Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP f'San Ġwann?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li skond informazzjoni mgħoddija lil Malta Enterprise mill-Malta Industrial Parks Ltd., (l-organiżżazzjoni responsabbli mill-ispazju industrijali pubbliku f'Malta), l-ispazju okkupat mill-industrija f'San Ġwann huwa ta' 117,032 metru kwadru. Ix-xogħol li jagħmlu huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-total tal-ħlas ta' kera annwali huwa ta' Lm311,315. Minħabba kunfidenzjalita' ma tistax tingħata informazzjoni individwali.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet qed isiru bħalissa fit-tarzna tal-Marsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa, fit-Tarzna tal-Marsa, qegħda titħejja, tinbena' u tintrama' "Power Generator Barge" li ser tintuża fi żvilupp ta' tagħmir għat-tiftix taż-żejt fil-Baħar Kaspju.
Dan huwa proġett fit-tul li fih qed jaħdmu nies imħarrġa mit-tarznari, u esperti mibgħuta mill-klijent.
Barra minn hekk, qiegħed jitkompla x-xogħol fuq baga ta' l-irmiġġ li tintuża fil-baħar miftuħ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati studji minn konsulenti barranin u/jew lokali mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu fl-2004/5? Liema kienu dawn l-istudji, min kien il-konsulent u x'kien il-ħlas għalih?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li jiġi investigat l-ilment tal-ġirien fi Triq M Grima, Bormla li qed jilmentaw għall-intejjen ta' klieb u qtates ġejjien mill-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena l-oħra daħlu tlett (3) ilmenti rigward żamma ta' annimali (klieb) fi stat ħażin ta' ndafa fil-post indikat. L-ilmenti kollha ġew investigati minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u f'każ wieħed biss instab akkumulu ta' ħmieġ u għalhekk inħareġ avviż biex jitnaddaf minnufih. Waqt spezzjoni li saret wara, ġie vverifikat li l-akkumulu kien tneħħa.
Ninforma li fil-post dejjem instabu żewġt iklieb u l-ebda qtates, kif allegat, filwaqt li ninforma li uffiċjali mis-sezzjoni ta' kontra l-ġrieden ta' dan id-Dipartiment għamlu diversi trattamenti għal kontra l-ġrieden fi Triq M.Grima, Bormla, matul is-sena. Fit-23 ta' Marzu 2006, reġa' sar trattament ieħor u dan l-ilment ser jiġi segwit kif ikun hemm bżonn.
Navża li l-ilmenti dwar intejjen ma jitqiesux bħala riskju sanitarju, iżda bħala inkonvenjent għall-ġirien u għalhekk tali Mistoqsija tista' tiġi referuta lill-Ministru ikkonċernat.
Fil-21 ta' Marzu, 2006 reġa sar attenat biex issir spezzjoni oħra ġol-fond indikat mill-Ispetturi tas-Saħħa, iżda l-post instab magħluq. Il-każ ser jibqa' jiġi segwit sabiex issir l-ispezzjoni neċessarja.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li siefru fuq xogħol uffiċjali matul l-2005? Fejn marru, x'kienet ir-raġuni u kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mil-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi skema sabiex ġuvni (ħaddiem mal-gvern) li jgħix ma' ommu anzjana jingħata special leave sabiex idur b'ommu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk ikunx jista' jibbenefika minn xi benefiċċju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija teżisti skema sabiex ħaddiem tal-Gvern li jgħix ma’ ommu anżjana jingħata special leave on no pay sabiex idur b’ommu. Dan l-special leave on no pay jissejjaħ Responsibility Leave.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-parametri u l-kundizzjonijiet tar-Responisbility Leave li jinsabu f’sezzjoni 4.8.5 tal-Public Service Management Code.
Dwar it-Tieni Parti tal-mistoqsija, persuna lit kun fuq special unpaid leave biex iddur b’ommha, tista’ tkun intitolata għall-Pensjoni tal-Wens imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, kemm il-darba:
· Dik il-persuna tidssodisfa t-test tal-mezzi;
· L-omm tkun ċertifikata minn bord mediku maħtur taħt l-imsemmi Att li hi bedridden jew wheelchair bound; u
· Jkun hemm rapport minn social worker li jikkonferma li l-applikant tkun qed tieħu ħsieb l-omm waħedha.
Dwar it-test tal-mezzi, ninsab infurmat li l-ammont kapitali ma jridx jaqbeż Lm6,000 u d-dħul massimu ma jridx jaqbeż Lm35.38 fil-ġimgħa, kalkulat skond ir-Raba’ Taqsima tas-Sitt Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Socjali.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni li huma kkwalifikati bħala health and safety officers? Ma' liema dipartiment/ente pubblika qed jaħdmu? Kemm minnhom mhux jagħmlu xogħol ta' health and safety officers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma kkwalifikati bħala health and safety officers? Ma' liema dipartiment/ente pubblika qed jaħdmu? Kemm minnhom mhux jagħmlu xogħol ta' health and safety officers?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Awtorita'għas-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol għandha għaxar uffiċjali, li huma kwalifikati biex jaħdmu ta' Health and Safety Officers.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP l-Imrieħel?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP Sta Venera?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP il-Marsa?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP Bulebel?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposa tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid min huma l-persuni mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li siefru fuq xogħol uffiċjali matul l-2005? Fejn marru, x'kienet ir-raġuni u kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna wżat il-faċilitajiet taċ-ċentru Detox matul Novembru u Diċembru 2005 u Jannar 2006? Kemm minnhom kienu nisa? Kemm minnhom ma kenux Maltin? Ta' liema nazzjonalita' kienu?
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' persuni li ddaħħlu b'overdose fid-dipartiment ta' l-emerġenza ta' l-isptar San Luqa fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2005? Jista' jgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru totali ta' persuni li ddaħħlu b'overdose il-casualty ta' l-Isptar San Luqa fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2005 huma kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt:
Xahar
Nisa
Rġiel
Novembru 2005
13
9
Diċembru 2005
10
14
Peress li spiss ikollna risposti li xogħol fuq toroq isir skond lista ta' prioritajiet, jista' il-Ministru jgħid meta se titlesta din il-lista, u allura titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra għas-sodisfazzjon tar-residenti tat-toroq in kwestjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Dan l-eżerċizzju hu mistenni jitlesta sa xahar ieħor. Wara li jitlesta' l-eżerċizzju jkun jista' jingħata indikazzjoni tal-prijoritajiet għas-sena li ġejja.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kawżi ġodda ta' separazzjonijiet u annullamenti ċivili matul l-2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' kawżi ġodda preżentati quddiem is-sezzjoni tal-Qorti tal-Familja għal separazzjonijiet personali u kawżi ġodda għal annullament fl-2005 kienu kif ġej:-
Separazzjonijiet Personali Annullamenti
Qorti Ċivili (Malta) 149 208
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) 8 10
Dawn ma jinkludux il-każijiet tal-medjazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru job placements mill-ETC matul Jannar u Frar 2006? Kemm minnhom kienu mas-settur privat u mnejn saru (Ħal Far/Job centre)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk:
Job Placements Ħal Far Job Centre Total
Jannar 2006 321 21 342
Frar 2006 97 71 168
Job Placements Privat Parastatali Total
Jannar 2006 307 35 342
Frar 2006 149 19 168
Jista' il-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanniji li għadhom joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'inhu l-prodott li jimmanifatturaw? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema, maqsuma bejn nisa u rġiel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.