Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f’seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ċ-ċifra li ntefqet bħala hospitality mill-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-2006 kienet kif ġej:
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali Lm 4,172.37
Heritage Malta Lm 2,667
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura Lm 6,728
Awtorita' Maltija tat-Turiżmu Lm 6,094
Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti Lm 9, 047.24
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi Lm 77
Orkestra Nazzjonali Lm 2, 320.83
Fondazzjoni Ċentru għall-Kreativita' ta' San Ġakbu Lm 1,690.07
Manoel Theatre Lm 375
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Karozzi Mikrija
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet konċernati skond kif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-flus li ntefqu bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu huwa kif ġej:
Segretarjat Privat Lm 3,416
Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentar: Lm2,178
Ufficju tas-Segretarju Permanenti Lm5,177
Diviżjoni tal-Kummerċ Lm675
Diviżjoni għall-Kompetizjoni u l-Konsumatur Lm19
Departimenta ta' L-Avjazzjoni Ċivili Lm174
Awtorita' dwar il-Kommunikazzjoni Lm1,036
Awtorita' Marittima ta' Malta Lm5,556
Awtorita' Maltija dwar l-Istandards Lm150
Jien infurmat ukoll li dawn l-ispejjeż jinkludu l-ispejjeż kollha konnessi ma' l-ospitalita' ta' delegazzjonijiet barranin, l-organiżżazzjoni ta' laqgħat internazzjonali ġo Malta, akkomodazzjoni, ikel, trasport u rigali.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Karozzi Mikrija
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li n-nefqa bħala hospitality matul is-sena 2006 s’issa, mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, mid-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu hija kif ġej:-
Nefqa
Lm
§ Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura
5,032.09
§ Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru
1,146.35
§ Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
138.37
§ Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
70.00
Total
6,386.81
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li matul din is-sena fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, kif ukoll fid-dipartimenti u fl-enti li jaqgħu taħtu, hemm 26 karozza mikrija bir-rati kif jidhru hawn taħt:-
Ammont
Rata nkluż VAT
Ministeru nkluż is-Segretarjat Permanenti
4
Lm 3.82 (x 3)
Lm 6.69
(
x 1)
(elettriku)
Direttorat għall-Affarijiet ta’ l-Unjoni Ewropea
1
Lm 4.92
Diviżoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi
1
Lm 3.82
Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni
8
Lm 3.82 (x 6)
Lm 4.92 (x 2)
Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija
1
Lm 3.82
Proġett għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta
1
Lm 4.92
Dipartiment tal-
Financial Management
2
Lm 3.82
Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
1
Lm 3.82
Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi
1
Lm 3.82
Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif
6
Lm 3.82 (x 5)
Lm 4.92 (x 1)
Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
0
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tagħrif dwar l-Universita' ta' Malta għadu ma wasallix fl-uffiċju.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tablella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk:
Tagħrif dwar l-Universita' ta' Malta għadu qed jinġabar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Lista li turi kemm intefqu flus bħala ‘hospitality’ mill-Ministeru u mid-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006:
Head Office Lm41,393.00, Forum Malta fl-Ewropa Lm6,486.00, Ambaxxati u Rappreżentazzjonijiet Permanenti Lm28,011.
Tista' il-Ministru tgħid kemm-il persuna twaqqfilha l-benefiċċju tal-qgħad matul din is-sena? X'kienet ir-raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ir-raġunijiet għaliex jitwaqqfu l-benefiċċji/assistenza għad-disimpjieg imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali huma diversi, fosthom
bidu ta' xogħol;
persuna titwaqqaf/tiġi sospiża tirreġistra taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru miżmum mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ;
jinqabeż it-
test
tal-kapital jew tad-dħul;
jiġi eżawrit in-numru ta' ġranet dovuti ta' benefiċċju;
sospensjoni wara nvestigazzjonijiet;
ilħuq ta' l-eta' tal-pensjoni;
safar;
mewt.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti rappurtati fuq il-post tax-xogħol matul din is-sena? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu sfortunatament fatali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li statistika dwar inċidenti (mhux fatali) fuq il-post tax-xogħol tinżamm mid-dipartiment tas-Sigurta Soċjali.
Informat ukoll li matul l-2006 ġew irraportati seba’incidenti fatali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lil-Onorevoli Interpellant illi l-karozzi mikrija matul din is-sena mill-Ministeru, mid-departimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huma kif ġej:
Head Office karozza waħda Lm 29.50 kuljum
Forum Malta fl-Ewropa karozza waħda Lm 5.90 kuljum
Geneva karozza waħda Lm 244.30 fix-xahar
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.