Legislature:
Category:
Reset
Active:

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-flus li ntefqu f'kumpaniji ta' reklamar matul is-sena 2006 (s'issa) huwa kif ġej: Paza Ltd Lm12,179.20 Bus Ads Ltd Lm5,935.73 Media Link Lm4,858.86 PBS Lm708 Sound Vision Lm1,078.87 Where's Everybody Lm1,385.50 Standard Publications Lm2,476.09 Executive Services Lm1,074.98 Student Demokristjani Maltin Lm150 Lighthouse Communication Ltd Lm531 Sandbox Creations (Etienne Licari) Lm600 Business Marketing Services Lm120 Catherine Mifsud Lm150 Watermelon Media Communications Lm200 Union Press Lm3,339.96 Special Delivery Lm120 Newsworks Lm1,289.38 Media Centre Lm501.36 Ability Public Lm1,416 WM & C Ltd Lm412.40 Marsaxlokk Club Lm98 Peace Band Club Lm110 Malta Business Directory Lm283.20 Għaqda tan-Nar (Għargħur) Lm53 Police Headquarters Lm200.60 Medical Union of Students Lm47.20

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont li ntefaq fuq reklami fil-ġurnali, rivisti u bill boards kien hekk : Ammont Lm Direttur Servizzi Korporattivi 6,724.64 MCAST 50,319.37 YOUTH 2,542.38 EUPU 12,260.26 Dipartiment ta' l-Eżamijiet 1,774.66 ETC 27,989.15 Kunsill Malti Għall-iSport 1,208.32 Informat li ħafna mix-xogħol ta' disinjar u grafika sar in-house u mhux minn kumpannija.
Leg 10 PQ #21395 Sitting 447 2006-10-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu s-salarju u benefiċċji oħra li għandhom l-ambaxxaturi Maltin, dawk residenti f'pajjiżna u dawk fil-pajjiż li fih jirrappreżentaw lil pajjiżna?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ambaxxaturi li huma residenti fil-pajjiż li huma kkreditati għalih jieħdu salarju ta' Malta fuq skala 3 li, fis-sena 2006, jammonta għal Lm11,567. Dan is-salarju huwa nkorporat fil-Global Emoluments, liema Global Emoluments ivarjaw skond il-pajjiż fejn huma residenti. Dawn il-Global Emoluments jinħadmu fuq formula stabbilita fil-"Conditions of Service for Officers Serving Overseas" u li l-elementi tagħha huma indikati mill-Ġnus Magħquda. Tajjeb insemmi li l-aħħar reviżjoni ta' dawn il-Global Emoluments saret fl-2001, ħames snin ilu. Barra minn dan l-Ambaxxaturi jitħallsu Lm1400 fis-sena bħala "representation allowance", ħlas ta' kera, kontijiet tat-telefon, dawl u ilma tar-residenza uffiċċjali. Benefiċċji oħra huma dawk applikabbli għal kull diplomatiku Malta kif elenkati fil-"Conditions of Service for Officers Serving Overseas". Mill-2004, l-Ambaxxaturi mhux residenti ma jirċievux honorarium iżda għandhom 800 unit ta' telefonati lokali mħallsa mill-Ministeru.
Leg 10 PQ #21396 Sitting 447 2006-10-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Hawn taħt qiegħed nagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar li ngħataw xi xogħol mill-Ministeru tiegħi u d-dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006, u l-ispiża nvoluta. Head Office - Communique Creations - Lm 819.44, BPC International Ltd - Lm 4106.85, MPS Ltd - Lm 3823.90. Total - Lm 8830.19. Forum Malta fl-Ewropa - Water Melon Media & Communications - Lm 1947.00, Billboard Advertising - Lm 600.00, Box Design - Lm 132.75. Total Lm 2679.75
Leg 10 PQ #21397 Sitting 447 2006-10-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura f'kumpaniji ta' reklamar kienet ta' Lm 16,098. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża involuta f'kull każ.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Żvilupp Urban u Toroq — Hospitality

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ispiża totali fuq hospitality bejn Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2006 kienet ta’ : - Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 1,949.00 Ministeru/Dipartiment Lm 2,315.90

Żvilupp Urban u t-Toroq — Karozzi Mikrija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ karozzi mikrija matul din is-sena 2006 kienu :- Awtorita’ dwar it-Trasport 27 Ministeru/Dipartiment 5 Ir-rati relattivi għall-kirjiet huwa kif jidher hawn taħt :- Awtorita’ dwar it-Trasport Ministeru/Dipartiment 17 @ Lm 4.25 1 @ Lm 5.19 1 @ Lm 5.00 1 @ Lm 5.95 4 @ Lm 5.75 1 @ Lm 7.00 2 @ Lm 5.90 1 @ Lm 7.00 1 @ Lm 9.38 1 @ Lm 6.10 1 @ Lm 11.80 1 @ Lm 14.90 Kien hemm xi karozzi li nkrew fuq bażi temporanja meta xi karozza oħra kellha xi ħsara li m’humiex inklużi fil-lista.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Hospitality

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #21391 Sitting 446 2006-10-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Karozzi Mikrija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant hija kif indikat fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul is-sena 2006 l-ammont imħallas kien ta’ Lm1,446 lill-BPC International. L-informazzjoni relatata mal-Ministeru tal-Finanzi qed titpoġġa bħala tabella fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġustizzja u Intern — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-unika spiża għal reklamar li saret mid-dekasteru tiegħi, saret mid-Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja fejn tħallas l-ammont ta' Lm491 lill-K.A.T. Marketing & Consultancy Mrieħel fuq avviżi fil-gazzetti lokali fejn individwi ġew mitluba joffru s-servizzi tagħhom ta' Esperti tal-Qorti bħala Tradutturi u Interpreti.
Leg 10 PQ #21382 Sitting 445 2006-10-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Hospitality

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Karozzi Mikrija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Hospitality

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Hospitality

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet konċernati skond kif mitluba.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Karozzi Mikrija

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.