Legislature:
Category:
Reset
Active:

Interprint

Question

Peress li tħabbar li l-kumpannija Interprint issa se tagħlaq, jista' il-Ministru jgħid: a) jekk sarux tentattivi sabiex flok tagħlaq tinbiegħ? b) jekk fl-affermattiv, b'liema mod sar dan it-tentattiv? Kien hemm min hu nteressat?

Response (GATT, AUSTIN)

Iva sar tentattiv biex l-Interprint tinbiegħ. Dan sar bi proċess sħiħ u kien inħareġ Request for Proposal li kien ġie ċirkulat lill madwar 30 kumpanija kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta. Sa meta għalaq iż-żmien li fih kellhom jintbgħatu l-proposti l-ebda proposta jew offerta ma ġiet sottomessa.

Ġustizzja u Intern — Diretturi u chairpersons

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Diretturi u chairpersons

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #13089 Sitting 286 2005-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Diretturi u chairpersons

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
Leg 10 PQ #13090 Sitting 286 2005-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Diretturi u chairpersons

Question

Tista' il-Ministru tgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma' hemm l-ebda diretturi u chairpersons ta' kumpaniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Diretturi u chairpersons

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Interprint — Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi ta' l-Interprint? Jista' jgħid x'inhuma l-benefiċċji li għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-Diretturi tal-Interprint huma: Alfred Mallia-Milanes (Chairman) LM5000 pa Berta Sullivan LM 900 pa Claudia Taylor East LM 900 pa Robert Vella LM 900 pa Dennis Zammit LM 900 pa

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Diretturi u chairpersons

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Diretturi u chairpersons

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Diretturi u chairpersons

Question

Tista' il-Ministru tgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Diretturi u chairpersons

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.

OPM — Diretturi u chairpersons

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Kottonera — Inkonvenjent fl-area tal-marina

Question

Jista' il-Ministru jara li jitneħħa l-inkonvenjent li hemm fl-area tal-marina tal-Cottonera quddiem il-Monument tal-Ħelsien, fejn mill-baħar titla' riħa ta' drenaġġ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Proġett tal-Kottonera

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet li suppost iridu jsiru mill-ministeru tiegħu marbuta mal-proġett tal-Kottonera, għadhom ma sarux u se jsiru din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li x-xogħlijiet kollha miftehma u maqbula fil-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera għal din is-sena saru jew qed isiru. Ma hemm l-ebda proġett li suppost sar u ma sarx. Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 10 PQ #13066 Sitting 284 2005-06-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Proġett tal-Kottonera

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet li suppost iridu jsiru mill-ministeru tiegħu marbuta mal-proġett tal-Kottonera, għadhom ma sarux u se jsiru din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onor interpellant li m'hemm l-ebda xogħol pendenti xi jsir mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura fil-Proġġett tal-Kottonera.

Proġett tal-Kottonera

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet li suppost iridu jsiru mill-ministeru tiegħu marbuta mal-proġett tal-Kottonera, għadhom ma sarux u se jsiru din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li hemm diversi proġetti li bħalissa l-Gvern qiegħed jipprepara bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-Kottonera. Il-proġett li wasal fi tmiem tiegħu hu l-estensjoni tal-moll ta’ taħt Sant’Anġlu. Fuq dan il-proġett intefqu madwar Lm360,000 filwaqt li qed jiġi finalizzat il-kont finali. Proġett ieħor jinkludi l-iżvilupp tat-Triq tal-Kalkara. L-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda tistenna l-permess mill-MEPA. Proġett ieħor huwa il-‘Landscaping Scheme’ tal-moll mir-Residenzi ta’ Sant’Anġlu sa Xatt Ir-Risq. Saret applikazzjoni lill-MEPA u qegħdin isiru taħditiet mall-konsorzja dwar l-implimentazzjoni tal-proposti. Qiegħed isir ix-xogħol ta’ tiswija tal-parti tal-moll ta’ l-Isla li kien sarilha l-ħsara. L-istima ta’ spiża għal dan ix-xogħol hija ta’ madwar Lm40,317. Proġett ieħor huwa l-pavimentazzjoni ta’ Triq San Lawrenz il-Birgu. Dan ix-xogħol huwa mistenni jibda għall-aħħar tas-sena. Qiegħed jinkiteb id-dokument għal sejħa għal proposti sabiex jinbena l-car park ta’ Santa Margerita. Huwa ttamat li din is-sejħa ssir aktar tard din is-sena. Inħarġet is-sejħa għal espressjoni ta’ interess sabiex isir l-iżvilupp ta’ Dock No 1 u l-inħawi tiegħu. Is-sottomissjonijiet huma mistennija jagħlqu fit-13 ta’ Settembru, 2005.

Bormla — Car park fi Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-pjani tal-gvern sabiex jinbena car park taħt Pjazza Sta. Margerita, Bormla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm applikazzjoni għall-parkeġġ msemmi u il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq qiegħed ihejji ‘Request for Proposals’ msejjes fuq il-permess u studju ta’ vjabilita’.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Diretturi u chairpersons

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-unika dipartiment/entita' li għandu l-ħsieb li joffri work placement lil xi studenti matul ix-xhur tas-sajf huwa d-Dipartiment tal-Health Information li talab għal żewġ studenti ta' l-MCAST. Sejħiet għal applikazzjonijiet għal placements ta' studenti Universitarji u mill-MCAST kienu saru permezz ta' OPM Circular 13/2005, datata 19 ta' April 2005 u OPM Circular 24/2005, datata 6 ta' Ġunju 2005. L-applikazzjonijiet għall-imsemmija placements ikunu pproċessati skond it-termini ta' l-OPM Circulars indikati hawnfuq.