Legislature:
Category:
Reset
Active:

Affarijiet Rurali u Ambjent — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14604.

Żvilupp Urban u Toroq — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li impjegati ġodda tul is-sena 2005 ma’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport kien hemm wieħed u erbgħin (41), li kienu:- Land Surveyor 1 Quantity Surveyor 2 IT Support 1 Systems Administrator 1 Chief Executive Officer 1 Clerks 4 Part-Time Clerks 9 Finance Manager 1 A&CE Student Workers 18 Vehicle Evaluator 2 Technical/Quality Assurance Officer 1 Mall-Ministeru/Dipartiment Projects Coordinator 1 Director EU Affairs, Policy Development 1 & Programme Implementation Secretariat Officer 1

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ħaddiema

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u taqsamhom skond il-grad?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bormla — Skola G. Despot

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani għall-iskola G. Despot f'Bormla? Jista' jgħid jekk tressqux applikazzjonijiet quddiem il-MEPA? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-pjanti fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tressqet applikazzjoni quddiem il-MEPA, biex din l-iskola tiġi kollha kemm hi modernizzata. Dan jinkludi : 1. Blokk ġdid ta' klassijiet minflok il-blokk ċentrali 2. Blokk ġdid minflok żewġ nissen Huts 3. Reabilitazzjoni ta' żewġ blokki 4. Passaġġ mgħotti bejn il-blokki.

Sigurta' Soċjali — Karta r-roża u kartuna s-safra

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tkun tista' tikkwalifika għal: a) karta r-roża u b) kartuna s-safra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Biex persuna tkun intitolata għal-karta r-roża (Għajnuna għal Mard), ma jridx ikollha assi kapitali li jaqbżu Lm6,000, jekk tkun persuna waħidha, jew Lm10,000 f’każ ta’ koppja miżżewġa. F’każ ta’ persuna li ma taħdimx id-dħul tagħha fil-ġimgħa, ikkalkulat skond it-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, ma jridx jaqbeż Lm9.30 għal persuna waħidha u Lm12.80 għal koppja miżżewġa. F’każ ta’ persuna li taħdem, id-dħul mix-xogħol ma jridx jaqbeż Lm49.88 fil-ġimgħa għal persuna waħidha u Lm53.38 għal persuna miżżewġa. Fejn familja tkun komposta minn aktar persuni mill-persuna singla jew mill-kap tal-familja u martu, skond il-każ, il-limiti ta’ dħul imsemmija qabel jiżdiedu bi Lm3.50 fil-gimgħa għal kull persuna addizzjonali. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħruġ tal-kartuna s-safra ma jaqax taħt ir-responsabbilta’ tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitolbu jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #16610 Sitting 344 2006-01-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Apparti min issostitwixxa persuni f'pożizzjonijiet eżistenti, jew mela' pożizzjonijiet eżistenti ,il-Ministeru ngaġġa: - 1 Senior Adviser - 4 Support Officers (illum huma 3) Sa' l-aħħar ta' l-2005, 24 l-impjegat tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin kienu marru jahdmu f'Istituzonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #16612 Sitting 344 2006-01-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-impjegati ġodda tul is-sena 2005 mal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu huma kif ġej: Entita` Numru ta' Impjegati Ġodda Grad MTA 1 Executive Chairman MTA 1 Procurement Manager Ministeru għat-Turiżmu u Kultura 1 Advisor - EU Matters Ministeru għat-Turiżmu u Kultura 1 Advisor - Academy of Music Teatru Manoel 1 General Manager St James Cavalier 3 Art Animators St James Cavalier 10 Guest Relations Officers (part time) Heritage Malta 14 Front Office Assistants Heritage Malta 3 Executives Heritage Malta 1 Conservator Heritage Malta 1 Data Collator Technician

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Riżorsi u Infrastruttura — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #16617 Sitting 344 2006-01-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u taqsamhom skond il-grad?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-dipartimenti tal-Ministeru għal Għawdex ma kellhom l-ebda mpjegat ġdid matul is-sena 2005.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Bormla — Sprall fi Triq ix-Xatt

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġi rranġat sprall li hemm fi Triq ix-Xatt, Bormla u dan peress li hu ogħla mit-triq u kull meta tagħmel ħalba xita, dan flok jinżel fl-isprall jibqa' fit-triq?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li dawn ix-xogħlijiet ma jaqawx taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Minn investigazzjoni li saret fuq il-post, irriżulta li x-xogħol tat-triq (concrete road surface)sar mill-kuntrattur privat li ħadem dan ix-xogħol f’isem il-Kunsill Lokali u l-konkos li ngħata mhux qed jaqleb għal ġo l-isprall.

Xogħol f'residenza

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol li suppost beda fuq l-appartament li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, twaqqaf?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li x-xogħol li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant kien wieqaf minħabba problemi legali. Ninsab infurmata wkoll li dawn il-problemi issa ġew riżolti u xogħol mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin.

ETC — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati mal-ETC? Jista' jaqsamhom skond il-grad? Jista' jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-istess ETC tul is-sena 2005 u x'kienu l-gradi ta' kull impjieg ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Ħaddiema

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk ir-rata ta' pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux se jkollha xi reviżjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Awtorita' tad-Djar — Talba għal care & repair

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk it-talba għal xogħol taħt l-iskema care & repair, liema talba saret minni stess għan-nom tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux qed tiġi proċessata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li meta saret spezzjoni mill-uffiċjali ta’ l-Awtorita’ tad-Djar fir-residenza tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, din il-persuna stqarret li l-umdita’ fil-post hi ta’ detriment serju għal saħħitha u tixtieq issib post alternattiv. Ninsab infurmata wkoll li kull darba li din il-persuna għamlet kuntatt ma’ l-Awtorita’ dejjem kienet indeċiża jekk tagħmilx ix-xogħol meħtieġ jew tfittix post ieħor u għadha ma tatx risposta definittiva jekk tridx jew le tirranġa r-residenza preżenti. Jekk tiddeċiedi li tirranġa l-post preżenti, l-Awtorita’ tipproċedi bl-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni.