Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet tat-traffiku mill-gwardjani lokali fl-ewwel erba' xhur tas-sena? Għal kemm kienu jammontaw? Jista' jgħid ukoll kemm saru ċitazzjonijiet fl-istess perijodu fejn l-akkuża kienet marbuta ma' l-ambjent u l-indafa?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq il-bini ta' lukanda fuq il-Cottonera waterfront?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Dan l-aħħar kelli laqgħa mall-periti u d-diretturi tal-Vittoriosa Gaming Ltd li għandhom l-obbligu jiżviluppaw il-hotel biswit il-Casino di Venezia. Waqt din il-laqgħa d-diretturi kkonfermaw li lestew il-pjanti neċessarji u l-pjanijiet għall-investiment tal-hotel. Fil-fatt il-kumpanija bdiet taħdidiet mall-MEPA dwar l-applikazzjoni għall-istess hotel.
Waqt l-istess laqgħa saru diskussjonijiet sabiex il-proċess tal-kostruzzjoni jimxi f'sinerġija ma proġetti oħra li hemm fix-xatt tal-Birgu, inkluż dak tal-landscaping.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi żvilupp dwar parkeġġ fin-naħa tal-Cottonera biex jaqdi l-bżonnijiet ta' l-operaturi fil-waterfront, u jekk dak li suppost isir taħt il-ground ta' l-iskola ta' Bormla għadux fil-pjanijiet? X'qed iżomm lill-gvern biex dan isir? Jista' jgħid kellux xi proposta mill-istess operaturi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti li kienu funded mill-European Social Fund tul dawn l-aħħar sentejn f'xi dipartiment jew ente fid-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kull każ min kienu l-kumpannji li ittenderjaw għal dawn il-proġetti ? Liema kienet il-kumpannija f'kull każ li ngħatat it-tender? Xi kriterji intużaw sabiex ġie awarded kull tender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tul dawn l-aħħar sentejn żewġ proġetti li jaqgħu taħt xi dipartimenti jew ente fid-dekasteru tiegħi gew finanzjati mill-European Social Fund.
Proġett ESF/No. 2 – Research and Mobility Action Plan for developing in-house Research Capacity (MCST). Taħt dan il-proġett inħareġ appalt għal servizzi (CT2440/2005 – Web Design, Training and Research Activity) bi tlett lottijiet. Tlett kumpanniji tefgħu l-offerta tagħhom: Allied Consultants, EMCS u Seasus. Tnejn minn dawn (EMCS u Allied Consultants) tefgħu offerta għat-tlett lottijiet u l-kumpannija l-oħra (Seasus) tefgħat offerta għal lot wieħed biss. Il-kumpannija EMCS rebħet il-kuntratt fuq il-kriterju li l-offerta kienet l-aktar offerta ekonomika u vantaġġuza.
Proġett ESF/No. 45 – Brochure outlining the family friendly measures in the public service (MPO). Dan il-proġett għadu kemm intgħażel wara li ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet. Għaldaqstant, dan il-proġett għadu ma bediex jiġi implementat u għalhekk l-ebda appalt ma ġie maħruġ.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18789, jista' il-Ministru jirrispondi t-tieni parti tagħha u jgħid min kienu l-kumpanniji li ttenderjaw għal kull proġett u liema kienet il-kumpannija li rebħet kull tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Din l-informazzjoni hija waħda publika u għaldaqstant kull offerta ġiet notifikata għall-publiku fl-ufficini tal-Malta Enterprise u tad-Dipartiment tal-Kuntratti respettivament.
Bħal ma diġa ġie ndikat f’mistoqsija 18789, ghall-ewwel progett li hu mmirat dwar kif tizdied il-kompettivita tan-negozji permezz ta’ l-istħarriġ nħarġu żewġ offerti.
i. L-ewwel offerta li taqa diretament taħt ir-responsabilita tal Malta Enterprise kienet tkopri l-publikazzjoni ta’ l-avvizi fil-ġurnali.
Il-kumpaniji li xeħtu l-offerta kienu:
1. BMS,
2. Mediacoop,
3. Logix,
4. MAS Communications,
5. JP Advertising,
6. ANG,
7. Communique Creative u
8. Market Link.
I-offerta ntrebħet min JP Advertising.
ii. It-tieni offerta minħabba li taqbeż l-għoxrin elf lira taqa taħt ir-responsabilta tad - Dipartiment tal Kuntratti. Din kienet tkopri t-taħriġ ta’ l-impjegati.
Il-kumpaniji li xeħtu l-offerta kienu:
1. Malta University Services,
2. Santucci & Brown / UHM,
3. MISCO,
4. Allied Consultants et Al,
5. Future Focus et Al,
6. PricewaterhouseCoopers u
7. MIM.
I-offerta ntrebħet minn Allied Consultants et Al.
Għat-tieni proġett – dak li “Tħajjar it-twaqqif ta’ negozji minn nies bla xogħol” hemm meħtieġ li jinħarġu erbgħa offerti:
i. L-ewwel offerta li taqa direttament taħt ir-responsabilita tal Malta Enterprise tkopri programmi fuq it-televizjoni dwar it twaqqif tan-neġozji.
Il-kumpaniji li xeħtu l-offerta kienu:
1. Drunken Angel Ent,
2. Blaze Production,
3. MPS Marketing Communications,
4. 26th Frame Ltd,
5. Audiovisual Plus,
6. Studio Seven,
7. DEE Media TV Ltd. u
8. Monarch Ltd.
I-offerta ntrebħet min Audiovisual Plus.
ii. It-tieni offerta tkopri l-publikazzjoni ta’ l-avvizi fil-ġurnali u fuq billboards. Din taqa’ diretament taħt ir-responsabilita tal-Malta Enterprise.
Il-kumpaniji li xeħtu l-offerta kienu:
1. Market Link,
2. ANG,
3. Regency Advertising,
4. MAS Communications,
5. Aspects Communications,
6. AG Ventures,
7. BMS,
8. JP Advertising,
9. Peak Ogilvy Advertising,
10. ES Events Services u
11. Communique Creative.
I-offerta ntrebħet min JP Advertising.
iii. It-tielet offerta tkopri t-taħrig ta’ nies bla xogħol. Din taqa taħt ir-responsabilita tad-Dipartiment tal Kuntratti minħabba li taqbeż l-għoxrin elf lira.
Din l-offerta għada kemm għalqet u bhalissa qiegħda tigi evalwata u għaldaqstant ma nistax nagħti nformazzjoni fuq din l-offerta.
iv. Ir-raba offerta tkopri il-moniteraġ tal progett. Din taqa’ direttament taħt ir-responsabilita tal-Malta Enterprise.
Din l-offerta qiegħda fil-process li tiġi ppublikata u għaldaqstant ma nistax nagħti aktar informazzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13044 ta' l-20 ta' Ġunju 2005 meta b'riferenza għal xogħol fi Triq is-Sur Santa Liena, Bormla, il-Ministru qal li x-xogħol isir skond il-prioritajiet li joħorġu mill-programm ta' bini ta' toroq li jridu jinbnew mill-ġdid, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-priorita' ta' xogħol fuq din it-triq, issa li għaddew aktar minn sitt xhur minn dak l-istatement tal-Ministru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-ġimgħat li għaddew, rappreżentanti tal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq u ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport żaru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u ħejjew lista ta’ toroq li huma responsabbilta’ tal-Gvern Ċentrali.
Bħalissa qed isiru l-prijoritajiet u jinħadmu l-istimi dettaljati għax-xogħlijiet meħtieġa f’dawn it-toroq.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul annwali fis-sena 2005 mingħajr surcharge mill-Enemalta u l-WSC għal dawn l-impriżi kummerċjali:
a) micro impriżi (inqas minn għaxar impjegati)
b) impriżi żgħar (anqas minn 50 impjegati)
c) impriżi medji (anqas minn 250 impjegati)
d) impriżi bil-fuq minn 250 impjegati?
X'ikun l-ammont tas-surcharge matul is-sena 2006 kieku l-konsum ikun bħal ta' l-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għar-request for proposal għall-industrija tal-films maħruġa mill-Ministeru tiegħu, jaħsibx il-Ministru li wara seba' snin topera il-film commission ma tafx eżattament fejn huma l-gaps fl-industrija lokali tal-films?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanti/dokumenti dwar xogħol ipprogrammat għall-iskola G Despot, f'Bormla? Meta se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 17669.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu d-dħul totali annwali għas-sena 2005 ta' l-Enemalta u d-WSC mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-konsumaturi kummerċjali mingħajr is-surcharge?
X'se jkun id-dħul mis-surcharge matul l-2006 fuq dawn l-ammonti ta' sena qabel kieku kellhom jikkonsmaw l-istess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18789, jista' il-Prim Ministru jgħid liema kienu l-kumpanniji li ttenderjaw għall-offerta għat-taħriġ għan-negozju marbuta ma' Measure 3 Priority 2 - Lifelong Learning and Social Inclusion?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kumpanniji li tefgħu offerta kienu dawn:
Malta University Services
Santucci & Brown/UHM
MISCO
Allied Consultants/VLG/IBEC
Future Focus/KTS/UHY
Pricewaterhouse Coopers
Malta Institute of Management
Tempji tal-Ġgantija — Inawgurazzjoni ta' l-Audio Information Pod
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li waqt l-inawgurazzjoni ta' l-Audio Information Pod fit-tempji tal-Ġgantija, ingħataw numru ta' pods bħala donazzjoni lil Heritage Malta? Kemm-il pod ingħataw u jekk hux b'xejn? Minn min ingħataw? Jista' jgħid jekk dawn hux biżżejjed biex ikopru l-ammont ta' viżitaturi li jkun hemm f'ħin wieħed?
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kumpannija li tat il-pods b'xejn, hux qed tikkompeti f'tender simili ta' Heritage Malta fit-tempju ta' l-Imnajdra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Audio Information Pod li ġie installat fit-tempji tal-Ġgantija ġie moghti mingħajr ebda ħlas minn Exalta Projects. Dan ser iservi sabiex joffri spjegazzjoni ta’ ħames minuti u b’sitt lingwi differenti dwar l-istess tempji. L-imsemmi Audio Information Pod huwa intenzjonat għall-użu minn visitaturi individwali.
Exalta Projects wiegħdet Audio Information Pod ieħor lill-Heritage Malta. Għad irid jiġi deċiz l-aħjar sit fejn ser jitqieghed.
M’hemm l-ebda tender għal provvista ta’ apparat simili fit-tempji ta’ l-Imnajdra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata t-triq li mill-Kalkara tagħti għat-Toqba tal-Birgu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT wettqet xogħlijiet ta’ patching u anke tindif ta’ din it-triq riċentament biex b’hekk tkun aktar aċċessibli.
Sa dan it-tant l-ADT qed thejji proġett estensiv għal din it-triq . It-tender għax-xogħlijiet tkun tista' toħroġ hekk kif jingħata permess għax-xogħlijiet mill-MEPA .
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex waqaf ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-kappella tas-Salvatur fil-Kalkara? Meta hemm il-ħsieb li jitkompla x-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ewwel fażi tal-proġett kien ikopri xogħol fuq ġewwa tal-kappella. Dan ix-xogħol huwa prattikament lest u kien ġie mwettaq miċ-Ċentru Malti tar-Restawr ta’ Bighi.
Ix-xogħol li baqa’ jsir fuq ġewwa u dak ta’ barra ser jitkompla mill-ħaddiema tas-Sezzjoni tar-Restawr fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet. Dan jinkludi twaħħil t’aperturi ġodda u bieb prinċipali li huwa nieqes. Ix-xogħol mistenni jitkompla għal bidu ta’ Settembru ta’ din is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla? Għad hemm ħsieb li jitħaffer biex isir carpark? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda x-xogħol? Jekk le, ma jistax jikkonsidra li hemm isir ground artifiċjali biex jitgawda mit-tfal ta' Bormla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Bħalma jaf l-Onorevoli membru fil-ground ta' l-iskola ta' Bormla se jsir multi-storey underground car park. Għadhom għaddejjin preparamenti biex dan isir u l-ħsieb huwa li l-ground preżenti jerġa' jifforma ruħu fuq is-saqaf tal-car park għal użu ta' l-iskola.