Legislature:
Category:
Reset
Active:

Maċina Dev. Co. Ltd.

Question

F'Ottubru 2005 fi tweġiba parlamentari l-Ministru kien qal li l-Maċina ġiet mogħtija b'ċens lil Maċina Dev. Co. Ltd., jista' il-Ministru jgħid jekk din il-kumpannija għamlitx xi applikazzjonijiet għal xi xogħol fil-bini tal-Maċina, u jekk fl-affermattiv, dan x'inhu? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid lin-nies tal-Kottonera, b'mod partikolari ta' l-Isla, meta jista' jitjieb l-ambjent f'dan il-post?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Mir-records ta’ l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), ma jidhirx li hemm xi applikazzjonijiet sottomessi mill-kumpanija Macina Dev. Co. Ltd għal xi xogħlijiet fil-Marina tal-Kottonera. Peress li l-Maċina ta’ l-Isla hija parti mill-proġett tal-Kottonera, l-applikazzjonijiet ġew sottomessi mill-Cottonera Waterfront Group u mill-Grand Harbour Marina Ltd.

Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera, il-karigi li jokkupaw u jekk u min jingħata xi kumpens/allowance? Kemm ingħataw fondi għal dan il-kumitat, sena b'sena mill-1996 sal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaż-Żabbar — Triq Prof. J G Baldacchino

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir resurfacing ta' Triq Profs J.G. Baldacchino f'Ħaż-Żabbar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-triq hawn fuq msemmija tagħmel parti mill-lista ta’ toroq li l-ADT identifikat għal programm għall-bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali. L-uffiċjali tal-ADT qegħdin jistudjaw ix-xogħlijiet meħtieġa f'din it-triq minħabba problemi ta' livelli u possibilitajiet ta' esproprjazzjoni li fiha din it-triq.

Ta' Qali Crafts Village

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta u għaliex tneħħew il-full-timers li kienu assenjati sabiex inaddfu l-area ta' Ta' Qali Crafts Village?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħamel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Peress li l-proġett tal-Crafts Village f'Ta' Qali ilu jingħad li se jibda, fosthom f'Jannar tas-sena 2000, meta l-Kabinett approva l-proġett u meta l-aħħar wegħda kienet li x-xogħol kellu jibda f'Mejju/Ġunju 2004, jista' il-Ministru jgħid x'sar minn dan il-proġett imwiegħed għal kważi 20 sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa qed jiġu ppreparati s-sejħiet għall-iżvilupp mill-Ministeru responsabbli mill-Iżvilupp Urban u Toroq.

It-Tieni Distrett — Toroq Residenzjali

Question

Peress li meta jsiru mistoqsijiet parlamentari fuq toroq il-Ministru jirrispsondi li "qed isir programm ta' xogħlijiet ta' toroq residenzjali", jista' il-Ministru jgħid jekk din saritx għal lokalitajiet tat-Tieni Distrett u jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT bdiet bil-bini mill-ġdid ta' diversi toroq residenzjali skond il-program ta' xogħlijiet ta' toroq. Triq Patri Taddew Schembri, parti minn Triq il-Magħsar u parti minn Triq il-Ħofra ġewwa Haż Żabbar ġew mibnija mill-ġdid u tlestew dan l-aħħar. L-ADT bħalissa qed tagħmel xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' toroq f'parti minn Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, Triq A Falzon u parti minn Triq il-Ħbit mill-Ajru fil-Kalkara. L-ADT fil-ġranet li għaddew ħarġet tender għall-bini mill-ġdid ta' Triq San Lawrenz ġewwa il-Birgu.

It-Tieni Distrett — Toroq Residenzjali

Question

Peress li meta jsiru mistoqsijiet parlamentari fuq toroq il-Ministru jirrispsondi li "qed isir programm ta' xogħlijiet ta' toroq residenzjali", jista' il-Ministru jgħid jekk din saritx għal lokalitajiet tat-Tieni Distrett u jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT bdiet bil-bini mill-ġdid ta' diversi toroq residenzjali skond il-program ta' xogħlijiet ta' toroq. Triq Patri Taddew Schembri, parti minn Triq il-Magħsar u parti minn Triq il-Ħofra ġewwa Haż Żabbar ġew mibnija mill-ġdid u tlestew dan l-aħħar. L-ADT bħalissa qed tagħmel xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' toroq f'parti minn Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, Triq A Falzon u parti minn Triq il-Ħbit mill-Ajru fil-Kalkara. L-ADT fil-ġranet li għaddew ħarġet tender għall-bini mill-ġdid ta' Triq San Lawrenz ġewwa il-Birgu.

J.L. G. Despott — Studenti

Question

Peress li x-xogħol fuq il-kulleġġ ġdid fl-iskola Verdala jibda fis-sajf li ġej, jista' il-Ministru jgħid f'liema skola se jattendu l-istudenti tal-J.L. ta' G. Despott?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti kollha tal-Junior Lyceum ta' Verdala se jintbagħtu temporanjament fl-iskola Adelaide Cini fil-Ħamrun sakemm jitlesta x-xogħol fl-iskola tal-Verdala.

Bormla — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala pazjenti li jattendu ċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla għall-viżta ta' l-għajnejn qed isirilhom appuntament f'ċentru tas-saħħa ieħor? Jista' jgħid jekk dan ifissirx li dan is-servizz mhux se jibqa' jingħata fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-viżta ta' l-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa jingħata minn Optometrists. Is-sena li għaddiet dawn irreżenjaw kollha minn mal-gvern, u d-Diviżjoni tas-Saħħa għamlet attentati mingħajr suċċess sabiex jimpjega Optometrists ġodda. Safrattant, biex dan is-servizz ikompli jingħata, id-Diviżjoni tas-Saħħa għamlet ftehim ma' Optometrists privati u s'issa nstabu biżżejjed Optometrists privati sabiex naqdu l-bżonnijiet tal-pazjenti fiċ-Ċentri kollha ħlief dawk ta' Raħal Ġdid u ta' Bormla. Għalhekk, sakemm jiġu mpjegati Optometrists ġodda, il-pazjenti ta' dawn il-lokalitajiet qed jiġu offruti appuntamenti tal-għajnejn fi Ċentri tas-Saħħa oħrajn.

Żabbar — Girdle Road

Question

Peress li saret parti minn Girdle Road Zabbar, jista' il-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-partijiet l-oħra jsiru u jekk fl-affermattiv, meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Novembru tas-sena l-oħra l-ADT organizzat Training Seminar għall-kuntratturi lokali, bl-iskop li jsir taħriġ fuq bini ta’ toroq. Għal dan it-taħriġ intagħżlet sezzjoni ta’ madwar 160m fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dan it-taħriġ tlesta fi Frar. Il-parti tat-triq li ma ġietx irranġata hija inkluża fil-program ta’ toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji programm għal bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Kottonera — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema xogħol qed isir mill-ELC fil-Kottonera?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Environment Landscaping Consortium (ELC) jieħdu ħsieb is-soft areas fit-toroq arterjali fil-Kottonera b'mod regolari kif ukoll il-kuntratti tal-Kunsilli Lokali tal-Kalkara u tal-Birgu.

Lines Sofor (No Parking)

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi proċedura tittieħed sabiex isir line isfar (no parking) quddiem residenzi jew ħwienet? X'jiġġustifika li f'lok isir u ieħor le?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-approvazzjonijiet għal single yellow lines huma ġeneralment assoċjati ma’ problemi fejn il-wesgħa tat-triq ma tkunx tippermetti li jsir parking għal diversi raġunijiet.

Malta Shipyards

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema tip ta' xogħol fil-Malta Shipyards qed jingħata lill-kuntratturi privati?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Malta Shipyards tagħti xogħol ta’ natura okkażjonali lill-kuntratturi privati meta dan it-tip ta’xogħol ikun meħtieg li jsir fil-faċilitajiet tagħha. Eżempji ta’ dan it-tip ta’ xogħol huwa kif gej: - Xogħol li jkun marbut ma’ l-ambjent; Xogħol ta’ manutenzjoni fuq sistemi ta’ Arja Ikkundizzjonata; Xogħol ta’ manutenzjoni fuq tagħmir ta’ tifi tan-nar; Xogħol ta’ manutenzjoni fuq sistemi ta’ CCTV; Xogħol ta’ tisbieh fl-imħazen u uffiċini. Il-Malta Shipyards tagħti ukoll xogħol lill-kuntratturi privati f’ każi fejn ikun meħtieg xogħol specjalizzat fuq ċerti proġetti. Dan it-tip ta’ xogħol specjalizzat, ħafna drabi jkun marbut ma’ xogħol fil-qasam ta’: L-Elettriku, Xogħol fuq sistemi ta’ tifi tan-nar, kif ukoll Xogħol marbut ma’ l-Inġinerija.

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati humiex intitolati għal ġurnata time-in-lieu meta jkunu night shift f'xi ġurnata li taħbat festa pubblika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li jaħdmu night-shift f’festi pubblika huma ntitolati għall-sitt (6) sigħat time-off-in-lieu meta l-festa pubblika taħbat fost il-ġimgħa. Ma jingħata l-ebda time-off-in-lieu meta l-festa pubblika taħbat is-Sibt jew il-Ħadd.

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk jarahiex ġusta li s-suldati huma fi grad 16? Ma jaħsibx li din għandha tiġi rranġata sabiex il-grad tagħhom ikun jiġġustifika r-responsabbilta' li għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-Armata għamlet proposti dwar is-suġġett u dawn għadhom qed jiġu kkunsidrati. Is-suldati li għandhom salarju fi skala 16 huma fir-rank ta’ Gunner li huwa l-grad li wieħed jibda bih fl-Armata. L-iskala 16 hija ukoll l-istess waħda li wieħed jibda biha f’diversi gradi tas-Servizz Pubbliku, fosthom il-gradi ta’ Clerk, Care Worker, Custodian and Guide, Printer u Tradesman.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li ssir ir-reviżjoni tal-pensjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Leg 10 PQ #19654 Sitting 398 2006-06-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Piraterija

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu dawk it-trattati fejn tidħol piraterija, copyright u intellectual property li ffirmat u rratifikat Malta? Mew ġew iffirmati?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Malta ffirmat jew irratifikat it-trattati sussegwenti: a. World Intellectual Property Organisation (WIPO): Il-Berne Convention for the Protection of Literary and Artistic Work daħlet fis-seħħ vis-à-vis Malta fil-21 ta' Settembru 1964; Ir-Rome Act li jemenda l-Berne Convention daħal fis-seħħ għal Malta fit-21 ta' Settembru 1964; Il-Paris Act li jemenda l-Berne Convention daħal fis-seħħ għal Malta fit-12 ta' Diċembru 1972. Il-Paris Convention for the Protection of Industrial Property daħlet fis-seħħ għal Malta fl-20 t'Ottubru 1967; Il-Lisbon Act li jemenda l-Paris Convention daħal fis-seħħ għal Malta fl-20 t'Ottubru 1967; L-iStockholm Actli wkoll jemenda l-Paris Convention daħal fis-seħħ għal Malta fit-12 ta' Diċembru 1977. Malta ffirmat it-Trademark Law Treaty fit-28 ta' Ottubru 1994. Il-WIPO Convention daħlet fis-seħħ vis-à-vis Malta fis-7 ta' Diċembru 1977. b. UNESCO : Malta aċċediet għall-Universal Copyright Convention fid-19 t'Awissu 1968. c. WTO : Malta hija firmatarja ta' l-Agreement on Trade Related Aspects of Intellectual Property Rights. Dan l-Agreement daħal fis-seħħ hekk kif daħlet fis-seħħ l-Organiżżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
Leg 10 PQ #19655 Sitting 398 2006-06-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Servizz ta' marketing u Public Relations

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-kumpanniji jew individwi li joffru servizz ta' marketing u Public Relations li taw is-servizz tagħhom lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin bejn Ġunju 2005 u Ġunju 2006? X'kienu dawn is-servizzi għal kull każ, għal liema okkażjoni u x'kien il-ħlas għal kull servizz?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ma kien hemm l-ebda kumpanija jew individwi li offrew servizz ta` Marketing u Public Relations lill-Ministru ta` l-Affarijiet Barranin bejn Ġunju 2005 u Ġunju 2006.
Leg 10 PQ #19656 Sitting 398 2006-06-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Private segretary staff

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu bejn Mejju 2005 u Mejju 2006? X'karigi kienu jokkupaw u meta ngħataw din il-ħatra?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru qed jitlob parir mingħand l-Avukat Ġenerali biex ikun aċċertat li l-informazzjoni li tingħata ma tmurx kontra l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data .