? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn l-ME u l-ICT dwar x'benefiċċji u inċentivi ngħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li għall-parti l-kbira tad-domandi nitlob li l-Onor. Interpellant jagħmilhom lill-Ministru konċernat, ninfurmah li l-uniku relazzjoni li ICT Resources kellha mal-Malta Enterprise kienet li tal-ewwel talbet 'soft loan' li effettivament ma tħallsitx (għalkemm kienet approvata) peress illi l-investiment previst minn naħa tal-imprenditur ma sarx.
Peress li f'risposti parlamentari l-Ministru jgħid li ċerti toroq jinbnew skond il-prioritajiet li joħoġu mill-programm imħejji mill-awtorita' tat-trasport għas-sena 2005/6, jista' jagħti lista ta' prioritajiet għat-toroq fil-Birgu, f'Bormla, fil-Kalkara, f'Ħaż-Żabbar, fil-Fgura, fix-Xgħajra u fl-Isla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar minnhom il-laneċ li kellha d-dwana ta' Malta? Illum kif qed isir dak ix-xogħol li qabel kien isir bil-laneċ? Jista' jgħid jekk hux minnu li kien hemm il-ħsieb li tingħata għotja ta' lanċa minn dwana barranija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dwana ta’ Malta kellha żewġ laneċ –
· Il-lanċa 11th March li ġiet mogħtija bħala donazzjoni lill-Heritage Malta u
· Il-lanċa Italian Launch li se tinbiegħ bl-offerta.
Ix-xogħol li qabel kien isir bil-laneċ, illum qiegħed isir bil-karozza.
F’diversi okkażjonijiet, waqt laqgħat ma’ Dwaniet barranin, ġieli ssemmiet il-possibbilità ta’ għajnuna f’dan il-qasam.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema ġodda
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12164 u cioe'jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu tul is-sena 2004 sal-lum? Minn fejn ġew impjegati, x'kien il-grad u kif saret is-sejħa għall-impjieg?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11299 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u mistoqsija parlamentari 11714 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma l-kirjiet ta' proprjeta' li hemm f'Ta' Qali crafts village?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f'Ta` Qali Crafts Village kien hemm disgħa u disgħin (99) allokazzjoni b'kirja u waħda b'ċens. Id-99 kirja ma ġewx imġedda wara l-31 ta' Diċembru 2003. L-allokazzjoni mogħtija b'ċens għada għaddejja. Peress li dawn l-allokazzjonijiet kienu amministrati mill-Malta Development Corporation sal-31 ta' Diċembru 2003, mhux possibli minn naħa tad-Dipartiment tal-Artijiet li jgħid kemm kienet tinġabar kera. Iċ-ċens ta' disa' mija u tlettax-il Lira Maltija (Lm913) fuq l-unika allokazzjoni enfitewtiku għadu qiegħed jinġabar.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqssija parlamentari 11716 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjani tiegħu għal Ta' Qali Crafts Village? Jista' ipoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-kirja?
Response (GALEA, ĊENSU)
F'dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari nru.11716.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11715 u jgħid kemm hemm negozji reġistrati f'Ta' Qali Crafts Village? Jista' jaqsamhom skond is-settur?
Response (GALEA, ĊENSU)
F'dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari nru.11715.