Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħruġ ta' Visa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mara ta' nazzjonalita' barranija barra l-Unjoni Ewropea, miżżewġa u tgħix regolarment ma' żewġha Malti, tistax tilqa' għandha u tagħmel tajjeb għall-ħruġ ta' visa għall-familjari tagħha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull applikazzjoni għall-ħruġ ta' visa tkun ikkunsidrata skond il-meriti u ċirkostanzi tal-każ individwali.

Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li sabiex anzjani rikoverati fil-homes ta' l-anzjani jkollhom aċċess ta' arial tat-tv iridu jħallsu? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-ħlas?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjani residenti ġod-Djar tal-Anzjani tal-Gvern ma jħallsux tal-arial Tat-T.V..

Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ħlas li qed jintalab lill-anzjani fil-homes sabiex jitteħdilhom id-demm fl-istess home u ma joqogħdux imorru l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjani residenti fid-Djar ta' l-Anzjani tal-Gvern ma jintalbu l-ebda ħlas sabiex jitteħdilhom id-demm fl-istess dar ta' l-anzjani u ma joqgħodux imorru l-isptar. Ma neskludix il-fatt li hemm residenti li b'mod privat iġibu t-tabib tagħhom tal-familja jew nurse privata biex jitteħdilhom id-demm.

Manutenzjoni f'fond

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet it-talba sabiex jinbidel saqaf fil-proprjeta' li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'inhi l-possibbilta' li l-inkwilini jixtru din l-istess proprjeta'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tender għax-xogħol indikat fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija ingħatat u x-xogħol mistenni li jsir fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla. Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni taħt l-iskema Sir Sid Darek mill-inkwilini tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant.

SVPR/Bormla Home

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għad-dħul f'San Vincenz de Paule u f'Bormla home?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninfoma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għad-dħul f'San Vinċenz de Paul hu 714 mentri dawk għad-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla hu 157.

Operazzjonijiet tal-Kataretti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-operazzjonijiet tal-kataretti? Kemm-il operazzjoni ta' dan it-tip issir kull ġimgħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li sas-27 ta' Settembru 2006 iċ-ċifra ta' pazjenti fuq il-waiting list għall-operazzzjonijiet tal-kataretti hi ta' 3,883. L-ebda waħda hija urġenti. F'Ġimgħa jsiru medja ta' 34 operazzjoni tal-katarretti.

Pulizija — Ingaġġ ta' kuntistabbli

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-aħħar sejħa għall-ingaġġ ta' kuntistabbli? Jista' jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-għażla u kemm se jkun in-numru ta' dawk li se jiġu ingaġġati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċess ta' l-għażla tar-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija wasal biex ikun finalizzat.

Awtorita' tad-Djar — Xiri ta' post mill-inkwilini

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jistax jinxtara minn min qed jgħix fih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma tistax tbigħ il-proprjeta’ indikata mill-Onor. Interpellant peress li din mibnija fuq art li qiegħda għand il-Gvern b’titolu ta’ possession and use.

Toroq

Question

Peress li l-Ministru qal li se jinbnew numru ta' toroq residenzjali, jista' il-Ministru jagħti lista ta' toroq li se jsiru fit-Tieni Distrett fis-sena 2006, 2007 u 2008 (sena b'sena)?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali għas-snin 2006-2008 ġew inklużi dawn it-toroq:- Cospicua – Triq Alessandra u Triq is-Sur ta' Sta Liena Vittoriosa – Triq San Lawrenz Kalkara – Triq Mattew Sultana u Triq Ġanni Raimondo (p/o) Xgħajra – Toroq: Fabbriki (p/o), Awrat, Kolu Vella, Wied Glavan, A.G. Chesney, Malett, Frans Minuti u n/s fi Triq il-Knisja. Zabbar – Toroq: Ġuzeppi Micallef, Alofju Wignacourt, Għasel, Bieb is-Sultan, Bieb is-Sultan (n/s in), Baħrija ( widening – part of ), Nicholas Cottoner, Sienja, San Patrizju, San Franġisk ( part of ), Xgħajra ( part of ), Dun Salv Sciberras (n/s in), Farfett tal-Fejġel ( part of ), Patri Feliċjan Grech, Professor J.G. Baldacchino, Victor Cauchi, Patri Taddew Schembri, Tal-Ħofra ( widening – part of ), San Nikola, A. Caligari ( part of ), Fustan, Qoton ( part of ), Misqa, Krexxuni, Felice ( part of ), Hawt, Dun Frans Buhagiar, Għadiba ( part of ), Kaħwiela, Saqwi, Santa Marija ( Alley no.1 ), Santa Klara, Żabra, Serrer, Ċimiterju ( part of ), Barumbara ( part of ), Pawlu Scicluna, L-Istellarju, Ħadd in-Nies u Mitħna ( part of ). Fil-ġimgħat li għaddew inħargu sejħiet għall-offerti għax-xogħlijiet fi Triq is-Sur ta, Santa Liena Cospicua u Triq San Lawrenz Vittoriosa.

Shade ta' Bozza

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir shade mal-bozza numru 3295 fl-indirizz li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li qed tkun ta' inkonvenjent għar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-lampa msemmija fl-indirizz indikat ġiet devoluta lil Kunsill Lokali u għalhekk it-talba għandha ssir lil istess Kunsill. Madankollu Enemalta se tieħu ħsieb tavża l-Kunsill.

Bormla — Pjazza P Vassallo

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa bis-serjeta' sabiex jiġu eliminati l-ammont kbir ta' firien li qed joħorġu minn sprall fi Pjazza P Vassallo, Bormla quddiem żewġ bars ewlenin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn spezzjoni li saret minn Uffiċjali tas-Saħħa Pubbliku fil-post indikat, ma rriżulta li hemm xejn li jippermetti infestazzjoni ta' firien. Madankollu, saru żewġ trattamenti għal kontra l-ġrieden mis-Sezzjoni tal-Pest Control fi ħdan l-istess Dipartiment, nhar it-Tlieta 19 ta' Settembru (wara lment li kien mibgħut mill-Kunsill Lokali ta' Bormla) u nhar l-Erbgħa 27 ta' Settembru, 2006. Trattamenti oħra fl-istess żona jerġgħu isiru perjodikament.

Akkomodazzjoni Alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet it-talba ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex tingħata post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant flimkien ma’ oħrajn simili.

Birgu — Negozji

Question

Issa li fuq il-front tal-Birgu bdew joperaw aktar negozji, jista' il-Ministru jgħid x'se jsir fil-futur immedjat sabiex tittaffa l-problema ta' parking?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Ministeru huwa konxju illi s-suċċess tax-xogħlijiet ta' pavimentar u l-operat ta' negozji ġabu miegħu domanda aktar għall-parkeġġ li f'xi ħinijiet qegħda tikkawża problema ta' parking. Bħala soluzzjoni għal din il-problema il-Ministeru qiegħed iħares lejn żewġ soluzzjonijiet :- Organizazzjoni tal-parkeġġ f'Xatt ir-Risq u li jkun imniedi l-proġett tal-car park ta' Sta Margerita. Hija l-intenzjoni tal-Ministeru li jagħmel proposti konkreti fuq dawn iż-żewġ alternattivi fil-ġimgħat li ġejjin.

Bormla — Triq S Pawl

Question

Jista' il-Ministru jivverifika jekk hux minnu l-ilment ta' residenti fi Triq S Pawl, Bormla, li l-ispralli biex jilqgħu l-ilma tax-xita fl-istess triq itattew meta ngħata t-tarmac?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqija parlamentari numru 20567 f'din l-istess seduta.

Skejjel tas-Sewwieqa — Eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'arranġament hemm ma' skejjel tas-sewwieqa biex isiru eżamijiet nhar ta' Sibt? Meta daħal l-arranġament biex l-eżamijiet isiru s-Sibt u għaliex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi f’Settembru 2004 l-Awtorita' dwar it-Trasport irciviet talba mill-Kumitat tas-Sezzjoni li tirrapprezenta l-iskejjel tas-sewqan Maltin fi hdan il-General Workers Union fejn talbu lill-Awtorita' sabiex isiru t-testijiet tal-vetturi nhar ta’ Sibt ukoll apparti matul il-gimgha. Din it-talba giet milqugha mill-ADT f’Ottubru 2004 u minn dak iz-zmien l’hawn bdew isiru t-testijiet tal-vetturi s-Sibt ukoll. Kanditati li jkunu jridu jaghmlu t-test is-Sibt iridu jhallsu mizata ta’ Lm10 zejda sabiex ikopri l-ispejjez tal-overtime tal-impjegati tal-ADT.

Qrati — Mewt ta' Tfajla

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara l-konklużjonijiet fl-inkjesta dwar il-mewt ta' tfajla fil-lejl ta' l-Ewwel tas-Sena fil-Belt? Meta għalaq l-inkjesta l-Maġistrat Lawrence Quintano? Meta għaddew għand l-avukat ġenerali l-atti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 18963. Il-pożizzjoni għadha l-istess.
Leg 10 PQ #20329 Sitting 423 2006-07-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Fond tas-Soċjeta' Ċivili

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-NGOs, korpi kostitwiti u individwi li gawdew minn xi forma ta' sussidju mill-Fond tas-Soċjeta' Ċivili bejn l-2005/2006? Kemm kien is-sussidju u għaliex ingħata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-korpi kostitwiti u għaqdiet mhux governattivi li gawdew minn xi forma ta` sussidju mill-Fond tas-Soċjeta` Ċivili bejn l-2005 u l-2006 huma dawk elenkati fil-lista ta` hawn taħt. Ebda flus mill-Fond tas-Soċjeta Ċivili ma ngħataw lil individwi. Il-flus ingħataw wara li ħarġet sejħa pubblika għal dawk l-għaqdiet interessati li jieħdu fondi ħalli jkunu jistgħu jiffinanzjaw parti mill-attivitajiet marbuta ma` l-Unjoni Ewropea, bħal parteċipazzjoni f'konferenzi. Il-proposti ta` kull għaqda ġew miflija minn kumitat maħtur mill- Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin. Organizzazzjoni : Association of Anaesthesiologists, 2005 : Lm750, Organizzazzjoni : Association of Farmers, 2005 : Lm3,000, Organizzazzjoni : Association of Speech Language Pathologists, 2005 : Lm450, Organizzazzjoni: Assoċjazzjoni Ħwienet Wied il-Għajn, 2005 : Lm1,500, Organizzazzjoni : Ceratonia Foundation, 2005 : Lm750, Organizzazzjoni : Commission for the Church in Malta & Europe, 2005 : Lm4,000, Organizzazzjoni :Confederation of Malta Trde Unions, 2005 : Lm8,000, Organizzazzjoni : Dental Association of Malta, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Eurolinks Foundation Malta, 2005 : Lm500, Organizzazzzjoni ; European Movement, 2005 : Lm5,500, Organizzazzjoni : Federation of Malta Hotels, Pensions & Catering Establishments, 2005 : Lm2,000, Organizzazzjoni : Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, 2005 : Lm2,000, Organizzazzjoni : Fondazzjoni Reggie Miller, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Fondazzjoni Temi Zammit, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : General Workers Unions, 2005 : Lm25,000, Organizzazzjoni : Genista Foundation, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Għaqda Bdiewa Progressivi, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Għaqda tal-Konsumaturi, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Gozo Business Chamber, 2005 : Lm3,000, Organizzazzjoni : Hotel and Catering International Management Association Malta, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Institute of Financial Services Malta (also Chartered Institute of Bankers), 2005 ; Lm1,000, Organizzazzjoni : Kamra tal-Periti, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni ; Kunsill Studenti Universitarji, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni ; Malta Chamber of Pharmacists, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Malta Dental Technologists Association, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Malta Federation of Professional Associations, 2005 : Lm4,000, Organizzazzjoni : Malta Institute of Accountants, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Malta Institute of Management, 2005 : Lm3,000, Organizzazzjoni ; Malta Resource Centre, 2005 : Lm1,500, Organizzazzjoni : Malta Resuscitation Council, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Malta Tourism Society, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Malta Union of Bank Employees, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Malta Union of Professional Psychologists, 2005 : Lm750, Organizzazzjoni : Malta Union of Teachers, 2005 : Lm4,000, Organizzazzjoni : Medecology, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Medical Association of Malta, 2005 : Lm2,500, Organizzazzjoni : National Council of Women, 2005 : Lm1,500, Organizzazzjoni : National Student Travel Foundation, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Richmond Foundation, 2005 : Lm750, Organizzazzjoni : Solidarity Overseas Service Malta, 2005 : Lm500 Din is-sena, l-ebda korp għadu ma gawda minn xi sussidju mill-Fond tas-Soċjeta Ċivili.

Ta' Qali Crafts Village

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20008 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta u għaliex tneħħew il-full-timers li kienu assenjati sabiex inaddfu l-area ta' Ta' Qali Crafts Village?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni tal-Villaġġ ta' l-Artiġġjanat ta' Ta' Qali kienet trassferita lura lid-Dipartiment ta' l-Art b'effett mill-1 ta' Jannar 2004.

Ta' Qali — Public Toilets

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20012 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta nbnew it-toilets pubbliċi fil-crafts village f'Ta' Qali? Meta bdew jintużaw jekk qatt intużaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-amministrazzjoni tal-Villaġ ta' l-Artiġġjanat ta' Ta' Qali kienet trasferita lura lid-Dipartiment ta' l-Art b'effett mill-1 ta' Jannar 2004.