Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #21496 Sitting 451 2006-11-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella hawn annessa.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x'qed jifhem bil-kelma 'delegazzjonijiet' ħalli nkun nista' ntih l-informazzjoni li jixtieq.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti mgħotija fil-Mistoqsijiet Parlamentari numru 18898 u 19195, filwaqt li l-kumplament ta' l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Riżorsi u Infrastruttura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk taħt l-20 sena u 'il fuq minn 60 sena li qegħdin iservu xi sentenza fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent, ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, in-numru ta' persuni ta' l-etajiet indikati mill-Onor. Interpellant li qed jiskontaw sentenza hu kif ġej: taħt l-20 sena 6 'il fuq minn 60 sena 7

OPM — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Safar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #21491 Sitting 450 2006-11-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nirreferi għat-tweġiba 18876.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu mhux kollu wasal fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2006 intefqu Lm5,909.76 f’kumpanniji ta’ reklamar mill-Ministeru u d-Dipartimenti tiegħu. L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella anessa.

Żvilupp Urban u Toroq — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ispiża totali ta’ reklamar mill-ewwel ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru 2006 magħmula mid-dipartimenti tiegħi, bid-dettalji kollha kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt :- Awtorita’ dwar it-Trasport l-ispiża globali tammonta għal :- Lm 51,906 Isem tal-Kumpanija Spi ż a (Lm) One Productions Ltd 1,277 XFM 1,180 Media Link 2,446 Public Broadcasting Serv Ltd 18,275 Standard Publications Ltd 1,847 Allied Newspapers Ltd 3,526 Union Press Ltd 1,524 Repro House Co Ltd 16,105 (li minnhom Lm2,215 kienu printing tal- ADT handbook u Lm6,400 marru għal adverts fuq diversi gazzetti lokali. Il-bqija tal-bilanċ kienu flus mħallsa lil Repro fuq artworks , designs u printing ieħor) Bay Radio 934 Chrome Marketing 345 Impact Group 1,879 Leading Edge 767 Watermelon 1,652 Visual Impact 55 Deemedia 94 Ministeru/Dipartiment l-ispiża globali tammonta għal Lm 536.38 :- Isem tal-Kumpanija Spiża (Lm) Standard Publications 176.52 Billboard Advertising Ltd 141.60 Allied Newspapers Ltd 218.26

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tagħha matul is-sena 2006? Tista' tgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kura medika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm pazjenti siefru barra minn Malta għall-kura medika matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża għal kull sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej: Sena Numru ta' Pazjenti Spiża 2001 245 Lm475,329 2002 230 Lm388,993 2003 240 Lm429,584 2004 235 Lm469,933 2005 255 Lm409,963 2006 234 Lm423,649 up to 24.10.06

Cottonera Rehabilitation Centre — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet huma identifikati li se jsiru mill-Cottonera Rehabilitation Centre matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat illi x-xogħlijiet li bdew u ser jitkomplew matul din is-sena mill-Cottonera Rehabilitation Centre, huma kif jidhru hawn taħt:- Bieb Sant Anna, l-Isla - Dawl ġdid; Kontinwazzjoni Bieb Santa Liena, Bormla - Dawl ġdid; Restawr tal-Kapella tas-Salvatur, Kalkara; Xogħol ta’ restawr fl-Armerija, Birgu; Restawr ta’ statwi ta’ San Lawrenz u San Duminku. Barra minn hekk għaddej xogħol estensiv u elaborat sabiex masġar f'Bormla jiġi trasformat f'Park rikreattiv. Dan ix-xogħol qed isir mill Ministeru b'kollaborazzjoni mal-CRP u l-Kunsill Lokali ta' Bormla.

Income tax refund

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' taxxa li hi dovuta lura mill-gvern lit-tax payers? Jista' jgħid kemm minn dan l-ammont ilu dovut aktar minn ħames snin u għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Riżorsi u Infrastruttura — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat illi l-aġenziji ta’ reklamar li ġew użati mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u mid-Dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006 s’issa, kif ukoll l-ispiża nvoluta f’kull każ, kienu kif jidhru hawn taħt: Ministeru Aġenziji ta’ Reklamar Spiża (Lm) Bonaci Media Entertainment 1,888.00 Executive Services Ltd 525.10 Cliché Media & Entertainment Co. Ltd 400.02 Ability Publications Ltd. 76.70 Dipartimenti Aġenziji ta’ Reklamar Spiża (Lm) Union Press 193.65 Sound & Vision Print 67.96 Allied Newspaper 265.64 News Works (Malta Today) 72.21 Media Link Communications 193.65 Standard Publication 182.65
Leg 10 PQ #21401 Sitting 448 2006-10-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tagħha matul is-sena 2006? Tista' tgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Wieħed mill-components tal-proġett tat-turiżmu speċjalizzat li hu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea huwa dak tar-reklamar tal-gżira ta' Għawdex bħala destinazzjoni għall-għaddasa. Matul is-sena ser tkun intefqet is-somma ta' Lm41,397 (75% huma fondi mill-Unjoni Ewropeja u 25% minn fondi nazzjonali) biex saru reklami dwar Għawdex f'għaxar magazines speċjalizzati għall-għaddasa fl-Ewropa. Il-kumpanija imqabbda hija Liquid Studios Ltd u ġiet kummissjonata mill-kuntrattur li rebaħ l-offerta biex jimmaniġja dan il-proġett.
Leg 10 PQ #21402 Sitting 448 2006-10-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Pollution Control Unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-laneċ li jagħmlu parti mill-pollution control unit? X'inhu x-xogħol relatat ma' kull waħda minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Pollution Control Unit għandu tlett laneċ li huma l-M.V. Monka, Ambjent u Pupilla. Ix-xogħol ta' dawn il-laneċ huwa it-tindif ta' oil spillage mill-baħar.