Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pixxina nazzjonali – memberships

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' memberships jinġabru mill-użu tal-faċilitajiet ġewwa l-pixxina tal-Qroqq? Jista’ jgħid x'kien l-ammont li nġabar għal kull faċilità matul is-sena 2012?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-pixxina f'Tal Qroqq fl-2012 kien hemm membership għall-użu tal-pixxina kif ukoll għall-użu tal-Fitness Centre. Matul l-2012, il-Kunsill Malti għall-Isport kellu dħul ta' €69,703 għall-użu tal-pixxina biss u €168,018 għall-użu tal-Fitness Centre, li fil-maġġoranza tagħhom kienu jinkludu wkoll l-użu tal-pixxina.

Pixxina nazzjonali – awditjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx awditjar separat għall-pixxina tal-Qroqq? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta kien l-aħħar rapport li sar, u allura jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-awditjar isir għall-Kunsill Malti għall-Isport kollu u ma jsirx awditjar separat għall-Kumpless Sportiv f'Tal-Qroqq.

Tal-Qroqq – leasing tal-kumpless

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm partijiet mill-kumpless f'tal-Qroqq li hu leased? Jista' jgħid lil min huma leased, x'inhu l-użu li qed isir minnhom u x'qed jitħallas fis-sena għall-użu tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pixxina nazzjonali — apparat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min jappartjenu l-apparat li jintuża fil-pixxina bħal blocks, IT system, score, timing clocks eċċ.? Jekk huma proprjetà tal-Kunsill Malti għall-Isport jista' jgħid jekk għadx hemm ħlasijiet pendenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-apparat imsemmi huwa propjeta' tal-Aquatic Sports Association (ASA) u mhux tal-Kunsill Malti għall-Isport. Madanakollu, permezz ta' assistenza lil din l-assoċjazzjoni, il-Kunsill Malti għall-Isport għen sabiex dan l-apparat seta' jinxtara.

Pixxina nazzjonali — kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saru kirjiet tal-pixxina matul is-sena 2012, bħal ngħidu aħna għal ġbid ta’ film? Lil min inkriet, u kemm inġabar minn din il-kirja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2012, saru 22 kirja tal-pixxina. Dettalji tal-kirjiet u kemm inġabar minn kull kirja huma murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pixxina nazzjonali — reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm reklami li għadhom validi u għad hemm kuntratt għalihom fil-pixxina f'tal-Qroqq? X'inġabar matul is-sena 2012 minn dawn ir-reklami, u kemm minnhom kienu dovuti lill-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-uniku spazju ta' riklamar amministrat mill-Kunsill Malti għall-Isport huwa l-iscreen li hemm fuq barra tal-Kumpless li jagħti għat-triq, filwaqt li r-riklamar madwar il-pixxina huwa kollu amministrat mill-ASA. Matul l-2012, permezz tar-reklamar fuq dan l- iscreen , il-KMS kien dovut li jdaħħal €5000.
Leg 12 PQ #249 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpllant.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.

Marsa Sports Village — konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru konsulenzi u minn min saru u kemm qamet kull konsulenza għall-proġett imwiegħed tal-Marsa Sports Village?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li għall-proġett tal-Marsa Sports Village saret konsulenza mill-KPMG li tammonta għal €31,454.
Leg 12 PQ #2666 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Malti għall-Isport – studju mill-MEU

Question

Jista' l-Prim Ministru ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-Management Efficiency Unit (MEU) dwar l-operat tal-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Membru, ir-rapport li sar mill- Management Efficiency Unit (MEU) dwar l-operat tal-Kunsill Malti għall-Isport, kien ikkumissjonat mis-Segretarju Parlamentari għaz-Zgħazagħ u Sport ta’ dak iz-zmien. L-Onor. Membru hu mistieden biex ipoġġi din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 12 PQ #2667 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Provvista ta’ mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw mediċini matul is-sena 2012? Jista' jgħid min kienu dawk l-operaturi li fornew il-mediċini matul l-istess sena, u kemm kien l-ammont dovut lil kull kumpanija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li xiri totali tal-mediċinali, equipment u servizzi relatati li nxtraw matul is-sena 2012 kienet ta wieħed u tmenien miljun, seba mija u tletin elf, ħamsa u għoxrin ewro, u ħamsa u erbgħajn ċenteżmi ( €81,730,025.450). Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-lista tal-operaturi li fornew il-mediċina u servizzi relatati mal-kura tal-pazjenti matul l-imsemmija sena. L-ammont dovut sal-31 ta’ Dicembru 2012 lil dawn l-operaturi kien ta’tlieta u għoxrin miljun, seba mija u tlettax il-elf , erba mija u erba u ħamsin ewro (€23,713,445).

Kunsill Malti għall-Isport – baġit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit approvat lill-Kunsill Malti għall-Isport matul l-aħħar baġit? Jista' jgħid x'persentaġġ minn dan il-baġit huwa riservat għal pagi u salarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ammont approvat lill-Kunsill Malti għall-Isport fil-baġit ta' din is-sena huwa ta' €5,235,000 li minnhom 33% huma dedikati għall-pagi. Ta' min isemmi li din is-sena l-KMS qed jistma li se jkollu wkoll dħul ta' €1,450,000 mill-operat tiegħu u li weħidhom se jkunu qed jagħmlu tajjeb għall-pagi tal-ħaddiema.

Kemmuna — bejgħ ta’ biljetti

Question

B'referenza għall-ittra li ntbagħtet mill-uffiċċju tal-ex Kap Eżekuttiv fi Frar 2013, fejn intqal li sa Ġunju 2013 kellhom jinbnew xi ticket booths biex jikkontrollaw is-sistema ta' bejgħ ta' biljetti lejn u minn Kemmuna, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dan il-ħsieb u allura jistax jikkonsidra li jsir xi ħaġa anke temporanja issa li daqt jibdew ix-xhur tas-sajf?

Response (MIZZI, JOE)

L-ittra li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, ntbagħtet taħt amministrazzjoni differenti, u ma nstabu ebda records tagħha. Transport Malta kienet irċeviet ittra rigward ticket booths, bir-risposta ta’ Transport Malta mibgħuta fis-16 ta’ Mejju, 2013. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ dawn l-ittri.

Kunsill Malti għall-Isports – xiri ta’ portable pools

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw portable pools mill-Kunsill Malti għall-Isports? Kemm inxtraw kull wieħed u minn fejn inxtraw? Jista’ jgħid ukoll x'użu qed isir minnhom bħalissa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Isport xtara żewġ portable pools. Wieħed inxtara mingħand 240 Limited għal prezz ta' €80,840 u l-ieħor inxtara mingħand Dolphin Pool għal prezz ta' €89,980. Iż-żewġ ammonti jinkludu fihom ukoll is-sistema li ssaħħan l-ilma tal-pool fix-xitwa, l-armar, iż-żarmar u t-trasport neċessarju f'każ li l-pool tkun se tiċċaqlaq min post għall-ieħor, l-ilqugħ għal kontra l-elementi u biex l-ilma jibqa' sħun. Jinkludi wkoll il-prezz għall-manutenzjoni neċessarja għal perjodu ta' għaxar snin. Infurmat ukoll li dawn il- pools se jkunu qed jintużaw mid-Dipartiment tal-Programmi tal-KMS għall-programmi sportivi organizzati mill-KMS, mill-istudenti tal-iskejjel fejn ġew installati pools , mill-Kunsilli Lokali tas-Siġġiewi u Ħal Qormi fil-każ tal- pool li ġie installat is-Siġġiewi u mill-iskola Nazzjonali tal-Isport fil-każ tal- pool installat fl-iskola ta' Ħal Kirkop.

blokka ta' appartamenti – common areas

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx possibilità li l-common areas tal-blokka ta' appartamenti li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, isiru u jekk fl-affermattiv, meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qabbdet kuntrattur biex jagħmel ix-xogħlijiet u għandhom jitlestew fil-jiem li ġejjin.

Pensjoni – każ ta’ individiwu

Question

Tista' l-Ministru tara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Kunsill Malti għall-Isport – outdoor gyms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn outdoor gyms immexxija mill-Kunsill Malti għall-Isport? Fejn qegħdin u meta saru? Kemm qam kull wieħed minnhom? Minn min sar u kif ingħata x-xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Malti għall-Isport imexxi żewġ outdoor gyms, f'Ta' Qali u f'Ħal Qormi. L-outdoor gym f'Ta' Qali sar wara sejħa għall-offerti u fih ħadmu Leather Centre, JGC Limited, Map Trans, J Sammut Limited, B. Grima & Sons Limited, Żrar Limited, Philip Agius & Sons Limited, Masco Security Services Limited u Anthony Cassar Landscaping. Il-magni f'dan il-gym inxtraw b'direct order minn għand il-kumpanija barranija The Great Outdoors Co. Limited wara li ntalab permess lill-Ministeru tal-Finanzi. L-outdoor gym f'Ta' Qali nfetaħ fl-2010 u b'kollox ġie jiswa €128,015.99. L-outdoor gym f'Ħal Qormi jifforma parti minn proġett ħolistiku magħruf bħala l-Qormi Sports and Fitness Park. Ix-xogħol li sar f'dan il-park sar wara sejħa għall-offerti u fih ħadmu Andrew Vassallo, Anthony Zarb, Calamatta Landscapes Limited, Ceramax International Limited, Gomez Blanco Bros., Halmann Vella, JGC Limited, Joseph Sammut Co. Limited, Albert Zaffarese Signs and Display Limited, Aleppo, CV Woodworks u Logografix. Il-Qormi Sports and Fitness Park infetaħ fl-2013 u b'kollox ġie jiswa €391,773.15.

Kumpless ta’ Ħal Kirkop — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-kumpless ta' Ħal Kirkop, u min huma? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom u x'inhu xogħol kull wieħed minnhom? Kemm ilhom jagħmlu parti mill-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumpless Sportiv tal-Kottonera — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiem fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera u min huma? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom u x'inhu xogħol kull wieħed minnhom? Kemm ilhom jagħmlu parti mill-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

White Rocks — Konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru konsulenzi u minn min saru, u kemm qamet kull konsulenza għall-proġett imwiegħed tal-White Rocks?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1532.