Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20010 u jgħid f'kemm-il cost centre hi maqsuma l-Malta Shipyards? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema (skond il-grad) f'kull ċentru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Malta Shipyards hi maqsuma f'74 'cost centre', li jgħinu fl-identifikazzjoni tax-xogħol, kif ukoll fl-allokazzjoni ta' l-ispejjeż involuti. In-numru ta' nies f'kull 'cost centre' hija informazzjoni dwar kif inhu organiżżat ix-xogħol fit-tarzna u għaldaqstant hija informazzjoni ta' natura kummerċjali.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtha, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħataf’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi, inkluż il-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu, użaw il-konsulenzi kif jidher hawn taħt mil-1 ta` Jannar 2006 sal-lum.
Konsulent
Servizz
Ħlas
Ganado & Associates
Konsulenza Legali
Lm 354.00
Shield Security Consultants
Konsulenza dwar Sigurta`
Lm 472.00
Dr Luisa Gauci Baluci
Konsulenza
Lm 3,525.00
Lm 4,351.00
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Ministeru għamel użu minn 4 konsulenti, kollha Maltin mill-1 ta' Jannar 2006 'il hawn. Dawn kienu Mr Paul Attard, Mr Joseph Sammut, Mr Kenneth Wain u Mr Jacques Sciberras. L-ewwel 3 konsulenti li jaħdmu fil-qasam ta' l-edukazzjoni, għandhom remunerazzjoni fissa filwaqt li Mr Sciberras, ekonomista li jagħti pariri dwar l-edukazzjoni avvanzata u ogħla jitħallas skond ix-xogħol ta' konsulenza li jagħmel.
Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtha, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhu d-dħul li jrid ikollu individwu sabiex ikun jista' jibbenefika minn għajnuna medika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Għajnuna għal Mard li titħallas taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Jekk dan hu l-każ, ninsab infurmata li biex persuna tkun intitolata għal din l-Għajnuna ma jridx ikollha assi kapitali li jaqbżu Lm6,000, jekk tkun persuna weħedha, jew Lm10,000 f’każ ta’ koppja miżżewġa.
F’każ ta’ persuna li ma taħdimx id-dħul tagħha fil-ġimgħa, ikkalkulat skond it-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta’ l-imsemmi Att, ma jridx jaqbeż Lm9.30 għal persuna weħedha u Lm12.80 għal koppja miżżewġa.
Fejn familja tkun komposta minn aktar persuni mill-persuna singla jew mill-kap tal-familja u martu, skond il-każ, il-limiti ta’ dħul imsemmija qabel jiżdiedu bi Lm3.50 fil-gimgħa għal kull persuna addizzjonali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru tat-tenants eżistenti fil-crafts village ta' Ta' Qali li ffirmaw il-ftehim dwar il-proġett li għandu jsir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kull tenant eżistenti fil-villaġġ tal-artiġjanat ta' Ta' Qali qabel mal-proposti u l-pjannijiet il-ġodda għal-villaġġ il-ġdid. Filfatt it-tenants kollha eżistenti iffirmaw, ħlief għal żewġ tenants eżistenti li qed jistennew is-sejħa mid-Dipartiment tal-Artijiet u tenant eżistenti ieħor li għażel li ma' jkollux x'jaqsam mal-villaġġ il-ġdid propost.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tkun tista' tikkwalifika għal karta r-roża u l-kartuna s-safra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li biex persuna tkun intitolata għall-Għajnuna Medika bla Ħlas ma jridx ikollha assi kapitali li jaqbżu Lm4,000, jekk tkun persuna weħedha, jew Lm7,000 f’każ ta’ koppja miżżewġa.
F’każ ta’ persuna li ma taħdimx id-dħul tagħha fil-ġimgħa, ikkalkulat skond it-Tielet Parti tat-Tieni Skeda ta’ Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, ma jridx jaqbeż Lm11.75 għal persuna weħedha u Lm15.25 għal koppja miżżewġa.
F’każ ta’ persuni li jaħdmu, d-dħul mill-impjieg ma jridx jaqbeż Lm49.88 fil-ġimgħa għal persuna waħedha u Lm53.38 fil-ġimgħa għal persuna miżżewġa.
Fejn familja tkun komposta minn aktar persuni mill-persuna singla jew mill-kap tal-familja u martu, skond il-każ, il-limiti ta’ dħul imsemmija qabel jiżdiedu bi Lm3.50 fil-gimgħa għal kull persuna addizzjonali.
Irrid niċċara li t-tagħrif mogħti bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16627 f’Seduta Numru 345 kien jirrigwarda r-rekwiżiti biex persuna tkun intitolata għall-Għajnuna għal Mard u mhux għall-Għajnuna Medika bla Ħlas.
Il-ħruġ tal-Karta s-Safra ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tkun tista' tikkwalifika għal karta r-roża u l-kartuna s-safra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex xi ħadd ikollu l-kartuna r-roża jkun irid jikkwalifika wara li jsirlu means test mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jew inkella jkun pazjent li jbagħti mid-dijabete, lebbra jew tuberkulożi.
Il-kartuna s-safra tinħareġ jekk pazjent ikun ibagħti minn xi waħda mill-mard li hemm imniżla fl-Iskeda V Parti 2 tal-Att tas-Sigurta' Soċjali.