Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13436 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema ta' l-Interprint ma ġewx offruti jobs alternattivi, bħalma sar ma' azjendi parastatali oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Interprint għandha Ftehim Kollettiv mal-GWU u il-Gvern qed jimxi skond dan il-Ftehim. M'hemm l-ebda provediment għal-xogħol alternattiv f'dan il-Ftehim Kollettiv.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13437 u jgħid jekk hux minnu li wara li fl-2004 spiċċaw 15-il ħaddiem mill-Interprint, il-gvern ma tax pjan ta' restructuring bħalma sar mal-PBS u l-Malta drydocks? Għaliex ma sarx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tmiem ta' l-impjieg tal-15-il ħaddiem fl-2004 kien parti integrali mill-pjan ta' ristrutturar tal-Interprint biex tinġieb f'pożizzjoni li tkun tista tinbiegħ lill-siddien privati. Madankollu ħadd ma' wera interess li jixtri l-ishma f'din il-kumpanija, li minnu nnifsu juri li l-ebda pjan ta' ristrutturar ma' seta' jwassal għal sitwazzjoni ta' proffitabilta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13438 u jgħid jekk jagħmilx sens li wieħed mid-diriġenti ewlenin ta' l-Interprint ikun ukoll konsulent ma' kompetitur dirett ma' l-istess Interprint?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13439 u jgħid jekk hux minnu li d-deċiżjoni li jiġi terminat l-impjieg ta' 15-il ħaddiem fl-Interprint ittieħdet sena qabel? Jista' jgħid jekk kienx hemm ħsieb politiku sabiex din id-deċiżjoni tiġi attivata sena tard, u dan sabiex jilħqu jgħaddu kemm ir-referendum kif ukoll l-elezzjoni ġenerali? Jista' jgħid jekk hux minnu li din id-deċiżjoni swiet lill-Interprint Lm95,000?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjoni li jintemm l-impjieg tal-15-il ħaddiem ittieħdet mill-kabinett fl-2004.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13440 u jgħid x'kienet iċ-ċifra ta' esportazzjoni ta' l-Interprint , sena b'sena mill-1995 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li sa nhar is-Sibt 11 ta' Ġunju, 2005 għadd ta' ħaddiema ta' l-Interprint kellhom jaħdmu overtime, u dan minħabba ħafna ordnijiet ta' xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonferma li fost il-klijenti antiki ta' l-Interprint hemm pubblikaturi/enti Ewropej, bħal World health organisation, Int. labour off., UN environmental programme, Int. Trade centre u Oxford unit press, u allura żgur li dawn poġġewna fuq il-mappa ta' l-Ewropa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li wara li fl-2004 spiċċaw 15-il ħaddiem mill-Interprint, il-gvern ma tax pjan ta' restructuring bħalma sar mal-PBS u l-Malta drydocks? Għaliex ma sarx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jagħmilx sens li wieħed mid-diriġenti ewlenin ta' l-Interprint ikun ukoll konsulent ma' kompetitur dirett ma' l-istess Interprint?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li d-deċiżjoni li jiġi terminat l-impjieg ta' 15-il ħaddiem fl-Interprint ittieħdet sena qabel? Jista' jgħid jekk kienx hemm ħsieb politiku sabiex din id-deċiżjoni tiġi attivata sena tard, u dan sabiex jilħqu jgħaddu kemm ir-referendum kif ukoll l-elezzjoni ġenerali? Jista' jgħid jekk hux minnu li din id-deċiżjoni swiet lill-Interprint Lm95,000?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-gvern ma investiex fl-Interprint sabiex issir aktar kompetittiva, jekk verament il-gvern kellu f'moħħu li din tinbiegħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid liema toroq se jsiru tul is-sena 2005 fil-lokalita' ta' Ħaż-Żabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport ħarġet tender biex tittaffa’ l-problema tal-għargħar f’parti minn Triq il-Qalb Imqaddsa, Triq l-Iskola, Triq il-Kunvent u Triq is-Santwarju. Dawn ix-xogħlijiet huma ppjanati li jitlestew matul din is-sena.
Bħala parti minn agreement ta’ Lm75,000 bejn ADT u Kunsill Lokali din is-sena saru xogħlijiet ta’ bini ta’ toroq u asfaltar fi Triq il-Berbies u Triq l-Għakrux. Din is-sena bħala parti minn dan l’istess agreement huwa ppjanat ukoll li jsiru xogħlijiet fi Triq Sant Antnin, Triq Lia u Sqaq Ganton.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema ġodda
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12164 u cioe'jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu tul is-sena 2004 sal-lum? Minn fejn ġew impjegati, x'kien il-grad u kif saret is-sejħa għall-impjieg?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li sa din il-ġimgħa stess il-ħaddiema ta' l-Interprint qed jagħmlu l-overtime u li din il-ġimgħa stess ġew aċċettati ordnijiet ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-overtime inħadem biex jintlaħqu d-deadlines miftiehma mal-klijenti. L-ordnijiet ġodda li ġew aċċettati dan l-aħħar huma riżultat ta' negozjati li kienu laħqu nbdew qabel ma ttieħdet d-deċizjoni ta' l-għeluq tal-kumpanija.