Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lil Onor Membru li il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent għamel talba għal seba’ studenti universitarji biex jaħdmu fil-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu matul ix-xhur tas-sajf.
L-għażla ta’ l-istudenti hija f’idejn l-iStudents Maintenance Grants Board’, fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol.
Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha bżonn timpjega madwar tnax il-student għas-sajf. L-istudenti ser jintgħażlu skond proċeduri indikati mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni aktar kmieni din is-sena.
Min-naħa tagħha l-kumpannija WasteServ Malta Limited sejra tingaġġa student/a mill-International Association for the Study of Traditional Environments (IASTE) u student/a mill-Università ta’ Malta, li l-għażla ta’ dan/din ta’ l-aħħar hija f’idejn l-iStudents Maintenance Grants Board, fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol skond OPM Circular 13/2005 permezz ta’ intervisti. Kif ukoll il-kumpannija beħsiebha ddaħħal magħha żewġ (2) Apprentice Laboratory Technologists u Computer Hardware Technician Apprentice mill-Korporazzjoni ta’ l-Impiegi u t-Taħriġ (ETC) permezz ta’ intervisti skond MPO MEMO 9/2005 TAS.
Żvilupp Urban u t-Toroq — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq applika għal student mill-Universita’ ta’ Malta u għal student b’work placement mill-MCAST. Filwaqt li l-Awtorita’ dwar it-Trasport se timpjega dsatax-il student (19) mill-Universita’ ta’ Malta għas-sajf ta’ 2005 u ma applikatx għal work placements mill-MCAST.
Dawn ser jintgħażlu b’konformita’ ma’ l-OPM Circular No 13/2005 – University Students’ Summer Work Opportunities 2005 u OPM Circular No. 24/2005 – Student Work Placements with Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST).
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata wkoll li dawn ma jintagħżlux mid-Dipartiment jew entita' li jkunu se jaħdmu magħha.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li l-ground żgħir użat mit-tfal ta' l-iskola primarja ta' Bormla, jiġi rranġat għall-istat u d-daqs li kien peress li biċċa minnu tkissret u issa saret miżbla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li l-art tal-grawnd mhix propjeta' tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, il-grawnd mhux responsabbilta' diretta tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għalkemm id-Diviżjoni tixtieq li tagħmel użu regolari minnu biex it-tfal li jattendu ikunu jistgħu jirrikreaw ruħhom fiħ, jilgħabu u jagħmlu eżerċizzji fiżiċi minħabba li l-iskola nieqsa minn spazji miftuħa.
B'danakollu, id-Diviżjoni ġieli wettqet xogħolijiet biex il-grawnd ikun 'safe' għat-tfal. Id-Diviżjoni qed tagħmel kuntatti mal-Kunsill Lokali biex isiru arranġamenti biex il-grawnd jinżamm nadif u 'safe' regolarment. Il-Kunsill, daqs l-awtoritajiet ta' l-iskola jixtieq li l-grawnd jinżamm nadif u 'safe' għall-użu tat-tfal. Jeħtieġ li jkun hemm il-koperazzjoni ta' kulħadd biex ħadd ma jitfa' imbarazz fil-grawnd, li jinkludi affarijiet li jistgħu ikunu ta' periklu għat-tfal.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Bord għall-Manteniment ta' l-Istudenti, li jamministra din il-miżura, għadu ser jiltaqa' biex jeżamina l-applikazzjonijiet li daħlu minn min iħaddem, m'hiniex f'pożizzjoni nagħti t-tagħrif mitlub.
Affarijiet Barranin — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi talab li jiġu pprovduti 3 studenti Universitarji u 3 studenti ta' l-MCAST. Intalab ukoll jekk l-MCAST jistax jibgħat xi studenti ta' l-IT. L-għażla ta' l-istudenti tħallit f'idejn l-MCAST u l-Universita'.
Riżorsi u Infrastruttura — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm il-ħsieb li mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura se jidħlu 28 student u ser ikunu mqassma kif jidher hawn taħt:-
- 6 studenti ta’ l-MCAST ser ikunu jaħdmu mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet. Dawn se jkunu magħżula esklussivament mill-MCAST.
- 13-il student universitarju li ser ikunu jaħdmu mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fil-qasam ta’ l-arkitettura u l-inġinerija. Dawn se jkunu magħżula esklussivament mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni flimkien mal-ETC.
- 6 studenti barannin ta’ l-IAESTE - 5 minn dawn l-istudenti se jaħdmu mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, filwaqt li 1 ser ikunu jaħdem mal-VRP. Id-dipartiment ma jidħolx fil-proċess ta’ l-għażla, tant li l-ismijiet tagħhom jingħataw mill-IAESTE MALTA.
- 3 studenti Universitarji mill-oqsma ta’ l-I.T., Liġi u Matematika jew Physics ser ikunu jaħdmu mal-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi. Dawn intalbu skond il-bżonnijiet tax-xogħol ta’ l-Awtorita’ u se jkunu magħżula mill-Universita’.
Ministeru għal Għawdex — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex mhux se jimpjegaw studenti għas-sajf.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12484, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta bdiet l-operazzjoni tagħha l-kumpannija ICT resource facilities Malta limited? Kemm kienet qed timpjega nies? Meta tterminat l-operazzjoni tagħha? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn l-ME u l-ICT dwar x'benefiċċji u inċentivi ngħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond l-informazzjoni miġbura mingħand il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, il-kumpanija ICT Resources Facilities Ltd impjegat sittax-il (16) persuna fil-31 ta’ Jannar 2005 u sebgħa (7) persuni ġew itterminati fis-26 ta’ April 2005.
Issa li l-proġett ta' Triq San Ġwann, f'Bormla tiela' ġmielu, tista' il-Ministru: a) tgħid kemm se jkun hemm appartamenti (units) u garaxxijiet? b) tgħid kif se ssir l-allokazzjoni tagħhom? c) kif u meta se jkun riabilitat il-ġnien żgħir (area ta' żvog għan-nies ta' hemm fuq) li hemm quddiem il-Cospicua Rangers F.C.?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-proġett indikat mill-Onor. Interpellant jinkorpora 51 appartament u 27 garaxx. L-Appartamenti se jkunu allokati b'kera skond il-policies kurrenti filwaqt li l-garaxxijiet se joħorġu għall-bejgħ permezz ta' offerti pubbliċi.
Ninsab infurmata wkoll li qed jiġu preparati l-pjanti dwar il-ġnien żgħir li jinsab ħdejn din il-binja. Ix-xogħol fuq dan il-ġnien mistenni jibda wara li jkunu ħarġu l-permessi meħtieġa u wara li toħroġ talba għall-offerti għal dan ix-xogħol.
Peress li toroq li qatt ma saru bit-tarmac huma responsabbilta' tal-gvern u peress li t-triq fl-area tad-djar tal-H.O.S. Sur Santa Liena, Bormla hija waħda minnhom u peress li l-istess residenti ħallsu kull kontribuzzjoni mitluba, jista' il-Ministru jgħid meta se ssir din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed thejji programm ta’ toroq li jridu jinbnew mill-ġdid. It-triq imsemmija ssir skond il-prijoritajiet li joħorġu minn dan il-programm.
Jista' il-Ministru jara li t-triq li mill-Kalkara tagħti għat-toqba tal-Birgu tingħata kisja tarmac jew għallinqas il-ħofor kbar li hemm jimtlew b'xi materjal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed thejji proġett estensiv għal din it-triq ġewwa l-Kalkara. Ix-xogħlijiet jinkludu tisbiħ ta’ l-inħawi, bini tal-promenade u asfaltar. L-applikazzjoni 03896/04 kienet sottomessa lill-MEPA fil-5 ta’ Lulju, 2004 biex jinħarġu l-permessi meħtieġa.
Madankollu uffiċjali ta’ l-ADT ser jagħmlu spezzjonijiet biex jekk hemm xi ħofor perikolużi dawn jimtlew.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list ta' anzjani sabiex jidħlu fil-home ta' Bormla? Mnejn huma? Jista' jgħid kemm hi l-popolazzjoni tal-home ta' Bormla llumu mnejn ġejjin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-waiting list biex jidħlu fil-Home ta' Bormla hi ta' 123. Dawn huma minn dawn il-lokalitajiet:
Birgu
14
B'Kara
2
Bormla
32
Fgura
6
Isla
8
Kalkara
7
Luqa
1
M'Scala
4
Msida
1
Paola
20
Qormi
2
Siġġiewi
3
St.Julians
1
Sta.Luċija
2
St.Paul's Bay
1
Tarxien
5
Valletta
1
Żabbar
12
Żejtun
1
Il-popolazzjoni tal-Home ta' Bormla hija ta' 130. Dawn ir-residenti ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:
Gudja
3
Gżira
1
Għawdex
1
Bormla
53
Paola
6
Birgu
15
Żabbar
9
Valletta
3
B'Kara
3
Ħamrun
4
Isla
4
Kalkara
14
Tarxien
3
Luqa
1
San Ġwann
1
Florjana
1
Fgura
2
Msida
1
Safi
1
Sta.Luċija
1
B'Buġia
1
Għaxaq
1
Sliema
1
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ġustizzja u Intern — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u ta’ l-Artijiet
Public Registry
3 studenti mill-MCAST
l-għażla saret mill-MCAST
Land Registry
student 1 mill-Universita`
l-għażla saret mill-
Students’ Maintenance Grants Board
Taqsima Proprjeta` tal-Gvern
Uffiċċju Konġunt
3 studenti mill-MCAST skond il-programm ta’ l-
Unpaid Work Placement
l-għażla saret mill-MCAST
Dipartiment għall-Gvern Lokali
Gvern Lokali
Student 1 mill-MCAST
l-għażla saret mill-MCAST
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11061 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10636 fejn il-Ministru qal li Triq il-Kottonera, Birgu hi responsabbilta' tal-kunsill, jista' jara jekk responsabbilta' ta' triq arterjali hijiex tal-gvern ċentrali jew tal-kunsill?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Kottonera, Birgu hija triq distributorja.