Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kordin Grain Terminal

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16128 u jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-ħruq li sar fil-loaders tal-Kordin grain terminal? Jekk hu konluż, jista' ipoġġi kopja ta' din l-investigazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Process Verbal tal-Maġistrat Inkwirenti għadu ma ġiex konkluż.

Kordin Grain Terminal

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16126 u jgħid għal liema skop inbena garage fuq il-moll ta' lab. wharf għall-Kordin grain terminal ? Meta saru l-applikazzjonijiet mal-MEPA u meta ġew approvati? Għalxiex qed jintuża dan il-garage?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kordin grain terminal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Kordin grain terminal minn Jannar 2005 sal-lum? Kemm tħallsu flus għal dan l-overtime? Jista' jgħid kull persuna li ħadmet overtime tul dan il-perijodu kemm tħallset tiegħu? Jista' jgħid ix-xogħol f'dan l-overtime x'kien jinkludi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kordin grain terminal

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li xi kultant jiddaħħal/jiddaħħlu xi ħaddiem/a minn barra l-Kordin grain terminal biex jagħmlu xogħol bil-gaffa? Kif jintgħażlu dawn in-nies? Jista' jgħid meta kienu l-każi, jekk dan hu fl-affermattiv, tul is-sena 2005 u kemm tħallas ta' dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xiri ta' post

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jistax jinxtara mill-inkwilin, jew jekk hux marbut taħt il-liġi tal-possession and use?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fond li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Membru jinsab fuq proprjeta' li ġiet esproprjata bit-titolu ta' pussess u użu u għaldaqstant ma jistax jinxtara mill-inkwilin.

Xiri ta' post

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jistax jinxtara mill-inkwilin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fond li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Membru jinsab fuq proprjeta' li ġiet esproprjata bit-titolu ta' pussess u użu u għaldaqstant ma jistax jinxtara mill-inkwilin.

Garage f'San Ġwann t'Għuxa

Question

Peress li ftit ilu kont ġejt mgħarraf li kien se jsir xi xogħol ta' manutenzjoni fuq il-garage Nru 10 San Ġwann t'Għuxa, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta ser jsir dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' ingħad fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8205, il-każ kien ġie riferut lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni li huwa responsabbli minn tiswijiet fuq proprjeta' mhux residenzjali tal-Gvern. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Medigrain

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni llum tal-Medigrain? Jista' jgħid jekk għadx hemm persuni assenjati magħha,u jekk fl-affermattiv jistax jgħid jekk għandhomx xi benefiċċji u x'inhuma? X'sar minnha l-proprjeta' (mobbli u immobbli) ta' l-istess kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Birgu — Irwejjaħ ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jara li jitneħħa l-inkonvenjent ta' irwejjaħ ta' drenaġġ fil-baħar quddiem il-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni sejra tinvestiga dan l-ilment u jekk jirriżulta li hemm xi ħsara fil-mejn tad-drenaġġ fl'inħawi tieħu azzjoni biex tissewwa din il-ħsara.

Baċir Nru. 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk li wrew interess fix-xogħol tal-Baċir Nru 1? Min huma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li kien hemm żewġ kumpanniji li wrew interess fix-xogħol tal-Baċir Nru. 1. Dawn kienu Gruppo Romegas u l-Cottonera Waterfront Group.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tinforma lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għaliex issa li għalaq il-61 sena qed jirċievi pensjoni anqas milli kien jirċievi meta kien ibbenefika mill-iskema ta' irtirar kmieni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tinforma lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kif wasal għar-rata ta' pensjoni li qed jirċievi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Marzu sal-lum, xahar b'xahar, lokal b'lokal?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numri ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru lokal b’lokal f’Malta u Għawdex minn Marzu 2005 sa Settembru 2005.

Kalkara — Ilma tax-xita

Question

Jista' il-Ministru jara x'jista' isir sabiex numru ta' familji li joqogħdu fix-Xatt tal-Kalkara ma jibqgħux jgħerqu fl-ilma ma' kull ħalba xita li tagħmel u dan qed isir issa li beda xogħol ta' kostruzzjoni fil-Wied tal-Kalkara?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14834, li tirrigwarda l-istess suġġett.