Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex qed jinqata' l-benefiċċju soċjali ta' spiss lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għalkemm tbati minn kondizzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-benefiċċju tal-persuna indikata minnu, li ġie nieqes fid-29 ta' Ġunju 2013, twaqqaf peress li l-mara tiegħu taħdem full-time.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għar-rigward it-tankijiet li jintużaw għall-films fil-Kalkara Film Studios? Jista’ jgħid jekk hemmx arretrati dovuti lill-Gvern u jekk fl-affermattiv lil min huma dovuti, u kemm hu l-ammont għal kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa hemm kawża pendenti l-qorti fuq dan il-każ u għalhekk il-Gvern ma jħossx li hu għaqli li jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari.
Il-Gvern jħares lejn il-Mediterranean Film Studios b’interess kbir, bl-għan li l-industrija tal-films tkompli titkattar.
Fir-rigward tal-parti tal-mistoqsija li tirreferi għal-arretrati dovuti, nħeġġeġ lill-Onorevoli interpellant biex jindirizza din id-domanda lill-offiċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru ż-żewġ toroċ li hemm quddiem il-monument tal-Gwerra fil-Furjana? Jista' jgħid minn min sar ix-xogħol u kemm qam l-istess xogħol? Jista' jgħid ukoll kif ingħata dan ix-xogħol, jekk hux b’tender jew b'direct order? Jekk b'tender, jista' jgħid min kienu dawk li applikaw u kemm kienet l-offerta ta' kull wieħed minnhom? Jista' jgħid x’inhi r-raġuni għaliex illum mhux jinxtelgħu kuljum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-kuntratt taż-żewġ Torċi li hemm quddiem il- Monument tal-Gwerra fil- Furjana ingħata permezz ta’ Direct Order fis- 17 ta’ Novembru 2011 għas-somma ta’ €28,990.
Din id-
Direct Order
ġiet approvata mill- Ministeru tal-Finanzi taħt il-Gvern preċedenti. Il-kuntrattur li ingħata dan ix-xogħol kien is-Sur Mariorick Mifsud.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li attwalment il-fjammi ornamentali qatt ma kienu jitħallew mixgħulin il-ħin kollu. Sa minn meta ġew introdotti, dawn il-fjammi kienu jinżammu mixgħulin mis-sitta ta’ filgħodu sa nofs il-lejl. Minn wara Marzu 2013, dawn l-istess fjammi bdew jinżammu mixgħulin bejn is-sitta ta’ filghaxija tul il-lejl sas-sitta ta’ filgħodu, filwaqt li bħalissa qed ikunu mixgħulin bejn l-għaxra ta’ filgħodu u l-għaxra ta’ filgħaxija.
Ninsab infurmat li fl-stess waqt li inbidlu il-ħinijiet li matulhom dawn il-fjammi jinżammu mixgħulin, inbidlu ukoll l-aġenti li mingħandhom jinxtara il-gass meħtieġ għal dawn il-fjammi.
L-ewwel aġenti kienu Easy Gas li ssupplixxew total ta’ 34,324 litri ta’ gass f’38 ġimgħa, li jiġu medja ta’ 903.26 litri ta’ gass fil-ġimgħa.
Dawn l-aġenti ġew issostitwiti minn Liquid Gas, li ssupplixxew total ta’ 7,100 litri ta’ gass fi 12-il ġimgħa, li jiġu medja ta’ 592 litri ta’ gass fil-ġimgħa.
B’referenza għal dawn il-figuri, huwa stmat li qed jiġu ffrankati mat- 311 il-litru ta’ gass fil-ġimgħa li meta tikkalkula li kull litru gass jiswa €0.5889, it-total ta’ spiża ffrankata hija stmata li tleħħaq il- €183 fil-ġimgħa.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tistax tixtri l-post li tgħix fih? Jekk fl-affermattiv, tista' tintbagħat informazzjoni dwar xi kemm tista' tkun it-talba għax-xiri ta' dan il-post?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-residenza li fiha tgħix il-persuna li għaliha qed issir referenza hija dar u għalhekk ma tistax tinbiegħ għaliex l-iskema teskludi l-bejgħ ta’ djar.
Peress li wara appell quddiem l-arbitru ġie deċiż li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament kellha raġun, tista' l-Ministru tgħid meta taħseb li se tirċievi dan il-benefiċċju?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Wara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament applikat sabiex tixtri l-post li tgħix fih, tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-każ tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta ġiet nfurmata bil-miktub fit-22 ta’ April 2013 li l-applikazzjoni tagħha ma tistax tiġi pproċessata peress li l-Gvern mhux is-sid assolut ta’ din l-art. L-applikanta ingata lura wkoll l-ispejjeż li ħallset mal-applikazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ma għaddiex mill-bord mediku meta l-kundizzjoni li għandu hi waħda kronika?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid tistax issir spezzjoni fil-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li l-inkwilini qed jilmentaw li ma' kull xita jegħrqu u l-post perikoluż?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tal-persuna kkonċernata mhumiex korretti għalhekk l-informazzjoni ma tistax tingħata għalissa.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament mhux tieħu allowance ta' binha? X'tista' tagħmel biex tibbenifika jekk hi eliġibbli?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament mhux tieħu għajnuna tal-mard minkejja li għandha mard kroniku u minkejja li mid-dħul tagħha ta' €135.54 fil-ġimgħa tħallas €100 fix-xahar bħala manteniment?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi żvilupp sabiex isir ħlas lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan wara li lestew kull xogħol u ppreżentaw l-irċevuti fiskali għall-applikazzjoni SM 7/2012?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġranet li ġejjin l-applikent imsemmi ser jirċevi appuntament sabiex issir spezzjoni fil-post tar-residenza tiegħu sabiex jiġu kkonfermati x-xogħlijiet li saru u b’hekk ikun jista’ jsir il-ħlas relatat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm atleti li bbenefikaw mill-iskema tal-Kunsill Malti għall-Isport ta' 20/20 matul is-sena li għaddiet? Jista' jgħid kemm minnhom kienu jaħdmu mal-privat, kemm mal-Gvern u kemm kienu self-employed? Jista' jgħid ukoll kemm tħallas għal kull kategorija u kemm kien l-akbar ammont li tħallas lil atleta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena li għaddiet kien hemm 20 atleta li bbenefikaw mill-Iskema 20/20, li minnhom 9 huma ħaddiema fis-settur pubbliku, 10 huma ħaddiema tal-privat u 1 huwa self-employed.
L-atleti li jaħdmu fis-settur pubbliku li huma taħt din l-iskema jibqgħu jirċievu l-paga sħiħa mid-dipartiment rispettiv tagħhom u għaldaqstant il-Kunsill Malti għall-Isport ma jkollux l-ammont tal-paga li jirċievu l-atleti iżda jkollu biss il-grad tas-salarju. Filfatt l-ogħla skala tal-ħaddiema f'din l-iskema u li huma fis-settur pubbliku hija dik ta' skala 7.
L-atleti li jaħdmu fis-settur privat li jaqgħu taħt din l-iskema fl-2012 tħallsu l-ammont ta' €77,511.85c, bl-ogħla rata tkun dik ta' €15,000.
L-uniku atleta li huwa self-employed fl-2012 irċieva €8,522.80c.
Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli sena b'sena sa mit-twaqqif tal-iskema tal-Kunsill Malti għall-Isport ta' 20/20, għall-approvazzjoni tal-atleti u l-ammont li għandu jitħallas?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-atleta japplika permezz tal-għaqda sportiva tiegħu, is-Sur Pippo Psaila kien jagħti l-parir jekk l-atleta għandux jiġi nkluż fl-iskema, skont l-informazzjoni mgħotija kemm mill-atleta kif ukoll mil-kowċ tiegħu/tagħha. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu jiġu mgħoddija lis-Segretarju Permanenti biex joħroġ l-approvazzjoni. Il-ħlas isir dejjem skont il-paga jew skont l-ammont ta' siegħat li l-atleta juża pro-rata tal-paga.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm coaches li bbenefikaw mill-iskema tal-Kunsill Malti għall-Isport ta' 20/20 matul is-sena li għaddiet? Jista' jgħid kemm minnhom kienu jaħdmu mal-privat, kemm mal-Gvern u kemm kienu self-employed? Jista' jgħid ukoll kemm tħallas għal kull kategorija u kemm kien l-akbar ammont li tħallas lil coach?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Iskema 20/20 għall-coaches tnediet fil-baġit tas-sena li għaddiet u se tkun qed tibda aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli sena b'sena sa mit-twaqqif tal-iskema tal- Kunsill Malti għall-Isport ta' 20/20, għall-approvazzjoni tal-coaches u l-ammont li għandu jitħallas? Jista' jgħid jekk qattx ittieħdu in konsiderazzjoni l-kwalifiċi li jkollhom il-coaches? Jista' jgħid ukoll jekk l-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet nazzjonali ġewx involuti jew/u kkonsultati fl-għażla tal-coaches?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Iskema 20/20 għall-coaches tnediet fil-baġit ta' din is-sena u se tkun qed tibda aktar tard din is-sena.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — inventarju
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux inventarju ta' x'suppost kien hemm fil-Ministeru? Jekk fl-affermattiv tista' tgħid jekk ġiex konfermat li dak kollu mniżżel fl-inventarju instabx? Jekk kien hemm xi nuqqasijiet, tista' tgħid jekk ittieħditx xi azzjoni, u x'inhi din l-azzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-ħatra tiegħi fil-Ministeru kien hemm inventarju eżistenti. Qabel il-ħatra tal-Ministru fit-28 ta' Frar 2013, l-inventarju ġie ċċekjat u mal-ħatra tal-Ministru fit-8 ta' Marzu, fit-18 ta' Marzu, l-istess inventarju ġie ċċekkjat. Ġie kkonfermat li ma kien hemm l-ebda nuqqasijiet fl-inventarju.
Ministeru għall-Famlija u Solidarjetà Soċjali – konsulenzi mill-1998
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mill-proġett ta’ Bieb il-Belt, kif imfassal mill-Gvern preċedenti, qatt kienx hemm ippjanat xogħol fuq il-foss ta’ taħt Bieb il-Belt ? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx stimi ta’ kemm jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess maħruġ mill-MEPA jinkludi t-tisbieħ u l-użu tal-foss biex jinġabar l-ilma tax-xita sabiex jintuża bħala “second class water” għall-użu tal-parlament kif ukoll għat-tisqija. Il-pjan oriġinali kien jinkludi ukoll li l-foss jiġi mibdul fi ġnien. Dan ix-xogħol kien oriġinarjament stmat li ser jiswa €1.9 miljun li kienu jagħmlu parti mit- €80 miljun mogħtija minn Malita plc
Peress li l-proġett tad-daħla tal-Belt u bini tal-Parlament spiċċa jeħtieġ aktar fondi, il-flus mgħoddija minn Malita plc m'humiex suffiċjenti biex issir din il-parti tal-proġett.
Għaldaqstant, preżentament qed issir evalwazzjoni dwar l-aħjar użu għal din il-parti tal-Belt.