Legislature:
Category:
Reset
Active:

Membri ta' l-armata

Question

Peress li AFM Order Ser. No. 149 u 1 Regt Part 1, order Ser No. 129, Para 459 se tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008, jista' il-Prim Ministru jgħdi x'se tkun is-sitwazzjoni ta' dawk is-suldati li jispiċċaw qabel ikollhom biżżejjed servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li jispiċċaw qabel ma jkollhom 25 sena servizz jieħdu pensjoni ‘pro-rata’ skond it-tul tas-servizz li jkunu għamlu.

Żieda fl-għoli tal-Ħajja

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hux l-anzjani kollha ħadu ż-żieda għall-għoli tal-ħajja mħabbra fl-aħħar budget? Jista' allura jara x'inhi r-raġuni għaliex l-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament kienet irċeviet Lm37.24 f'Jannar 2005 u f'Ġunju 2006 għadha tirċievi Lm37.24?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex wara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kellha r-reviżjoni fil-pensjoni, il-pensjoni baqgħet l-istess għall-perjodu bejn l-2001 u Jannar 2003?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Leg 10 PQ #20320 Sitting 422 2006-07-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Public Relations/Marketing

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-kumpanniji u/jew persuni li wettqu xogħol ta' public relations jew marketing għall-Ministeru bejn Mejju 2003 u l-aħħar ta' Mejju 2006? F'liema okkażjoni u kemm kien il-ħlas kull darba?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena infurmat li l-Ministeru ma qabbad l-ebda kumpanija/i jew persuna/i biex iwettqu xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew marketing bejn Mejju 2003 u l-aħħar ta' Mejju 2006.

ETC — Sewwieqa barra minn Malta

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' min jagħmel ħidma mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex jgħallem persuni li jkunu jridu jmorru sewwieqa barra minn Malta? Kemm hu l-ħlas li jirċievi l-instructor għal kull persuna li tmur titgħallem? Minn dawk li attendew għat-taħriġ matul is-snin 2004 u 2005, kemm minnhom marru jaħdmu barra minn Malta u fejn? Kien hemm xi ħadd li ntbagħat lura għax ma kienx skond standards Ewropej? Dan it-taħriġ huwa b'xi mod funded mill-Unjoni Ewropea? Jekk iva, liema programm u kemm hu l-grant?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntrattur huwa Swallows Garage. Il-kumpanija ntgħażlet wara sejħa għall-offerti li ħarġet is-sena l-oħra u tagħlaq f'Settembru ta' din is-sena. Ir-rata mħallsa mill-Korporazzjoni għal dan is-servizz huwa ta’ Lm206.50 għal kull persuna li titħarreġ. L-uffiċċju tal-EURES tal-KXT ma jżommx informazzjoni dwar min eventwalment telaq minn Malta sabiex jaħdem barra jew ġie lura.

Eżamijiet biex jinstaqu l-vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu ma' l-instructors li jtellgħu persuni għall-eżamijiet biex il-vetturi tagħhom ikunu skond il-liġi u jkollhom pedali fuq in-naħa ta' l-instructor barra fuq in-naħa tal-persuna li qiegħda titgħallem? Sakemm kien id-deadline biex isiru l-modifiki neċessarji? Kien hemm xi eċċezzjoni ma' xi ħadd u għaliex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fis-17 ta’ Marzu li għadda t-Taqsima responsabbli mit-testijiet tas-sewqan kienet kitbet lill-iskejjel għat-tagħlim tas-sewqan biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tal-vetturi tagħhom rigward l-aspetti tekniċi stabbiliti mil-liġi. Dan kellhom jagħmluh sat-30 ta’ April. Waħda mill-iskejjel kienet talbet estensjoni b’ġimgħa u din ingħatatilha. Din l-iskola rregolarizzat il-pożizzjoni tal-vettura fil-perijodu msemmi.

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20009 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li l-proġett tal-Crafts Village f'Ta' Qali ilu jingħad li se jibda, fosthom f'Jannar tas-sena 2000, meta l-Kabinett approva l-proġett u meta l-aħħar wegħda kienet li x-xogħol kellu jibda f'Mejju/Ġunju 2004, jista' il-Ministru jgħid x'sar minn dan il-proġett imwiegħed għal kważi 20 sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Kien deċiż li għall-aħħar tas-sena d-dieħla l-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq jikkordina l-ħidma sabiex jinħarġu t-tenders. Minn dak iż-żmien l'hawn sar studju ta' vijabilita' fuq il-proġett minħabba li nbidel il-ħsieb dwar kif dan għandu jkun iffinanzjat. Wara dan l-istudju ittieħdu d-deċiżjonijiet dwar kif ser jinqassmu u jinħarġu t-tenders. Wara dawn id-deċiżjonijiet bdiet il-ħidma ta' konklużjoni tad-dokument tat-tenders. Fil-fatt twaqqfet task force minn uffiċjali minn ndiversi entitajiet sabiex, itlestew dawn it-tenders. Ix-xogħol ta' din it-task force hu mistenni jitlesta' fil-ġimgħat li ġejjin.

Ta' Qali Crafts Village

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20008 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta u għaliex tneħħew il-full-timers li kienu assenjati sabiex inaddfu l-area ta' Ta' Qali Crafts Village?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ta' Qali — Public Toilets

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20012 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta nbnew it-toilets pubbliċi fil-crafts village f'Ta' Qali? Meta bdew jintużaw jekk qatt intużaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Yacht marinas

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-yacht marinas li hawn f'pajjiżna u x'inhi l-kapaċita' ta' kull waħda minnhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-yacht marinas li hawn f'pajjiżna huma dawn: Yacht Marina Numru ta' rmiġġi Msida Marina u Ta' Xbiex 789 Mġarr Għawdex 186 Manoel Island Marina 400 Portomaso Marina 110 Grand Harbour Marina 214 pontoon berths u 33 syperyacht berths.

Kottonera — Gallariji ta' l-Injam

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-aħħar skema ta' irranġar ta' gallariji ta' l-injam tapplikax ukoll għall-Kottonera?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-5 ta’ Ġunju 2006 għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19469.

Immigranti Illegali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu Malta immigranti illegali fis-snin 2004, 2005 u din is-sena? Kemm minnhom ġew ripatriati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kienu waslu Malta 1,388 immigranti illegali, filwaqt li ġew ripatrijati 704. Fis-sena 2005 kienu waslu 1,822 u ġew ripatrijati 955.

Bormla — Pjazza G. Gulia

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ fuq il-kaptelli u gradilja, li issa saru perikolużi, fi Pjazza G. Gulia, Bormla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT ħarġet tender biex issir il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-gradilji u tappiera fit-toroq arterjali u distributorji. Dan it- tender ġie aġġudikat fil-ġranet li għaddew u x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġranet li ġejjin.

Birgu — Xogħol fuq l-istatwa ta' San Lawrenz

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux responsabbilta' tal-Cottonera Rehabilitation Committee ix-xogħol fuq l-istatwa ta' San Lawrenz fil-pjazza tal-Birgu? Meta se jitlesta x-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba ser tinghata f'xi seduta ohra.

Baċir Nru 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq il-proġett ta' baċir numru 1?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Fl-aħħar ta' Ġunju l-konsorzju Romegas ippreżenta l-proposti dettaljati arkitettoniċi u finanzjarji. Issa beda l-perjodu ta' evalwazzjoni u negozjar ta' dawn il-proposti, bejn il-bord maħtur għall-dan il-għan u l-konsorzju magħżul.

Impjiegi — Ħaddiema li ħarġu bis-sensja

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20011 u jgħid kemm ingħataw sensji xahar b'xahar minn Jannar, 2006 sal-lum u jgħid ukoll minn liema settur kienu ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Mejju 2006 irreġistraw 1,175 persuna u fl-istess perjodu kien hemm 1,967 persuna li kienu jirreġistraw mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u sabu xogħol. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ persuni li ngħataw sensji u ġew jirreġistraw xahar b’xahar

Birgu — Ġnien Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-ġnien pubbliku li suppost se jsir fuq l-appartamenti f'Sant'Anġlu fil-Birgu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Birgu — Ġnien Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-ġnien pubbliku li suppost se jsir fuq l-appartamenti f'Sant'Anġlu fil-Birgu?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #20193 Sitting 417 2006-07-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Birgu — Ġnien Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-ġnien pubbliku li suppost se jsir fuq l-appartamenti f'Sant'Anġlu fil-Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Pensjonijiet — Ex-Ħaddiema tat-Tarzna

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se ssir ir-reviżjoni tal-pensjoni ta' l-ex-ħaddiema tat-Tarzna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li r-reviżjoni tal-pensjonijiet ta' l-ex ħaddiema tat-Tarzna saru s-sena l-oħra. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għar-reviżjoni ta' dawn il-pensjonijiet li rriżultat meħtieġa mid-diskrepanza fis-salarji kif provduti lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mit-Tarzna, ninsab infurmata li dan il-proċess għaddej u kif jintemm isir il-ħlas dovut.