Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla? Għad hemm ħsieb li jitħaffer biex isir carpark? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda x-xogħol? Jekk le, ma jistax jikkonsidra li hemm isir ground artifiċjali biex jitgawda mit-tfal ta' Bormla?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi l-involviment tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura f’dan il-proġett imur lura għas-sena 2002 meta t-Taqsima tax-Xogħlijiet kienet issottomettiet outline development application għal dan il-car park f’Bormla bħala parti mill-proġett tal-Kottonera.
Ir-responsabilta’ ta’ dan il-proġett illum taqa’ taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla? Għad hemm ħsieb li jitħaffer biex isir carpark? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda x-xogħol? Jekk le, ma jistax jikkonsidra li hemm isir ground artifiċjali biex jitgawda mit-tfal ta' Bormla?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-kwestjoni tal-carpark jew le f'din il-parti ta' Bormla taqa' taħt Ministeru ieħor. Il-kwestjoni tal-faċilitajiet ta' l-iskola Primarja ta' Bormla qed tiġi attivatament konsidrata minn dan il-Ministeru fid-dawl tal-bżonnijiet tal-kuleġġ tal-Kottonera.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti tal-Malta Enterprise li kienu funded mill-European Social Fund tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid għal kull każ min kienu l-kumpanniji li ittenderjaw għal dawn il-proġetti? Liema kienet il-kumpannija f'kull każ li ngħatat it-tender? Xi kriterji wżat il-Malta Enterprise sabiex ġie awarded kull tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul dawn l-aħħar sentejn hemm żewġ proġetti tal-Malta Enterprise li huma finanzjati taħt il –‘European Social Fund’.
1. L-ewwel proġett huwa mmirat dwar kif tiżdied il-kompettivita tan-negozji permezz ta’ l-istħarriġ taħt “Measure 3 Priority 2 - Lifelong learning and Social Inclusion.”,
2. It-tieni proġett huwa mmirat sabiex iħajjar it-twaqqif ta’ negozji minn nies bla xogħol, taħt l-inizjativa EQUAL - “Measure 2 C – Entrepeneurship.”
Biex jigi fis seħħ l-ewwel proġett nħarġu żewġ offerti.
i. L-ewwel offerta kienet tkopri il-publikazzjoni ta’ l-avvizi fil-ġurnali. – Din l-offerta taqa taħt ir-responsabilita tal Malta Enterprise. (L-offerta intrebhet)
ii. It-tieni offerta għat-taħrig tan-negozji– Din l-offerta taqa taħt ir responsabilta tad - Dipartiment tal Kuntratti minħabba li taqbeż l-għoxrin elf lira. (L-offerta intrebħet)
Biex jiġi fis seħħ it-tieni proġett – “Tħajjar it-twaqqif ta’ negozji minn nies bla xogħol” kien meħtieġ li jinħarġu erbgħa offerti:
i. Offerta għall programmi fuq it-televizjoni dwar it twaqqif tan-neġozji - Din l-offerta taqa taħt ir-responsabilita tal Malta Enterprise. (L-offerta intrebħet)
ii. Offerta għall publikazzjoni ta’ l-avvizi fil-gurnali u fuq billboards – Din l-offerta taqa’ wkoll taħt ir-responsabilita tal-Malta Enterprise. (l-offerta intrebħet)
iii. Offerta għat-taħrig ta’ nies bla xogħol – – Din l-offerta taqa taht ir-responsabilita tad-Dipartiment tal Kuntratti minħabba li taqbez l-għoxrin elf lira. (Id-data ta l-offerta għada kemm għalqet)
iv. Offerta għall monitorage tal progett – Din l-offerta taqa' taħt ir-responsabilita tal-Malta Enterprise. (l-offerta ippjanata)
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti li kienu funded mill-European Social Fund tul dawn l-aħħar sentejn f'xi dipartiment jew ente fid-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kull każ min kienu l-kumpanniji li ittenderjaw għal dawn il-proġetti? Liema kienet il-kumpannija f'kull każ li ngħatat it-tender? Xi kriterji ntużaw sabiex ġie awarded kull tender?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
F’dawn l-aħħar sentejn sar proġett wieħed permezz tal-European Social Fund. Dan kien it-Tourism and Support Services Training Programme li kien maqsum f’ħames attivitajiet prinċipali.
Dan il-proġett huwa mmexxi mill-Industry HR Development Unit ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta.
Il-kumpaniji li ressqu tender għal dan il-proġett kienu:
Malta Institute of Management
Ħabib
Consortium
MISCO, Optimum Results & JP Advertising
Creative Learning Media & A. Callus
Outlook Coop
Geoffrey Fisher.
It-tender intrebaħ mill-konsorzju tal-MISCO (MISCO International, Optimum Results & JP Advertising).
Il-kriterju li uża l-Kumitat ta’ l-Evalwazzjoni kien ibbażat fuq il-metodoloġija li biha saret il-proposta għall-proġett, kif ukoll fuq l-għarfien ta’ l-esperti f’termini tal-kwalifiki u l-kapaċitajiet professjonali tagħhom, l-esperjenza tagħhom f’din l-għalqa in ġenerali, u anke dik speċifika għal dan il-proġett.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti li kienu funded mill-European Social Fund tul dawn l-aħħar sentejn f'xi dipartiment jew ente fid-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kull każ min kienu l-kumpannji li ittenderjaw għal dawn il-proġetti ? Liema kienet il-kumpannija f'kull każ li ngħatat it-tender? Xi kriterji intużaw sabiex ġie awarded kull tender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabbilta' li jinġabar l-ammont kbir ta' ħamiem mejjet li qed ikun hemm fil-Floriana, b'mod partikolari f'Sir Luigi Preziosi Square?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li r-risponsabbilita' li jitnaddfu t-toroq meta dawn m'humiex prinċipali hija tal-Kunsill Lokali ta' dak il-lokal indikat. F'dan il-każ, il-Kunsill Lokali tal-Floriana.
Tista' il-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jsir is-
slum clearance
fl-
area
ta' St Liena u Irish Street, Bormla? Liema hi l-proprjeta' involuta? Fejn se jingħataw bħala akkomodazzjoni alternattiva r-residenti tal-proprjeta' li se titwaqqa'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li proġett li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant mistenni jibda s-sena d-dieħla wara li jitlesta l-bini ġdid fi Triq San Gwann u Triq Mariano Gerada, Bormla, fejn mistennija jingħataw akkomodazzjoni alternattiva r-residenti.
Il-proprjeta’ involuta f’dan il-proġett tinsab bejn Triq Hanover, Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi, Triq San Mark u l-Għolja ta’ Hanover.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta' bini ġdid fi Triq San Ġwann, Bormla? F'kemm units jikkonsisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-bini l-ġdid fi Triq San Ġwann, Bormla, li jikkonsisti f’51
unit
, lest mill-fażi strutturali u mistenni jkun lest minn kollox għall-bidu tas-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanniji li għadhom joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'inhu l-prodott li jimmanifatturaw? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema, maqsuma bejn nisa u rġiel?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP l-Imrieħel?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li Santa Venera u l-Imrieħel huma kkunsidrati biċċa waħda, id-dettalji li jidhru f'dir-risposta jinkludu lill-Imrieħel.
Ninsab infurmat li l-ispazju okkupat mill-Industrija f'Santa Venera u l-Imrieħel huwa ta' 45,896 metru kwadru. Ix-xogħol li jagħmlu huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-total tal-ħlas ta' kera annwali huwa ta' Lm131,256. Minħabba kunfidenzjalita' ma tistax tingħata informazzjoni individwali.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP Sta Venera?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17933.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP il-Marsa?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispazju okkupat mill-industrija fil-Marsa huwa ta' 251,639 metru kwadru. Ix-xogħol li jagħmlu huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. It-total tal-ħlas ta' kera annwali huwa ta' Lm477,825. Minħabba kunfidenzjalita' ma tistax tingħata informazzjoni individwali.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP Bulebel?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispazju okkupat mill-industrija f'Bulebel huwa ta' 222,081 metru kwadru. Ix-xogħol li jagħmlu huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. It-total ta' ħlas ta' kera annwali huwa ta' Lm648,429. Minħabba kunfidenzjalita' ma tistax tingħata informazzjoni individwali.
Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kienet tirċievi pensjoni ta' Lm260 kull erba' ġimgħat u wara li għalqet 61 sena bdiet tirċievi Lm232?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament m'għadhiex tirċievi sussidju fuq il-kont tad-dawl u l-ilma? Min hu intitolat għal dan is-sussidju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16433, f’Seduta Numru 340.
Jista' il-Ministru jgħid kif se jsir sabiex il-fabbriki f'Ricasoli industrial estate jiġu evakwati sabiex jintużaw fil-proġett ta' SmartCity@Malta? F'liema zona industrijali se jintbagħtu dawn il-fabbriki? Meta se jibda l-proċess ta' evakwar u allokazzjoni tal-fabbriki?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li hemm 22 kumpanija li bejniethom qed iħaddmu 291 impjegat u li qed jokkupaw 22 minn 24 sit li hemm f'Ricasoli.
Bħal ' issa beda l-proċess tad-diskussjonijiet biex isiru magħrufa l-eżiġenzi ta' l-inkwilini, u dan qed isir, fost affarijiet oħra, a bażi tal-kundizzjonijiet u responsabilitajiet li kienu ġew miftehma meta ingħatat lilhom il-fabbrika.
Tista' il-Ministru tgħid x'se tkun il-funzjoni eżatta (x'inhuma t-terms of reference) tal-proġett Home-Start Malta? Min huma l-persuni assenjati biex jaħdmu fuq dan il-proġett? X'inhi s-somma vvotata għal dan il-proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-proġett Homestart hu ntiż biex jipprovdi sapport lill-familji bi tfal taħt il-5 snin u li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet jew xi tip ta' kriżi. Dan is-sapport se jkun mogħti minn grupp ta' ġenituri voluntiera mħarrġa għal dan ix-xogħol u mmexxija minn persuna professjonali.
Ninsab infurmata wkoll li l-Aġenzija Appoġġ qed toffri l-għajnuna meħtieġa biex jitmexxa dan il-proġett, li hu sponsorjat mill-HSBC u l-Vodafone Foundation Maltali qed joffru Lm6,500 fis-sena għal sentejn.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP f'Ħ'Attard?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li skond informazzjoni mgħoddija lil Malta Enterprise mill-Malta Industrial Parks Ltd., l-ispazju okkupat mill-industrija f'Ħat-Attard huwa ta' 21,098 metru kwadru. Ix-xogħol li jagħmlu huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-total ta' ħlas ta' kera annwali huwa ta' Lm20,262. Minħabba kunfidenzjalita' ma' tistax tingħata informazzjoni individwali.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP fir-Ricasoli?
Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispazju okkupat mill-industrija f'Ricasoli huwa ta' 42,067 metru kwadru. Ix-xogħol li jagħmlu huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-total tal-ħlas ta' kera annwali huwa ta' Lm157,699. Minħabba kunfidenzjalita' ma tistax tingħata informazzjoni individwali.