Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartiment li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Ta' liema tip kienu u kemm swiet kull waħda minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartiment li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Ta' liema tip kienu u kemm swiet kull waħda minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartiment li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Ta' liema tip kienu u kemm swiet kull waħda minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartiment li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Ta' liema tip kienu u kemm swiet kull waħda minnhom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2005 il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu xtraw b'kollox erba' karozzi kif jidher hawn taħt:
High Commission, Canberra - Volvo 80 Lm 6,800,00
Malta Embassy, Riyadh - Ford Crown Lm 6,861.13
Malta Embassy, Tripoli - Hyundai Accent 2005 Xejn (ħlas minn assikurazzjoni)
Malta Embassy, Tunis - BMW 523i Lm 11,842.56
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartiment li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Ta' liema tip kienu u kemm swiet kull waħda minnhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 nxtrat karozza waħda tat-tip Honda Accord u kienet tiswa Lm 10,500. Din inxtrat għall-użu tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura skond it-termini tal-kuntratt tiegħu kif maħruġ mill-Uffiċju tal-Primi Ministru.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru tal-membri tal-korp tal-pulizija bħalissa, maqsuma skond ir-rank? Jista' jgħid kemm minnhom għandhom aktar minn 25 sena servizz u ta' liema rank huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
RankFil-preżentAktar minn 25 sena servizz
Kummissarju11
D/Kumm11
Ass. Kumm97
Supt209
Spettur879
1/SM11
2/SM--
Surġent33542
Kuntistabbli1,33376
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu bastimenti tal-gwerra f'Malta matul is-sena 2005? Ta' liema nazzjonalita' kienu u x'kien l-isem tal-vapur?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Matul is-sena 2005 daħlu Malta tlieta u erbgħin (43) bastiment tal-gwerra fuq viżti ta' kortesija.
Dawn kienu mqassmin hekk :
Nazzjonalita Numru Isem Tal-Bastiment
TURKIJA 2 TCG EDINCIK PASA
TCG CEZAYIRLI GAZI HASAN PASA
ĠAPPUN 3 KASHIMA
MURASAME
YUUGIRI
RENJU UNIT 9 HMSTC CHALLENGER
HMS ENTERPRISE
HMS SCOTT
HMS ECHO
HMS ECHO
HMS ENTERPRISE
HMS EXETER
HMS ILLUSTRIOUS
HMS ROEBUCK
FRANZA 4 DUQUESNE
BORDA
CAPRICORNE
PLUTON
GERMANJA 3 KARLSRUHE
KARLSRUHE
FDB OSTE
STATI UNITI
TA` L-AMERIKA 8 USS ASHLAND
USS NORMANDY
USS ANTIETAM
USS NASHVILLE
USS PONCE
USS KAUFFMAN
USS HAWES
USS PORTER
AWSTRALJA 1 HMAS ANZAC
SPANJA 2 GALICIA
CAZADORA
POLONJA 1 OPR WODNIK
LIBJA 2 QORDABIA
IBEN ELHARITHAH
ITALJA 5 COMMANDANTE FOSCARI
MIMBELLI
GIORGIO CINI
CAPRERA
SAN GIUSTO
NETHERLANDS 2 HR MS DOLFIJN
HR MS MERCUUR
OMAN 1 AL MUAZZAR
Jista' il-Ministru jgħid f'liema bliet barranin għandha uffiċċju l-MTA? Min huma l-impjegati ta' kull uffiċċju u x'salarju u benefiċċji oħra għandu kull wieħed?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta sar l-aħħar ingaġġ ta' skrivani maċ-ċivil? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi sejħa simili matul l-ewwel nofs tas-sena 2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-aħħar reklutaġġ ta’ Skrivani fis-Servizz Pubbliku sar permezz ta’ eżami li r-riżultat tiegħu ġie ppubblikat fis-16 ta’ Mejju 2003.
Ir-reklutaġġ beda fl-1 ta’ Marzu, 2004 u ntemm fl-4 ta’ Mejju, 2004. B’kollox 158 persuna ngħataw il-ħatra ta’ Skrivan fis-Servizz Pubbliku.
Reklutaġġ ġdid isir skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista' il-Ministru jagħti lista tal-fabbriki li għalqu matul is-sena 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' fabbriki li għalqu matul is-sena 2005 kien ta' tlettax. Ma nħossx li għandhom jingħataw l-ismijiet tal-fabbriki li għalqu minħabba n-natura kummerċjali tal-ażjendi konċernati.
Tista' il-Ministru tgħid min huma l-kuntratturi li għamlu xogħol lil xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u għadhom ma tħallsux? X'inhu l-ammont f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma hemm ebda kuntrattur li għamel xi xogħol f'xi dipartiment li jaqa taħt id-dekasteru tiegħi, matul is-snin indikati mill-Onor. Interpellant, u li għadu ma tħallasx.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li għamlu xogħol lil xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u għadhom ma tħallsux? X'inhu l-ammont f'kull każ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li għamlu xogħol lil xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u għadhom ma tħallsux? X'inhu l-ammont f'kull każ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratturi li għadhom ma tħallsux ta’ xogħol li għamlu matul is-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 lil xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi flimkien ma’ l-ammonti ta’ kull każ huma kif jidhru hawn taħt:-
Sena
Isem il-Kuntrattur
Ammont
(Lm)
X’kien ix-xogħol
2000
Attard Brothers
789.66
Offerta għal xogħol ta’ pavimentar f’San Ġiljan
2001
Mangion Brothers
28,857.73
Offerta għal xogħol fuq il-moll ta’ San Ġiljan
2002
Zammit Nursery
615.78
Offerta għall-provvista ta’ pjanti f’Paceville
Jista' il-Ministru jara li jsir ix-xogħol tant bżonnjuż li jissaħħaħ il-vultaġġ tad-dawl fir-residenzi ta' Verdala H/E Bormla, liema xogħol ilu biex isir is-snin, li qed ikun diffiċli għar-residenti li jagħmu użu minn ċerti appliances?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex jissaħħaħ l-vultaġġ f'Verdala H/E Bormla diġa beda. Dan ix-xogħol mistenni jintemm sa l-aħħar ta' Marzu sakemm ma jkunx hemm xi problemi tekniċi.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, in-numru ta’ impjegati permanenti ġodda matul is-sena 2005 kien ta’ wieħed u għoxrin. Dawn kienu:
3 Principals
4 Internal Auditor I – Tnejn minnhom terminaw il-kuntratt matul 2005
6 Programme Managers
6 Research Officers
1 Co-ordinator – Il-Kuntratt ġie terminat matul 2005
1 Logistics Assistant – Il-Kuntratt ġie terminat matul 2005
Għar-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, qed impoġġi fuq il-mejda tal-kamra Tabella ‘A’.
B'riferenza għat-talba għal spazju għal reserved parking- dettalji qed jintbagħtu separatament - jista' il-Ministru jgħid x'wassal għar-rifjut ta' din it-talba u dan meta r-raġuni mogħtija hija li "l-problema ta' mobilita' ta' l-applikant mhijiex severa", u meta l-istess applikant biex jimxi jrid juża walking aid il-ħin kollu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li skond ir-rapport tat-tabib ta' l-applikant u kif ukoll skond ir-rapport tat-tabib ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta, l-persuna b'diżabilita' imsemmija fil-mistoqsija parlamentari m'għandiex problemi severi ħafna ta' diżabilita'.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16930 u jagħti dettalji dwar kemm irriżenjaw kunsillieri sa mit-twaqqif tal-kunsilli lokali? Minn liema lokalita' kienu ġejjin? Min kienu u kemm damu kunsillieri f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar mill-Kunsilli Lokali rispettivi. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.