Legislature:
Category:
Reset
Active:

Junior Lyceum — Eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li għaddew mill-eżamijiet tal-junior lyceum f'dawn l-aħħar ħames snin, lokal lokal?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Membri ta' l-armata — Pensjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'pensjoni jieħu membru tal-forzi armati li jirtira bl-eta' ta' 55 sena mingħajr ma jkun għamel 25 sena servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-pensjoni li membru tal-Forzi Armati ta’ Malta jieħu meta jirtira mis-Servizz bl-eta’ ta’ 55 sena, mingħajr ma jkun għamel 25 sena Servizz, hija pro rata għat-tul ta’ servizz li jkun għamel. S’intendi, wieħed ikun intitolat għall-pensjoni dejjem skond ir-regolamenti tas-servizz eżistenti fiż-żmien li jkun qed jirtira mis-servizz.

Membru ta' l-armata — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'pensjoni jieħu membru tal-forzi armati li jirtira bl-eta' ta' 55 sena mingħajr ma jkun għamel 25 sena servizz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-pensjoni mħallsa mit-Teżor u għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru bħala l-Ministru konċernat.

Pulizija li spiċċaw mill-korp

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li telqu mill-korp xahar b'xahar matul din is-sena? X'kienu r-ranks f'kull każ u kemm minnhom kellhom 25 sena servizz?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Membru huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

MFSA — Kumpanniji ta' l-Assigurazzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jara jekk l-MFSA hux qed taqdi dmirha kif suppost fejn jidħlu l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni? Jista' permezz ta' l-MFSA jiċċara kif ċerti kumpanniji ta' l-assigurazzjoni daħlu fin-negozju tal-parts tal-karozzi dirett huma? Jista' jgħid jekk hux etiku u fl-interess tal-konsumatur li surveyor ta' l-insurance jiddetermina x'parts ta' karozzi jinxtraw mill-istess insurance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni huma awtorizzati jwettqu il-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni u xogħol ieħor anċillari li jkollu x’jaqsam jew li joħroġ direttament minn dan il-kummerċ. Dan jinkludi t-tmexxija ta’ klejms (handling of claims) li l-kumpannija assiguratriċi jista jkollha taħt il-polza ta’ l-assigurazzjoni. Għalhekk f’każ ta’ klejms li jinvolvi vetturi, hija prattika tas-suq li l-parts tal-vettura li tkun involuta f’inċident tat-traffiku jinxtraw mill-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni konċernata. B’hekk jintlaħaq l-iskop ta’ polza ta’ assigurazzjoni, li huwa dak li jpoġġi l-assiguratur fis-sitwazzjoni finanzjarja li kien fiha qabel il-klejm. Hija ukoll prattika fis-suq li fl-iproċessar ta’ klejms li jinvolvi vetturi, l-assiguratur jaħtar surveyor hu stess. Ix-xogħol tas-surveyor huwa li jiddettermina l-ħsara li jkollha l-vettura involuta fl-inċident tat-traffiku, kif ukoll il-parts li għandhom jinxtraw biex il-vettura tissewwilha l-ħsara.
Leg 10 PQ #21003 Sitting 436 2006-10-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Vetturi ġejjin minn Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex numru ta' sidien ta' vetturi kbar ġejjin minn Għawdex għal Malta l-ġimgħa l-oħra (wara xogħol fuq ġbid ta' film) intalbu sabiex jorbtu l-istess vetturi fuq il-vapur minħabba ċ-ċaqliq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant illi din il-mistoqsija diġa' ġiet imwieġba mill-Ministru konċernat. Qed nirreferi għal mistoqsija numru 21001

Malta Enterprise — Operaturi fil-qasam ta' l-istampar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom tingħata assistenza lill-operaturi fil-qasam ta' l-istampar mill-Malta Enterprise? Jista' jgħid kemm-il operatur f'dan il-qasam ibbenefikaw minn assistenza mill-Malta Enterprise matul l-2006? Jista' jgħid kemm-il talba saret minn operaturi f'dan il-qasam għal assistenza mill-Malta Enterprise matul is-sena 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kriterji użati mill-Malta Enterprise li fuqhom tingħata asistenza ma japplikawx biss għall-qasam ta’ l-istampar imma japplikaw għas-setturi kollha. Dawn il-kriterji jinkludu: 1. Numru ta’ impjegati; 2. Ammont ta’ valur mizjud; 3. Potenzjal ta’ esportazzjoni; 4. Element ta’ innovazzjoni 5. Ammont ta’ investiment 6. Ammont ta’ assistenza mitluba komparat mal-benefiċċju lill-ekonomija ta’ Malta. 7. Fattibilità u vijabbilità tal-progett fosthom · Analisi ta’ swieq, pjan ta’ bejgħ u strateġija · Pjan u strateġija finanzjarja · Il-kapaċitajiet tal-“promoters” fl-intrapriża · L-effett pożittiv ta’ “clustering” li l-proġett joħloq ma’ kumpaniji eżistenti Matul l-2006 il-Malta Enterprise approvat assistenza favur hames (5) intrapriżi nvoluti fil-qasam ta’ l-istampar. Żewġ talbiet oħra ghal assistenza ġew miċħuda filwaqt li talba oħra għada pendenti. Matul l-2006 il-Malta Enterprise irċeviet seba’ (7) talbiet għal assistenza u kien hemm talba oħra li kienet għada pendenti mis-sena ta’ qabel.

Fabbriki

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki joperaw f'kull wieħed miz-zoni industrijali ta' pajjiżna u kemm hemm ħaddiema f'kull zona?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ fabbriki li joperaw mill-oqsma industrijali amministrati mill-Malta Industial Parks Ltd huma dawn: Attard: 18 Bulebel: 81 Hal Far: 55 Kordin Hutment area: 16 Kordin: 76 Luqa: 110 Marsa: 92 Mosta: 22 Mriehel: 24 Ricasoli: 24 San Gwann: 66 Ta' Dbiegi: 18 Tal-Karwija: 2 Kirkop: 2 Xewkija: 39 Total: 645 Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil-Ministru konċernat.

Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, fl-2002 kellha Lm260 pensjoni u malli għalaq il-61 sena niżlitlu għal Lm232?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17944 f'Seduta Numru 371, dwar l-istess persuna suġġett tal-Mistoqsija preżenti.

Universita' u MCAST — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti, maqsum lokal b'lokal: a) fl-universita' u b) fl-MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Tagħrif mitlub dwar l-Universita' ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li dawn il-figuri ma jinkludux uħud minn dawk li daħlu l-Universita' wara r-riżultat ta' l-eżamijiet supplementari ta' Settembru. Ir-reġistrazzjoni ta' dawn l-istudenti għada qed tinħadem. Barra minn dawn hemm ukoll 502 student barrani jattendu l-Universita'. Informat ukoll li l-informazzjoni mitluba dwar l-MCAST għadha qed tiġi kompilata minħabba li għad hemm studenti li qed jiġu aċċettati biex jibdew il-korsijiet.

Universita' — Pedestrian crossing

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir xi tip ta' pedestrian crossing għall-istudenti universitarji fin-naħa tad-dħul antik ta' l-universita'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali tat-Taqsimma għall-Immanniġġjar tat-Traffiku irriżulta li l-aħjar parti fejn tista’ tkun ikkunsidrata Pedestrian Crossing hi fi Triq Torri mill-By Pass sa kantuniera ma’ Triq Punent iżda bħalissa għaddejjin xi xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq art privata. It-tul tal-parti ta’ fuq ta’ Triq Torri minn kantuniera ma’ Triq Punent sa kantuniera ma' Triq Esperanto hija ta’ 41 metru fejn jirriżulta li m’hemmx tul biżżejjed sabiex ikun hemm visibility distance adegwata għal raġunijiet ta’ sigurta.

Vetturi ġejjin minn Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex numru ta' sidien ta' vetturi kbar ġejjin minn Għawdex għal Malta l-ġimgħa l-oħra (wara xogħol fuq ġbid ta' film) intalbu sabiex jorbtu l-istess vetturi fuq il-vapur minħabba ċ-ċaqliq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hija proċedura ta' sigurta' meta, fil-maltemp u baħar imċaqlaq, il-Kaptan tal-vapur jiddeċiedi li l-vetturi kbar jintrabtu bi ktajjen, u dan biex jiġu evitati inċidenti ġewwa 'l-garage deck'.

Bormla — Skola G. Despott

Question

Issa li bdew ix-xogħlijiet fl-iskola G. Despott Bormla, jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar xogħlijiet li se jsiru fl-istess skola u timeframes ta' meta jitlestew ċertu xogħlijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħlijiet fl-iskola F. Despott, Bormla ser iwasslu biex ikun hemm skola ġdida. Informat ukoll li x-xogħlijiet għandhom ikunu lesti fi żmien sentejn u nofs.

Baċir nru. 1

Question

Peress li xi xhur ilu ntqal li l-proċess tal-Baċir nru. 1 kien miexi, jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-affarijiet u meta se jinbdew ix-xogħlijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninfomra lill-Onorevoli Nterpellant li d-diskussjonijiet mall-konsorzju kkonċernat, għadhom għaddejja.

Anzjan — Żieda għall-għoli tal-ħajja

Question

Tista' il-Ministru tara jekk l-anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ingħatax iż-żidiet għall-għoli tal-ħajja mħabbra fl-aħħar żewġ budgets?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali dwar il-każ tagħha.